LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Għandek Int Fidi Bħal t’Elija?
    It-Torri tal-Għassa—1992 | Lulju 1
    • Immaġina lil dan ir-​raġel, imgeżwer fl-​ilbies raħli tiegħu taʼ ġild kollu suf. Hu ġie mill-​għoljiet imħarbta taʼ Gilead, x’aktarx imrobbi maʼ ragħajja umlin tal-​merħliet. Hu qiegħed quddiem is-​sultan setgħan Aħab, forsi hemm fil-​palazz enormi tiegħu, b’dik id-​dar leġġendarja tal-​avorju, bit-​tiżjin rikk u eżotiku u bl-​idoli li jispikkaw taʼ ġo fih. Hemm, fil-​belt storbjuża u ffortifikata taʼ Samarija, fejn il-​qima taʼ Jehovah ġiet minsija għalkollox, hu jgħid lil Aħab li dan alla tiegħu, dan Baal, huwa impotenti, ma jiswa xejn. Għal din is-​sena u għas-​snin li ġejjin, Elija jiddikjara, ma kien se jkun hemm ebda xita jew nida!

      Minfejn ġab fidi bħal din? Ma kienx iħossu intimidat, wieqaf hemm quddem dan is-​sultan arroganti u apostat? Jistaʼ jkun. Iktar minn elf sena wara, Ġakbu, ħu Ġesù mill-​omm, jiżżgurana li Elija kien “raġel b’sentimenti bħal tagħna.” (Ġakbu 5:17) Imma nnota l-​kliem taʼ Elija: “Bhalma Jehovah dak Alla taʼ Iżrael li quddiemu jien qiegħed bil-​wieqfa qiegħed igħix.” Elija żamm f’moħħu li bħala qaddej taʼ Jehovah, hu kien wieqaf quddiem tron bil-​wisq ogħla minn dak t’Aħab—it-​tron tal-​Mulej Sovran tal-​univers! Hu kien rappreżentant, aġent mibgħut, taʼ dak it-​tron. B’din il-​perspettiva, x’kellu x’jibżaʼ minn Aħab, daqsxejn taʼ monarka uman li tilef il-​barka taʼ Jehovah?

      Ma kienx b’kumbinazzjoni li Jehovah kien tant reali għal Elija. Il-​profeta żgur li kien studja dwar kif Alla kien ittratta mal-​poplu Tiegħu. Jehovah kien wissa lil-​Lħud li hu kellu jikkastigahom b’nixfa u ġuħ jekk huma jduru lejn il-​qima tal-​allat foloz. (Dewteronomju 11:16, 17) Billi kien konvint li Jehovah dejjem iwettaq kelmtu, Elija “talab biex ma tinżilx xita.”−Ġakbu 5:17.

  • Għandek Int Fidi Bħal t’Elija?
    It-Torri tal-Għassa—1992 | Lulju 1
    • a Kemm Ġesù kif ukoll Ġakbu jgħidu li ma niżlitx xita fil-​pajjiż għal “tliet snin u sitt xhur.” Iżda, Elija jingħad li deher quddiem Aħab biex itemm in-​nixfa ”fit-tielet sena”−bla dubju beda jgħodd mill-​jum li hu ħabbar in-​nixfa. B’hekk ried ikun wara staġun twil bla xita meta hu l-​ewwel darba qagħad quddiem Aħab.—Luqa 4:25, Ġakbu 5:17; 1 Slaten 18:1.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja