LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Il-Bibbja baqgħet teżisti minkejja attentati biex jinbidel il-messaġġ tagħha
    It-Torri tal-Għassa (Pubbliku)—2016 | Nru. 4
      • Id-​duttrina tat-​Trinità: Inqas minn 300 sena wara li l-​Bibbja kienet kompluta, kittieb Trinitarjan żied mal-​1 Ġwanni 5:7 l-​kliem “fis-​sema, il-​Missier, il-​Kelma, u l-​Ispirtu s-​Santu: u dawn it-​tlieta huma wieħed.” Din l-​istqarrija ma kinitx fit-​test oriġinali. “Mis-​sitt seklu ’l quddiem,” jinnota l-​istudjuż tal-​Bibbja Bruce Metzger, dan il-​kliem kien “misjub iżjed u iżjed taʼ spiss f’manuskritti tal-​Latin Antik u l-​Vulgata [Latina].”

  • Il-Bibbja baqgħet teżisti minkejja attentati biex jinbidel il-messaġġ tagħha
    It-Torri tal-Għassa (Pubbliku)—2016 | Nru. 4
    • It-​tieni, l-​ammont kbir taʼ manuskritti li jeżistu llum fil-​fatt jgħin lill-​istudjużi tal-​Bibbja biex isibu l-​iżbalji. Pereżempju, mexxejja reliġjużi għal sekli sħaħ għallmu li l-​verżjonijiet tagħhom bil-​Latin kien fihom it-​test Bibliku awtentiku. Iżda, fl-​1 Ġwanni 5:7, huma kienu daħħlu l-​kliem mhux awtentiku li rreferejna għalih iktar kmieni f’dan l-​artiklu. Saħansitra, l-​iżball daħal ukoll fil-​Bibbja influwenti bl-​Ingliż tal-​King James Version! Iżda meta nstabu manuskritti oħra, xi wrew? Bruce Metzger kiteb: “Is-​silta [fl-​1 Ġwanni 5:7] ma kinitx tinstab fil-​manuskritti tal-​verżjonijiet kollha antiki (is-​Sirjak, il-​Koptu, l-​Armen, l-​Etjopiku, l-​Għarbi, is-​Slavoniku), ħlief fil-​Latin.” B’hekk, edizzjonijiet riveduti tal-​King James Version u Bibbji oħra neħħew il-​frażi żbaljata.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja