LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • “Hu ħabbna l-ewwel”
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
    • “Alla Hu Mħabba”

      15. Liema stqarrija tagħmel il-​Bibbja dwar l-​attribut taʼ l-​imħabba li għandu Jehovah, u din l-​istqarrija b’liema mod hija unika? (Ara wkoll in-​nota taʼ taħt.)

      15 Il-​Bibbja tgħid xi ħaġa dwar l-​imħabba li qatt ma tgħidha dwar l-​attributi kardinali l-​oħra taʼ Jehovah. L-​Iskrittura ma tgħidx li Alla hu qawwa jew li Alla hu ġustizzja jew saħansitra li Alla hu għerf. Hu għandu dawn il-​kwalitajiet, hu s-​sors aħħari tagħhom, u ma jistaʼ jitqabbel ma’ ħadd u ma’ xejn fit-​tlieta li huma. Iżda, dwar ir-​raba attribut, tingħad xi ħaġa iktar profonda: “Alla hu mħabba.”b (1 Ġwanni 4:8) Dan xi jfisser?

      16-18. (a) Il-​Bibbja għala tgħid li “Alla hu mħabba”? (b) Mill-​ħlejjaq kollha fuq l-​art, il-​bniedem għala huwa simbolu xieraq taʼ l-​attribut taʼ l-​imħabba li għandu Jehovah?

      16 Il-​frażi “Alla hu mħabba” ma turix sempliċement li hemm żewġ ammonti ndaqs, bħallikieku qed ngħidu, “Alla u l-​imħabba huma l-​istess.” Ma nistgħux naqilbu l-​frażi u ngħidu b’mod xieraq li “l-​imħabba hi Alla.” Jehovah hu ħafna iktar minn kwalità astratta. Hu persuna li għandu varjetà kbira taʼ sentimenti u karatteristiċi flimkien ma’ l-​imħabba. Madankollu, l-​imħabba hija parti integrali minn Jehovah. Ktieb taʼ referenza jgħid hekk dwar dan il-​vers: “L-​essenza jew in-​natura t’Alla hija l-​imħabba.” Ġeneralment, nistgħu nirraġunaw hekk: Il-​qawwa taʼ Jehovah tippermettilu jaġixxi. Il-​ġustizzja u l-​għerf tiegħu jiggwidaw il-​mod kif jaġixxi. Imma l-​imħabba taʼ Jehovah tqanqlu jaġixxi. U l-​imħabba tiegħu hija dejjem preżenti fil-​mod kif juża l-​attributi l-​oħra tiegħu.

      17 Spiss jingħad li Jehovah hu l-​personifikazzjoni nfisha taʼ l-​imħabba. Għaldaqstant, jekk irridu nitgħallmu dwar l-​imħabba gwidata minn prinċipju, irridu nitgħallmu dwar Jehovah. M’għandniex xi ngħidu, aħna nistgħu naraw din il-​kwalità sabiħa fil-​bnedmin ukoll. Imma għala qiegħda hemm? Meta sar il-​ħolqien, Jehovah qal dan il-​kliem, evidentement lil Ibnu: “Ħa nagħmlu l-​bniedem fuq is-​sura u x-​xbieha tagħna.” (Ġenesi 1:26) Mill-​ħlejjaq kollha li hawn fuq din l-​art, l-​irġiel u n-​nisa biss jistgħu jagħżlu li jħobbu u b’hekk jimitaw lil Missierhom tas-​sema. Ftakar li Jehovah uża diversi ħlejjaq biex jissimbolizza l-​attributi kardinali tiegħu. Madankollu, Jehovah għażel l-​ogħla ħliqa li għandu fuq l-​art, il-​bniedem, bħala s-​simbolu tal-​kwalità dominanti Tiegħu, l-​imħabba.—Eżekjel 1:10.

  • “Hu ħabbna l-ewwel”
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
    • b Stqarrijiet Skritturali oħra huma msawrin b’mod simili. Per eżempju, “Alla hu dawl” u “Alla . . . hu nar qerriedi.” (1 Ġwanni 1:5; Lhud 12:29) Imma dawn iridu jittieħdu bħala metafori, għax qed ixebbhu lil Jehovah m’affarijiet fiżiċi. Jehovah hu bħal dawl, għax hu qaddis u rett. M’hemmx “dlam,” jew ħmieġ, fih. U jistaʼ jixxebbah man-​nar fil-​mod kif juża l-​qawwa qerridija tiegħu.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja