LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lff lezzjoni 4
  • Min Hu Alla?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Min Hu Alla?
  • Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • TGĦALLEM IŻJED
  • XI DDISKUTEJNA?
  • ARA IŻJED
  • Għala Għandna Nużaw l-Isem t’Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • L-isem t’Alla
    Stenbaħ!—2017
  • X’jismu Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
  • L-​Isem Divin​—L-​Użu u t-​Tifsira Tiegħu
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
Ara Iżjed
Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
lff lezzjoni 4
Lezzjoni 4. Xena tal-ispazju bl-istilel u l-galassji.

LEZZJONI 04

Min Hu Alla?

Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata

In-​nies kważi minn dejjem kienu jqimu ħafna allat. Imma l-​Bibbja titkellem dwar Alla li “hu akbar mill-​allat l-​oħrajn kollha.” (2 Kronaki 2:5) Min hu? X’jagħmlu akbar mill-​allat oħrajn? F’din il-​lezzjoni, se titgħallem dak li Alla jridek tkun taf dwaru.

1. Alla x’jismu, u kif aħna ċerti li jridna nsiru nafu ismu?

Alla uża l-​Bibbja biex jgħidilna min hu. Hu jgħid: “Jien Ġeħova. Dak hu ismi.” (Aqra Isaija 42:​5, 8.) L-​isem “Ġeħova” ġej mill-​Ebrajk. Ħafna studjużi jaqblu li l-​isem Ġeħova jfisser “Hu Jġiegħel li Jsir.” Ġeħova jrid li aħna nkunu nafu ismu. (Eżodu 3:15) Kif nistgħu nkunu ċerti? Il-​Bibbja fiha l-​isem t’Alla iżjed minn 7,000 darba!a “L-​Alla l-​veru fis-​smewwiet hemm fuq u fuq l-​art hawn taħt” jismu Ġeħova.​—Dewteronomju 4:39.

2. Il-​Bibbja x’tgħidilna dwar Ġeħova?

Il-​Bibbja għala tgħid li mill-​allat kollha li jqimu n-​nies, Ġeħova hu l-​uniku Alla veru? Hemm ħafna raġunijiet. Ġeħova biss hu “l-​Iktar Għoli fuq l-​art kollha.” (Aqra Salm 83:18.) Hu “Dak li Jista’ Kollox,” għax għandu l-​qawwa biex jagħmel kollox. Hu ‘ħalaq l-​affarijiet kollha’ li hemm fl-​univers u kull ħaġa ħajja fuq l-​art. (Rivelazzjoni 4:​8, 11) Ġeħova biss kien minn dejjem u se jibqa’ jeżisti għal dejjem.​—Salm 90:2.

TGĦALLEM IŻJED

Tgħallem dwar x’inhi d-​differenza bejn it-​titli li għandu Alla u ismu. Sir af ukoll kif u għala jridek tkun taf ismu.

Raġel iħares lejn is-sema bil-lejl. L-isem ta’ Ġeħova jidher f’nofs is-sema.

3. Alla għandu ħafna titli imma isem wieħed

Tagħmel differenza jekk nużawx it-​titlu jew l-​isem ta’ persuna? Biex tkun taf it-​tweġiba ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsija.

VIDJOW: Ħafna Titli Imma Isem Wieħed (0:​41)

  • X’inhi d-​differenza bejn titlu (bħal Mulej) u isem?

Il-​Bibbja tgħid li n-​nies iqimu ħafna allat. Aqra Salm 136:​1-​3, u mbagħad iddiskuti:

  • Min hu “l-​Alla ta’ l-​allat” u “Sid is-​sidien”?

4. Ġeħova jridek tkun taf x’inhu ismu u tużah

Kif tista’ tkun taf li Ġeħova jridek tkun taf ismu? Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti:

VIDJOW: Alla għandu isem?​—Parti mill-​Vidjow (3:​11)

Xena mill-vidjow ‘Alla għandu isem?—Silta mill-vidjow.’ Raġel iħares lejn isem t’Alla, Ġeħova, f’Salm 83:18 fil-‘King James Version’ tal-1611.
  • Għala taħseb li Ġeħova jrid li nkunu nafu ismu?

Ġeħova jrid li n-​nies jużaw ismu. Aqra Rumani 10:​13, u mbagħad iddiskuti:

  • Kemm hu importanti li tuża l-​isem t’Alla Ġeħova?

  • Kif tħossok meta xi ħadd jiftakar ismek u jużah?

  • Kif taħseb li jħossu Ġeħova meta tuża ismu?

5. Ġeħova jridek tkun il-​ħabib tiegħu

Mara mill-​Kambodja li jisimha Soten tgħid li l-​iżjed li ħassitha ferħana kien meta tgħallmet l-​isem t’Alla. Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti:

VIDJOW: Fittixt lill-​Alla l-​Veru (8:​18)

Grupp ta’ Stampi: Xena mill-vidjow ‘Fittixt lill-Alla l-Veru.’ 1. Soten bilqiegħda taħt siġra fil-foresta waqt li qed tħares lejn is-sema u titlob lill-Alla l-veru. 2. Herold jgħallem lil Soten li l-isem t’Alla hu Ġeħova.
  • Fil-​vidjow, kif ġiet effettwata Soten meta tgħallmet l-​isem t’Alla?

Normalment, qabel ma ssir ħabib ta’ xi ħadd issir taf x’jismu. Aqra Ġakbu 4:8a, u mbagħad iddiskuti:

  • Ġeħova x’jixtieqek tagħmel?

  • Kif tista’ tħossok eqreb t’Alla meta tkun taf ismu u tużah?

ĦAFNA JGĦIDU: “Alla wieħed hemm, allura ma tagħmilx differenza x’jismu.”

  • Int konvint li Ġeħova hu isem Alla?

  • Kif tista’ tispjega lil oħrajn li Alla jridna nużaw ismu?

XI DDISKUTEJNA?

Ġeħova hu l-​isem tal-​uniku Alla veru. Hu jrid li aħna nkunu nafu ismu u nużawh biex insiru ħbieb tiegħu.

X’Tgħallimt

  • X’jagħmel lil Ġeħova differenti mill-​allat l-​oħra li jqimu n-​nies?

  • Għala għandna nużaw l-​isem t’Alla?

  • X’juri li Ġeħova jridna nkunu ħbieb tiegħu?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Ara ħames raġunijiet għala nistgħu nkunu ċerti li Alla jeżisti.

“Alla veru jeżisti?” (Artiklu fuq jw.org)

Għala jagħmel sens li Alla minn dejjem eżista?

“Min għamel lil Alla?” (It-​Torri tal-​Għassa, 1 t’Awwissu 2014)

Sir af għala għandek tuża l-​isem t’Alla anki jekk ma nafux kif suppost ngħiduh.

“Min hu Ġeħova?” (Artiklu fuq jw.org)

Tagħmel differenza x’isem nużaw għal Alla? Ara għala nistgħu nkunu ċerti li għandu isem wieħed.

“Alla Kemm Għandu Ismijiet?” (Artiklu fuq jw.org)

a Għal iktar informazzjoni dwar xi jfisser l-​isem t’Alla u għala xi Bibbji neħħewh, ara l-​1 taqsima tal-​ktieb Gwida għall-​istudju tal-​Kelma t’Alla.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja