LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gm kap. 3 pp. 11-15
  • Il-Ħabib Falz tal-Bibbja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Ħabib Falz tal-Bibbja
  • Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Oppożizzjoni għat-Traduzzjoni tal-Bibbja
  • Id-Difensuri tal-Bibbja
  • Kritika Iktar Gholja
  • “Jitkellmu Fuqha bi Tkasbir”
  • Il-Kelma t’⁠Alla Tibqaʼ Hajja
  • Il-Kristjaneżmu Ttradixxa lil Alla u lill-Bibbja
    X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja? Kif Tista’ Ssibu?
  • Għala r-Reliġjon Dinjija Se Tintemm
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Il-Ġudizzju t’Alla Kontra “Ir-Raġel taʼ Bla Liġi”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
gm kap. 3 pp. 11-15

Kapitlu 3

Il-Ħabib Falz tal-Bibbja

F’⁠dan il-kapitlu, niddiskutu r-raġuni prinċipali għala ħafna li huma minn pajjiżi mhux Kristjani ma jaċċettawx il-Bibbja bħala l-Kelma t’⁠Alla. Storikament, il-Kristjaneżmu stqarr li jemmen fil-Bibbja u li hu l-gwardjan tagħha. Imma l-organizzazzjonijiet reliġjużi tal-Kristjaneżmu ġew assoċjati ma’ atti orribbli u moqżieża tal-istorja, mill-Kruċjati u l-persekuzzjonijiet organizzati tal-Medju Evu sal-olokawst taʼ żmienna stess. Hija l-kondotta tal-Kristjaneżmu raġuni tajba biex wieħed jirrifjuta l-Bibbja? Il-verità hi li l-Kristjaneżmu wera li kien ħabib falz tal-Bibbja. Tabilħaqq, meta żvolġa l-Kristjaneżmu fir-raba seklu E.K., bl-ebda mod ma kienet spiċċat il-ġlieda tal-Bibbja biex tibqaʼ tgħix.

1, 2. (Inkludi l-introduzzjoni) (a) Għala ħafna jirrifjutaw li jaċċettaw li l-Bibbja hi l-Kelma t’⁠Alla? (b) Liema xogħol tajjeb ġie mwettaq matul l-ewwel u t-tieni seklu, imma liema żvilupp perikoluż tfaċċa?

SAT-TMIEM tal-ewwel seklu, il-kitba tal-kotba kollha tal-Bibbja kienet lesta. Minn dak iż-żmien ’⁠il quddiem, il-Kristjani kienu minn taʼ quddiem fl-ikkopjar u fid-distribuzzjoni tal-Bibbja sħiħa. Fl-istess ħin, huma kienu okkupati jittraduċuha fil-lingwi l-iktar komuni taʼ dak iż-żmien. Madankollu, fll-waqt li l-kongregazzjoni Kristjana kienet okkupata b’⁠dan ix-xogħol ammirabbli, kien hemm xi ħaġa li bdiet tieħu sura u li kellha turi li se tkun perikoluża ħafna għas-sopravvivenza tal-Bibbja.

2 Dan l-iżvilupp kien imbassar fil-Bibbja nfisha. Ġesù darba qal parabbola dwar raġel li żeraʼ żerriegħa tal-qamħ taʼ kwalità tajba fil-għalqa tiegħu. Imma waqt li kien rieqed, għadu żeraʼ żerriegħa li kellha tipproduċi ħaxix ħażin. Iż-żewġ tipi taʼ żerriegħa nibtu, u għal xi żmien il-ħaxix ħażin ħeba l-qamħ milli jkun jidher. B’⁠din il-parabbola, Ġesù wera li l-frott tax-xogħol tiegħu kellu jkun Kristjani veri imma li wara mewtu, Kristjani foloz kienu se jinfiltraw fil-kongregazzjoni. Eventwalment, kien se jkun diffiċli biex tiddistingwi l-ġenwin mill-falz.−Mattew 13:​24-30, 36-43.

3. Skond l-appostlu Pietru, x’⁠kellu jkun l-effett taʼ “Kristjani” bħall-ħaxix ħażin fuq it-twemmin fil-Bibbja?

3 L-appostlu Pietru sinċerament wissa dwar l-effett taʼ dawn il-“Kristjani” li kienu bħal ħaxix ħażin fuq il-mod kif in-nies kienu se jħarsu lejn il-Kristjanità u l-Bibbja. Hu wissa: “Se jkun hemm ukoll għalliema foloz fostkom. Dawn stess bil-mod se jdaħħlu setet qerrieda u se jiċħdu saħansitra lis-sid li xtrahom, billi jġibu qerda mgħaġġla fuqhom infushom. Iktar minn hekk, ħafna se jsegwu l-atti tagħhom taʼ kondotta laxka, u minħdbba f’⁠davon it-triq tal-verità se jitkellmu fuqħa bi tkasbir.”−2 Pietru 2:​1, 2.

4. Kif twettqu l-profeziji taʼ Ġesù u Pietru saħansitra matul l-ewwel seklu?

4 Saħansitra matul l-ewwel seklu, il-profeziji taʼ Ġesù u taʼ Pietru kienu qed jitwettqu. Irġiel ambizzjużi infiltraw fil-kongregazzjoni Kristjana u żergħu ġlied. (2 Timotew 2:​16-18; 2 Pietru 2:​21, 22; 3 Ġwann 9, 10) Matul iż-żewġ sekli li segwew, il-karatteristika safja tal-Bibbja ġiet korrotta b’⁠fllosoflja Griega, u ħafna b’⁠mod żballjat saru jaċċettaw duttrini pagani bħala verità Biblika.

5. Liema bidla taʼ atteġġjament kien inawgura Kostantinu kmieni flr-raba seklu?

5 Fir-raba seklu, l-imperatur Ruman Kostantinu addotta l-“Kristjanità” bħala r-reliġjon ufflċċjali tal-Imperu Ruman. Imma l-“Kristjanità” li hu kien jaf kienet differenti ferm mir-reliġjon ippridkata minn Ġesù. Sa dan iż-żmien, il-“ħaxix ħażin” kien qed joktor, sewwa sew bħalma kien bassar Ġesù. Madankollu, nistgħu nkunu żguri li matul dak iż-żmien kollu, kien hemm xi ftit li rrappreżentaw lill-Kristjanità vera u li stinkaw biex isegwu l-Bibbja bħala l-Kelma mnebbħa t’⁠Alla.−Mattew 28:​19, 20.

Oppożizzjoni għat-Traduzzjoni tal-Bibbja

6. Meta beda jifforma ruħu l-Kristjaneżmu, u x’⁠kien mod wieħed kif ir-reliġjon tal-Kristjaneżmu kienet differenti mill-Kristjanità tal-Bibbja?

6 Kien fi żmien Kostantinu li l-Kristjaneżmu kif nafuh illum beda jieħu l-forma tiegħu. Minn dak iż-żmien ’⁠il quddiem, il-forma ddeġenerata tal-Kristjanità li kienet rabbiet l-egħruq ma baqgħetx sempliċement organizzazzjoni reliġjuża. Kienet parti mill-istat, u l-mexxejja tagħha kellhom parti importanti fil-politika. Eventwalment, il-knisja apostata wżat il-qawwa politika tagħha b’⁠mod li kien għalkollox f’⁠oppożizzjoni lejn il-Kristjanità bbażata fuq il-Bibbja, billi introduċiet theddida perikoluża oħra għall-Bibbja. Kif?

7, 8. Il-papa meta esprima oppożizzjoni għat-traduzzjoni tal-Bibbja, u għala għamel dan?

7 Meta l-Latin sfaxxa bħala lsien taʼ kuljum, kienu meħtieġa traduzzjonijiet oħra tal-Bibbja. Imma l-Knisja Kattolika ma baqgħetx favur dan. Fl-1079 Vratislaws, li iktar tard sar is-sultan taʼ Boħemja, talab permess mingħand il-Papa Gregorju VII biex jittraduċi l-Bibbja bil-lingwa tas-sudditi tiegħu. It-tweġiba tal-papa kienet le. Huwa stqarr: “Huwa ċar għal dawk li jirriflettu fuqha, li mhux mingħajr ebda raġuni kien jogħġob lil Alla li Jistaʼ Kollox li l-iskrittura mqaddsa għandha tkun sigriet f’⁠ċerti postijiet, ladarba, kieku kellha tidher biċ-ċar għall-bnedmin kollha, kien ikun hemm il-possibiltà li tiġi stmata inqas u tkun suġġetta għal nuqqas taʼ rispett; jew forsi tiġi mifhuma b’⁠mod falz minn dawk taʼ tagħlim komuni, u twassal għall-iżball.”​1

8 Il-papa ried li l-Bibbja tibqaʼ fl-ilsien issa mejjet tal-Latin. Il-kontenut tagħha kellu jibqaʼ “sigriet,” mhux tradott fll-lingwi tan-nies komuni.a ll-Vulgat Latin taʼ Ġilormu, li sar fil-ħames seklu biex jagħmel lill-Bibbja aċċessibbli għal kulħadd, issa sar mezz biex iżommha moħbija.

9, 10. (a) L-oppożizzjoni Kattolika Rumana lejn it-traduzzjoni tal-Bibbja kif żviluppat? (b) X’⁠kien l-iskop tal-oppożizzjoni tal-knisja lejn il-Bibbja?

9 Hekk kif iż-żminijiet tal-Medju Evu pprogressaw, il-waqfa tal-Knisja kontra l-Bibbji f’⁠lingwi komuni saret iktar iebsa. Fl-1199 il-Papa Innoċenz III tant kiteb ittra ħarxa lill-Arċisqof taʼ Metz, il-Ġermanja, li dan ħaraq il-Bibbji kollha li hu setaʼ jsib bil-lingwa Ġermaniża.​3 Fl-1229 is-sinodu taʼ Toulouse, Franza, ħareġ digriet li “nies lajċi” ma setgħux ikollhom fil-pussess tagħhom kwalunkwe kotba tal-Bibbja fl-ilsien komuni.​4 Fl-1233 sinodu provinċjali taʼ Tarragona, Spanja, ikkmanda li l-kotba kollha tat-“Testment il-Qadim jew il-Ġdid” għandhom jingħataw sabiex jiġu maħruqin.​5 Fl-1407 is-sinodu tal-kleru msejħin f’⁠Oxford, l-Ingilterra, mill-Arċisqof Thomas Arundel b’⁠mod ċar u tond ipprojbixxa li l-Bibbja tiġi tradotta fl-Ingliż jew f’⁠xi lsien modern ieħor.​6 Fl-1431, ukoll fl-Ingilterra, l-Isqof Stafford taʼ Wells ipprojbixxa t-traduzzjoni tal-Bibbja fl-Ingliż kif ukoll li wieħed jippossjedi traduzzjonijiet bħal dawn.​7

10 Dawn l-awtoritajiet reliġjużi ma kinux qegħdin jippruvaw jeqirdu l-Bibbja. Kienu qed jippruvaw jagħmluha bħal fossila, iżommuha f’⁠lingwa li xi ftit biss setgħu jaqrawha. B’⁠dan il-mod, huma ttamaw li jżommu lura lil dak li huma sejħu ereżija imma li fll-fatt kien jammonta għal sfldi lejn l-awtorità tagħhom. Kieku rnexxew, il-Bibbja setgħet saret sempliċi oġġett taʼ kurżità intellettwali, bi ftit jew xejn influwenza fll-ħajja taʼ nies ordinarji.

Id-Difensuri tal-Bibbja

11. X’⁠irriżulta meta Juliàn Hernàndez daħħal Bibbji fll-lingwa Spanjola ġo Spanja bil-kuntrabandu?

11 Bil-ferħ, iżda, ħafna nies sinċieri rrifjutaw li jsegwu dawn id-digrieti. Imma rifjutar bħal dan kien perikoluż. Uħud sofrew bl-ikrah għad-“delitt” taʼ li jippossjedu Bibbja. Ikkunsidra, per eżempju, l-każ taʼ Spanjol li kien jismu Juliàn Hernàndez. Skond History of Christian Martyrdom taʼ Foxe, Juliàn (jew, Juliano) “ħadha f’⁠idejh li jġib mill-Ġermanja għal ġo pajjiżu numru kbir taʼ Bibbji moħbijin fl btieti, u mgeżwrin flimkien bħal inbid Reniku.” Ġie ttradut u maqbud mill-Inkwiżizzjoni Kattolika Rumana. Dawk li kellhom jaslulhom minn dawn il-Bibbji “ġew ittorturati mingħajr diskriminazzjoni, u mbagħad il-maġġoranza tagħhom ingħataw sentenzi taʼ diversi kastigi. Juliano ġie maħruq, għoxrin ġew inkaljati fuq l-injam, uħud ħadu priġunerija għal ħajjithom, xi ftit ġew imsawtin bil-frosta fil-pubbliku, u ħafna ngħataw il-forka.”​8

12. Kif nafu li l-awtoritajiet reliġjużi tal-Medju Evu ma rrappreżentawx il-Kristjanità tal-Bibbja?

12 X’⁠abbuż orribbli taʼ poter! Biċ-ċar, dawn l-awtoritajiet reliġjużi bl-ebda mod ma kienu rappreżentanti tal-Kristjanità tal-Bibbja! Il-Bibbja nflsha kixfet lil min tassew huma kienu jappartjenu meta qalet: “Ulied Alla u wlied ix-Xitan huma evidenti minn dan il-fatt: Kulmin ma jissoktax bit-tjieba ma joriġinax m’⁠Alla, lanqas ma jagħmel hekk min ma jħobbx lil ħuh. Għax dan hu l-messaġġ li intom smajtu mill-bidu, li għandu jkollna mħabba lejn xulxin; mhux bħal Kajjin, li oriġina mal-wieħed mill-agħar u biċċer lil ħuh.”−1 Ġwann 3:​10-12.

13, 14. (a) Liema fatt rimarkabbli dwar il-Bibbja matul il-Medju Evu juri l-oriġini divina tagħha? (b) Kif inbidlet is-sitwazzjoni sa fejn il-Bibbja għandha x’⁠taqsam mal-Ewropa?

13 Kemm hi ħaġa tal-għaġeb, iżda, li rġiel u nisa kienu lesti li jirriskjaw trattament li jkexkxek sempliċement biex ikollhom Bibbja! U eżempji bħal dawn ġew immultiplikati għal ħafna drabi sa żmienna. Id-devozzjoni profonda li l-Bibbja nebbħet f’⁠nies individwali, il-volontà li wieħed bil-paċenzja jsofri u jissottometti ruħu bla tgergir għall-imwiet terribbli mingħajr ma jagħti daqqa lura lil dawk li tturmentawh, hija evidenza qawwija li l-Bibbja hi l-Kelma t’⁠Alla.−1 Pietru 2:⁠21.

14 Eventwalment, wara l-irvell tal-Protestanti kontra l-qawwa Kattolika Rumana fls-seklu 16, il-Knisja Kattolika Rumana nfisha ġiet sfurzata biex tipproduċi traduzzjonijiet tal-Bibbja fil-lingwi taʼ kuljum tal-Ewropa. Imma saħansitra dak iż-żmien, il-Bibbja kienet assoċjata iktar mal-Protestantiżmu milli mal-Kattoliċiżmu. Kif kiteb il-qassis Kattoliku Ruman Edward J. Ciuba: “Wieħed kien ikollu jammetti bl-onestà li waħda mill-konsegwenzi l-iktar traġiċi tar-Riforma Protestanta kienet it-traskuraġni lejn il-Bibbja fost il-fidili Kattoliċi. Fil-waqt li qatt ma ġiet minsija għal-kollox, il-Bibbja kienet ktieb magħluq għall-maġġoranza tal-Kattoliċi.”​9

Kritika Iktar Gholja

15, 16. Għala l-Protestantiżmu mhux ħieles mill-ħtija sa fejn għandha x’⁠taqsam oppożizzjoni lejn il-Bibbja?

15 Imma l-knejjes Protestanti m’⁠humiex ħielsa mit-tort rigward fejn jikkonċerna oppożizzjoni lejn il-Bibbja. Hekk kif gerbbu s-snin, ċerti studjużi Protestanti bdew jarmaw tip ieħor taʼ attakk fuq dan il-ktieb: attakk intellettwali. Matul is-sekli 18 u 19, huma żviluppaw metodu tal-istudju tal-Bibbja magħruf bħala kritika iktar għolja. Kritiċi iktar għoljin għallmu li ħafna mill-Bibbja kienet komposta minn leġġendi jew mitoloġija. Xi wħud saħansitra qalu li Ġesù qatt ma eżista. Minflok ma kellha t-titlu taʼ l-Kelma t’⁠Alla, dawn l-istudjużi Protestanti tkellmu dwar il-Bibbja bħala l-kelma tal-bniedem, u f’⁠dan il-każ kelma tassew ħallata ballata.

16 Fil-waqt li l-idejat l-iktar estremi m’⁠għadhomx jitwemmnu, il-kritika iktar għolja għadha tiġi mgħallma f’⁠seminarji, u mhix ħaġa stramba li tismaʼ membri tal-kleru Protestanti pubblikament inaqqsu l-kredtu lil taqsimiet twal tal-Bibbja. B’⁠hekk, membru wieħed tal-kleru li kien Anglikan ġie kkwotat f’⁠gazzetta Awstraljana li qal li ħafna minn dak li hemm fil-Bibbja “huwa sempliċement ħażin. Xi ftit mill-istorja hija żballjata. Xi ftit mid-dettalji ovvjament huma foloz.” Dan ir-raġunar huwa l-prodott taʼ kritika iktar għolja.

“Jitkellmu Fuqha bi Tkasbir”

17, 18. Il-kondotta tal-Kristjaneżmu kif ġabet tmaqdir fuq il-Bibbja?

17 Forsi, iżda, l-iktar ħaġa li serviet taʼ l-akbar ostaklu biex in-nies jaċċettaw il-Bibbja bħala l-Kelma t’⁠Alla kienet il-kondotta tal-Kristjaneżmu. Il-Kristjaneżmu jistqarr li jsegwi l-Bibbja. Madankollu, il-kondotta tiegħu ġabet tmaqdir kbir fuq il-Bibbja u fuq l-isem propju taʼ Kristjan. Kif kien bassar l-appostlu Pietru, it-triq tal-verità bdew “jitkellmu fuqha bi tkasbir.”−2 Pietru 2:⁠2.

18 Per eżempju, fil-waqt li l-knisja kienet qed tipprojbixxi t-traduzzjoni tal-Bibbja, il-papa kien qed jappoġġja finanzjarjament sforzi militari ġganteski kontra l-Musulmani fil-Lvant Nofsani. Dawn saru jissejħu Kruċjati “qaddisa,” imma ma kien hemm xejn qaddis dwarhom. L-ewwel waħda−intitolata l-“Kruċjata tal-Poplu”−stabbilixxiet it-ton għal dak li kellu jiġi. Qabel ma ħalliet l-Ewropa, armata bla kontroll, imkesksa mill-predikaturi, daret għal-Lhud fil-Ġermanja, billi qatluhom f’⁠belt wara l-oħra. Għala? L-istoriku Hans Eberhard Mayer igħid: “L-argument li l-Lhud, bħala li kienu egħdewwa taʼ Kristu, kien ħaqqhom jiġu kkastigati kien biss attentat dgħajjef biex jinħeba l-mottiv veru: regħba.”​10

19-21. Il-Gwerra taʼ Tletin Sena, kif ukoll il-proġetti missjunarji u l-espansjoni kolonjali tal-Ewropa, kif servew biex iġibu tmaqdir fuq il-Bibbja?

19 L-irvell tal-Protestanti fis-seklu 16 qalaʼ lill-Kattoliċiżmu Ruman mill-poter f’⁠ħafna artijiet Ewropej. Riżultat wieħed kien il-Gwerra taʼ Tletin Sena (1618-48)−“waħda mill-gwerer l-iktar terribbli fl-istorja Ewropeja,” skond Tħe Universal History ofthe World. X’⁠kienet il-kawża bażika tal-gwerra? “Il-mibgħeda tal-Kattoliku lejn il-Protestant, u dik tal-Protestant lejn il-Kattoliku.”​11

20 Sa dan iż-żmien, il-Kristjaneżmu beda jespandi barra l-Ewropa, billi ħa ċ-ċiviltà “Kristjana” f’⁠partijiet oħra tal-art. Din l-espansjoni militari kienet immarkata bil-krudeltà u r-regħba. Fl-Amerika taʼ Fuq u t’⁠Isfel, il-konkwistaturi Spanjoli malajr qerdu ċ-ċiviltajiet Amerikani li kienu tal-post. Ktieb wieħed tal-istorja nnota: “B’⁠mod ġenerali, il-gvernaturi Spanjoli qerdu ċ-ċiviltà tal-post, mingħajr ma introduċew dik Ewropeja. L-għatx għad-deheb kien il-mottiv ewlieni li ġibidhom lejn id-Dinja Ġdida.”​12

21 Missjunarji Protestanti wkoll ħarġu mill-Ewropa lejn kontinenti oħra. Wieħed mir-riżultati tax-xogħol tagħhom kien l-ispinta li taw lill-espansjoni kolonjali. Ħarsa komuni llum dwar l-isforz missjunarju tal-Protestanti hi: “Ħafna drabi l-intrapriża missjunarja ġiet użata bħala ġustiflkazzjoni u maskra għad-dominju tal-popli. Il-konnessjoni bejn missjoni, teknoloġija, u imperjaliżmu hija magħrufa ferm.”​13

22. Il-Kristjaiieżmu kif ġab tmaqdir fuq l-isem tal-Kristjanità matul is-seklu 20?

22 Is-sħubija mill-qrib bejn ir-reliġjonijiet tal-Kristjaneżmu u l-istat baqgħet sejra sa żmienna. L-aħħar żewġ gwerer dinjin ġew miġġielda primarjament bejn ġnus “Kristjani.” Membri tal-kleru fuq iż-żewġ naħat ħeġġew lill-irġiel żgħażagħ tagħhom biex jiġġieldu u jippruvaw joqtlu lill-għadu−li taʼ spiss kien jappartjeni lill-istess reliġjon. Kif ġie nnotat fil-ktieb If the Churches Want World Peace: “Ċertament mhux taʼ kredtu għal[l-knejjes] li s-sistema taʼ gwerra taʼ llum kibret u għamlet l-akbar ħerba fost stati li huma devoti għall-kawża tal-Kristjanità.”​14

Il-Kelma t’⁠Alla Tibqaʼ Hajja

23. L-istorja tal-Kristjaneżmu kif tindika li l-Bibbja hija l-Kelma t’⁠Alla?

23 Nirrakkontaw din l-istorja twila u taʼ dwejjaq tal-Kristjaneżmu biex noħorġu żewġ punti. L-ewwel, ġrajjiet bħal dawn huma twettieq tal-profezija tal-Bibbja. Kien imbassar li ħafna li jistqarru li huma Kristjani kellhom iġibu tmaqdir fuq il-Bibbja u fuq l-isem tal-Kristjanità, u l-fatt li dan seħħ jiwindika l-Bibbja bħala li hi vera. Madankollu, ma rridux naljenaw ruħna għall-fatt li l-kondotta tal-Kristjaneżmu ma tirrappreżentax il-Kristjanità li hija bbażata fuq il-Bibbja.

24. Liema ħaġa tidentifika lill-Kristjani veri u b’⁠hekk tikkundanna b’⁠mod ċar lill-Kristjaneżmu bħala li m’⁠huwiex Kristjan?

24 Il-mod kif jistgħu jintgħarfu l-Kristjani ġenwini ġie spjegat minn Ġesù nnifsu: “B’⁠dan kulħadd se jkun jaf li intom dixxipli tiegħi, jekk għandkom l-imħabba bejnietkom.” (Ġwann 13:35) Ġesù qal ukoll: “Ma huma ebda parti mid-dinja, sewwa sew bħalma jien ma jien ebda parti mid-dinja.” (Ġwann 17:16) Għaż-żewġ raġunijiet, il-Kristjaneżmu jittradixxi lilu nnifsu bħala li biċ-ċar ma jirrappreżentax lill-Kristjanità tal-Bibbja. Hu jistqarr li hu ħabib tal-Bibbja, imma ġara li hu ħabib falz.

25. Il-Bibbja għala baqgħet ħajja wara t-tribulazzjonijiet kollha li ġarrbet sa żmienna?

25 It-tieni punt huwa dan: Meta nħarsu lejn il-fatt li l-Kristjaneżmu inġenerali tant aġixxa kontra l-interessi tal-Bibbja, huwa rimarkabbli, tabilħaqq, li l-ktieb baqaʼ ħaj sa żmienna u għadu jeżerċita influwenza tajba fuq il-ħajja taʼ ħafna nies. Il-Bibbja ħarġet ħajja minkejja oppożizzjoni ħarxa kontra li tiġi tradotta, attakki minn studjużi modernistiċi, u kondotta xejn Kristjana tal-ħabib falz tagħha, il-Kristjaneżmu. Għala? Għaliex il-Bibbja ma hi bħal ebda xogħol ieħor taʼ kitba. Il-Bibbja ma tistax tmut. Hi l-Kelma t’⁠Alla, u l-Bibbja nfisha tgħidilna: “Il-ħaxix jinxef, il-fjuri jitbielu, imma l-kelma t’⁠Alla tagħna tissaporti dejjem iktar.”−Isaija 40:​8, The New English Bible.

[Nota taʼ taħt]

a Saru xi ftit traduzzjonijiet f’⁠lingwi komuni. Imma taʼ spiss kienu prodotti b’⁠mod li rrikjeda ħafna xogħol f’⁠manuskritti mżejna ferm u żgur li ma kinux għal użu popolari.​2

[Kumment f’⁠paġna 15]

Il-knejjes ewlenin tal-Protestanti kellhom sehem f’⁠attakk kbir intellettwali li sar fuq il-Bibbja

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja