LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 6/15 p. 32
  • Xi Ħaġa Aħjar mill-Kosmetiċi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Xi Ħaġa Aħjar mill-Kosmetiċi
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 6/15 p. 32

Xi Ħaġa Aħjar mill-​Kosmetiċi

WARA li rrefera għat-​“tiżjin” li n-​nisa kienu jużaw biex jidhru isbaħ, l-​appostlu Pietru wissa: “Imma ħa jkun tiżjin minn ġewwa, il-​bniedem moħbi fil-​qalb, dak li ma jitħassarx, imżejjen bi spirtu ġwejjed taʼ sliem, u li hu prezzjuż ħafna quddiem Alla.”—1 Pietru 3:4, Karm Żammit.

Taʼ interess, meta l-​appostlu kiteb dwar tiżjin taʼ barra bħal dan, hu uża forma tal-​kelma Griega koʹsmos, li hi wkoll l-​għerq tal-​kelma Maltija “kosmetiċi,” li tfisser “magħmulin għas-​sbuħija sp[eċjalment] tal-​ġilda.” Kien Pietru qed jipprojbixxi lin-​nisa Kristjani mill-​użu taʼ kosmetiċi u għajnuniet tas-​sbuħija simili oħrajn? Il-​Kelma t’Alla ma tissuġġeriha mkien din il-​ħaġa. Pjuttost, din il-​kwistjoni tħalliha f’idejn l-​individwu, u għalhekk nistgħu nistennew ammont taʼ varjazzjonijiet fil-​gosti.

Madankollu, jekk il-​kosmetiċi jiġu applikati b’mod esaġerat, jew f’ammont li jdejjaq lil ħafna oħrajn, dan x’impressjoni jkun qed jagħti? Mhux waħda qarsa, aggressiva, taʼ tlellix, taʼ ftaħir, jew egoċentrika? Tabilħaqq, dan lill-​mara jistaʼ jagħmilha tidher ħamalla, u forsi jagħti impressjoni ħażina rigward il-​kwalitajiet morali tagħha.—Qabbel Eżekjel 23:36-42.

B’rikonoxximent taʼ dan, mara ‘li qed tgħid li tivvenera lil Alla’ se tħabrek, jekk tagħżel li tapplika l-​kosmetiċi, sabiex wiċċha jirrivela l-​karatteristiċi taʼ l-​għaqal, il-​ħlewwa, it-​tjieba, u l-​modestja. Kwalitajiet bħal dawn se jżidulha l-​grazzja u l-​għaxqa. Fil-​fatt, kemm jekk tagħżel li tuża l-​kosmetiċi u kemm jekk le, hi se turi dinjità u sbuħija minn ġewwa. Dan se jirrifletti l-​għarfien tagħha li, kif jindika l-​kliem taʼ Pietru kkwotat fil-​bidu, hemm xi ħaġa aħjar mill-​kosmetiċi.—1 Timotju 2:9, 10, NW.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja