LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w93 8/1 pp. 12-16
  • Ħelsien fir-Rivelazzjoni taʼ Ġesù Kristu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħelsien fir-Rivelazzjoni taʼ Ġesù Kristu
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​‘Miġja’ taʼ Ġesù Kristu
  • L-​Ordni tal-​Ġrajjiet
  • Abbassu għal Babilonja l-​Kbira!
  • Iż-​Żwieġ tal-​Ħaruf
  • Id-​Dinja taʼ Satana Meqruda
  • Kunu Qarrejja Henjin tal-Ktieb t’Apokalissi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Il-ktieb tar-Rivelazzjoni—Xi jfisser?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • X’inhi t-​tribulazzjoni l-​kbira?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • X’Inhi Babilonja l-Kbira?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
w93 8/1 pp. 12-16

Ħelsien fir-Rivelazzjoni taʼ Ġesù Kristu

“Komplu ifirħu . . . sabiex tistgħu tifirħu u tithennew ferm ukoll matul ir-​rivelazzjoni tal-​glorja tiegħu.”—1 PIETRU 4:13.

1. Jehovah kif stagħna lill-​qaddejja tiegħu?

JEHOVAH stagħnahom lix-​Xhieda tiegħu b’ħafna għotjiet. Bħala l-​Għalliem Grandjuż tagħna, hu dawwalna b’milja taʼ għarfien dwar ir-​rieda u l-​għan tiegħu. Permezz tal-​ispirtu qaddis tiegħu, hu kkultiva fina l-​abbiltà li nitfgħu d-​dawl bi qlubija. L-​appostlu mnebbaħ Pawlu jgħidilna fl-​1 Korintin 1:​6, 7: “[I]x-xiehda dwar il-​Kristu ntgħamlet soda fostkom, sabiex ma tiġux neqsin fi kwalunkwe għotja assolutament, waqt li qegħdin tistennew bil-​ħerqa r-​rivelazzjoni tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu.”

2. Ir-​“rivelazzjoni tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu” liema prospett mimli ferħ toffri?

2 “[I]r-rivelazzjoni tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu”​—xi tfisser dik? Tirreferi għaż-​żmien meta Ġesù jiġi rrivelat bħala Sultan glorjuż, billi jaġixxi biex jippremja lis-​segwaċi leali tiegħu u biex jesegwixxi vendetta fuq dawk li ma jemmnux b’Alla. Bħalma jindika l-​1 Pietru 4:​13, se jkun żmien għal Kristjani midlukin bl-​ispirtu li jżommu l-​integrità u għal sħabhom leali tal-​folla kbira biex ‘jifirħu u jithennew ferm,’ għax jissinjala t-​tmiem tas-​sistema taʼ affarijiet taʼ Satana.

3. Aħna kif irridu nieqfu sodi, bħalma għamlu ħutna f’Tessalonika?

3 Hekk kif dak iż-​żmien jersaq qrib, Satana fir-​rabja tiegħu jżid il-​pressjoni fuqna. Bħal iljun igħajjat, hu jipprova jiblagħna. Irridu nieqfu sodi! (1 Pietru 5:​8-10) Ħutna f’Tessalonika tal-​qedem, meta kienu ġodda fil-​verità, sofrew tribulazzjonijiet simili għal dawk imġarrbin minn ħafna mix-​Xhieda taʼ Jehovah illum. Għalhekk, il-​kelmiet tal-​appostlu Pawlu lilhom huma ferm mimlijin tifsir għalina. Hu kiteb: “Hu taʼ tjieba min-​naħa t’Alla li jħallas lura bi tribulazzjoni lil dawk li jagħmlu tribulazzjoni lilkom, imma, lilkom li ssofru t-​tribulazzjoni, serħan flimkien magħna fir-​rivelazzjoni tal-​Mulej Ġesù mis-​sema mal-​anġli mimlijin qawwa tiegħu f’nar iħeġġeġ, fil-​waqt li jġib vendetta fuq dawk li ma jafux lil Alla u dawk li ma jobdux l-​aħbar tajba dwar il-​Mulej tagħna Ġesù.” (2 Tessalonkin 1:​6-8) Iva, is-​serħan se jiġi!

4. Il-​kleru għala jimmeritah il-​ġudizzju li se jiġi esegwit fir-​rivelazzjoni taʼ Ġesù?

4 Fi żmien Pawlu ħafna mit-​tribulazzjoni kienet ikkaġunata mill-​mexxejja reliġjużi Lhud. Bl-​istess mod illum, l-​oppożizzjoni għax-​Xhieda taʼ Jehovah li jħobbu l-​paċi spiss ġiet imqanqla minn dawk li jsostnu li jirrappreżentaw lil Alla, b’mod partikulari l-​kleru tal-​Kristjaneżmu. Dawn jippretendu li jafu lil Alla, imma jiċħdu lil dak “Jehovah wieħed” tal-​Bibbja, billi minfloku poġġew Trinità mistika. (Mark 12:29) Huma ma jobdux l-​aħbar tajba dwar il-​Mulej tagħna Ġesù, billi jfittxu l-​ħakma tal-​bniedem għal serħan u billi jiċħdu l-​aħbar tajba tas-​Saltna taʼ tjieba li ġejja taʼ Kristu. Dawn l-​opponenti reliġjużi kollha jridu jgħibu fiż-​żmien tar-​“rivelazzjoni tal-​Mulej Ġesù mis-​sema”!

Il-​‘Miġja’ taʼ Ġesù Kristu

5. Ir-​rivelazzjoni taʼ Ġesù kif tingħata stampa ħajja tagħha f’​Mattew 24:​29, 30?

5 Dik ir-​rivelazzjoni tingħata stampa ħajja tagħha minn Ġesù f’​Mattew 24:​29, 30. F’li jiddeskrivi diversi karatteristiċi tas-​sinjal tal-​preżenza tiegħu u tal-​konklużjoni tas-​sistema taʼ affarijiet, hu jgħid: “Ix-​xemx se tiddallam, u l-​qamar mhux se jagħti d-​dawl tiegħu, u l-​kwiekeb se jaqgħu mis-​sema, u l-​qawwiet tas-​smewwiet se jitheżhżu.” F’dak iż-​żmien “is-​sinjal taʼ Bin il-​bniedem se jidher fis-​sema.” Il-​ġnus tal-​art “se jsawtu lilhom infushom bil-​biki, u huma se jaraw lil Bin il-​bniedem [is-Sultan Messjaniku t’Alla] ġej fuq is-​sħab tas-​sema b’qawwa u glorja kbira.” Din il-​‘miġja,’ er·khoʹme·non bil-​Grieg, tirreferi għal li Ġesù jidher bħala l-​Vindikatur taʼ Jehovah.

6, 7. Kif inhu li “kull għajn se tarah,” u min huma dawk li huma nklużi f’dan?

6 Din il-​‘miġja’ hi deskritta wkoll mill-​appostlu Ġwanni f’​Rivelazzjoni 1:​7, fejn igħid: “Ħares! Hu ġej mas-​sħab.” O, dawk il-​għedewwa attwalment m’humiex se jaraw lil Ġesù b’għajnejn litterali, għax is-​“sħab” jissinjifika li hu jiġi b’mod inviżibbli biex jesegwixxi ġudizzju. Kieku l-​bnedmin sempliċi kellhom jilmħu l-​glorja tiegħu fis-​sema bil-​għajn fiżika, kienu jagħmew, sewwa sew bħalma Sawlu, fit-​triq lejn Damasku, għama meta Ġesù gglorifikat deherlu f’dawl qawwi li jleħħ.—Atti 9:​3-8; 22:​6-11.

7 Ir-​rakkont taʼ Rivelazzjoni jistqarr li “kull għajn se tarah, u dawk li nifduh; u t-​tribujiet kollha tal-​art se jsawtu lilhom infushom fin-​niket minħabba fih.” Dan ifisser li opponenti fuq l-​art se jagħrfu fil-​qerda li Ġesù jġib fuqhom li hu jkun ġie b’qawwa u glorja kbira bħala l-​Esekutur taʼ Jehovah. Dawn il-​għedewwa għala huma deskritti bħala “dawk li nifduh”? Huwa għaliex l-​attitudni taʼ mrar tagħhom lejn il-​qaddejja taʼ Jehovah illum hi bħal dik tal-​persekuturi taʼ Ġesù. Huma, tabilħaqq, se ‘jsawtu lilhom infushom b’imrar fin-​niket minħabba fih.’

8. Liema twissija jsemmgħu kemm Ġesù u kemm Pawlu rigward qerda f’daqqa?

8 Dak il-​jum taʼ vendetta taʼ Jehovah kif se jasal? Fil-​profezija f’​Luqa kapitlu 21, Ġesù jiddeskrivi l-​ġrajjiet katastrofiċi li servew bħala s-​sinjal tal-​preżenza tiegħu mill-​1914 ’il hawn. Imbagħad, fil-​versi 34 u 35, Ġesù jwissi: “Oqogħdu attenti għalikom infuskom li qlubkom qatt ma jitqalu b’ikel żejjed u xorb żejjed u anzjetajiet tal-​ħajja, u f’daqqa waħda dak il-​jum ikun minnufih fuqkom bħal nassa. Għax se jiġi fuq dawk kollha li qegħdin igħammru fuq wiċċ l-​art kollha.” Iva, dak il-​jum taʼ vendetta taʼ Jehovah jiġi f’daqqa waħda, minnufih! L-​appostlu Pawlu jikkonferma dan fl-​1 Tessalonkin 5:​2, 3, billi jgħid: “Jum Jehovah ġej eżattament bħal ħalliel bil-​lejl. Hu meta hu li qegħdin igħidu: ‘Paċi u sigurtà!’ imbagħad qerda f’daqqa trid tkun minnufih fuqhom.” Saħansitra issa l-​ġnus qegħdin jitkellmu dwar paċi u sigurtà u jipproponu li jsaħħu lill-​Ġnus Magħquda biex jikkontrollaw postijiet taʼ nkwiet permezz tal-​qawwa militari.

9. ‘Dawl ileħħ’ għal min, u għala?

9 Fil-​versi 4 u 5, l-​appostlu jissokta jgħidilna: “Imma intom, l-​aħwa, m’intomx fid-​dlam, biex dak il-​jum għandu jgħaddikom bħalma jagħmel lill-​ħallelin, għax intom ilkoll ulied id-​dawl u wlied il-​jum. Aħna ma nappartjenu la lil-​lejl u lanqas lid-​dlam.” Aħna ferħanin li aħna wlied id-​dawl—uħud li jġorru d-​dawl lil oħrajn li jixxennqu għal paċi u sigurtà veri fid-​dinja ġdida t’Alla. F’​Salm 97:​10, 11, naqraw: “O maħbubin taʼ Jehovah, obogħdu dak li hu ħażin. Hu qiegħed igħasses l-​erwieħ taʼ dawk leali tiegħu; minn id dawk li huma mill-​agħar jeħlishom. Dawl innifsu leħħ għat-​twajjeb, u ferħ saħansitra għal dawk li huma retti fil-​qalb.”

L-​Ordni tal-​Ġrajjiet

10. Liema avviż bil-​quddiem għandna nagħtu kas tiegħu rigward jum il-​kontijiet t’Alla? (Rivelazzjoni 16:15)

10 Kif se jseħħu wara xulxin il-​ġrajjiet meta tfaqqaʼ t-​tribulazzjoni l-​kbira? Ejjew induru lejn Rivelazzjoni kapitlu 16. Innota, bħalma hu deskritt fil-​versi 13 sa 16, li spirti demoniċi mhux nodfa jiġbru lill-​ġnus tal-​art kollha lejn Har–Magedon, il-​gwerra tal-​jum il-​kbir taʼ Alla li Jistaʼ Kollox. Mill-​ġdid, ir-​resqa bħal ħalliel taʼ jum il-​kontijiet hi enfasizzata, u aħna mwissijin biex nibqgħu mqajmin—biex nibqgħu mlibbsin l-​ilbies spiritwali li jimmarkana għal salvazzjoni. Iż-​żmien wasal biex jiġu ġġudikati l-​popli tal-​art, il-​ġnus, u—xi ħadd ieħor. Min hu dak?

11. Il-​mara taʼ Rivelazzjoni 17:5 kif identifikat lilha nfisha?

11 Hija mara figurattiva li verament ippruvat tagħmel lilha nfisha “importanti.” Hi deskritta f’​Rivelazzjoni 17:5 bħala “misteru: ‘Babilonja l-​Kbira, l-​omm tan-​nies żienja u tal-​affarijiet moqżieża tal-​art.’” Imma mhix iktar misteru għax-​Xhieda taʼ Jehovah. Hi identifikat b’mod ċar lilha nfisha bħala l-​imperu dinji taʼ reliġjon falza, li tiegħu s-​setet tal-​Kristjaneżmu jifformaw il-​parti dominanti. Moqżież f’għajnejn Jehovah huwa t-​tbagħbis tagħha fil-​politika, il-​fatt li saret “fis-​sakra bid-​demm tal-​qaddisin” billi ppersegwitat lill-​Kristjani veri, u l-​fatt li hi responsabbli għad-​demm “taʼ dawk kollha li ġew imbiċċrin fuq l-​art,” inklużi iktar minn mitt miljun maqtulin fil-​gwerer taʼ dan is-​seklu 20 biss.—Rivelazzjoni 17:​2, 6; 18:24.

12. Is-​setet tal-​Kristjaneżmu għala huma kkundannati?

12 L-​agħar minn kollox, is-​setet tal-​Kristjaneżmu ġabu tmaqdir fuq isem dak Alla li lilu b’ipokrezija jsostnu li jirrappreżentaw. Għallmu filosofiji Babilonjani u Griegi minflok il-​Kelma pura t’Alla u kkontribwew għad-​delinkwenza morali taʼ ġnus sħaħ billi approvaw stili taʼ ħajja permissivi li jġibu diżrispett lejn il-​prinċipji tal-​Bibbja. Negozjanti rgħiba fosthom huma kkundannati mill-​kliem taʼ Ġakbu 5:​1, 5: “Ejjew, issa, intom l-​irġiel għonja, ibku, billi togħxew fuq il-​miżerji li ġejjin fuqkom. Intom għextu fil-​lussu fuq l-​art u dħaltu għal pjaċir senswali. Ħaxxintu lil qlubkom f’jum it-​tbiċċir.”

Abbassu għal Babilonja l-​Kbira!

13. L-​attakk tal-​ftuħ tat-​tribulazzjoni l-​kbira kif jiġi, u liema urġenza hi enfasizzata f’​Rivelazzjoni 18:​4, 5?

13 L-​attakk tal-​ftuħ tat-​tribulazzjoni l-​kbira jiġi bl-​esekuzzjoni tal-​ġudizzju taʼ Jehovah fuq Babilonja l-​Kbira. Rivelazzjoni 17:​15-18 b’mod grafiku jiddeskrivi l-​“ħsieb” t’Alla​—biex jimmanuvra “għaxart iqran,” forzi potenti minn ġewwa l-​“bhima selvaġġa” multi-nazzjonali tal-​ĠM, biex jiddisponu minnha. “U l-​għaxart iqran li int rajt, u l-​bhima selvaġġa, dawn se jobogħdu lill-​mara żienja u se jagħmluha ħerba u għarwiena, u se jieklu l-​partijiet imlaħħmin tagħha u se jaħarquha għalkollox bin-​nar. Għax Alla qigħedhielhom fi qlubhom li jwettqu l-​ħsieb tiegħu.” Mhux taʼ b’xejn li leħen mis-​sema jsemma twissija urġenti f’​Rivelazzjoni 18:​4, 5: “Oħorġu minnha, poplu tiegħi, jekk ma tridux tieħdu sehem magħha fi dnubietha, u jekk ma tridux tirċievu parti mill-​kastigi tagħha. Għax dnubietha nġemgħu flimkien dritt sas-​sema, u Alla ftakar fl-​atti taʼ inġustizzja tagħha.” Is-​sejħa tkompli sejra: Aqtaʼ r-​rabtiet kollha minn mar-​reliġjon falza, qabel ma jkun tard wisq!

14. Min se jagħli minħabba li Babilonja l-​Kbira ssir ħerba, u għala?

14 Id-​dinja kif se tħares lejn li Babilonja l-​Kbira ssir ħerba? Minn distanza, politikanti korrotti—“slaten tal-​art”—jitnikktu minħabba fiha għaliex għal sekli sħaħ kienu sabu gost reċiproku fil-​fornikazzjoni spiritwali tagħhom. Jibku u jagħlu wkoll minħabba fiha hemm irġiel rgħiba tal-​kummerċ, “merkanti li jivvjaġġaw . . . , li saru għonja minnha.” Dawn ukoll jitbiegħdu minnha, billi jgħidu: “X’ħasra, x’ħasra—il-​belt il-​kbira, liebsa l-​għażel fin u l-​porpra u l-​iskarlat, u mdandna sewwa b’ornamenti tad-​deheb u ħaġar prezzjuż u perli, għaliex f’siegħa waħda rikkezzi kbar bħal dawn saru ħerba!” It-​tiżjin kollu taʼ lbies ekkleżjastiku u l-​ġmiel immens tal-​katidrali kbar tad-​dinja se jkunu spiċċaw għal dejjem! (Rivelazzjoni 18:​9-17) Imma kulħadd se jagħli minħabba Babilonja l-​Kbira?

15, 16. In-​nies t’Alla liema kawża għall-​ferħ se jkollhom?

15 Rivelazzjoni 18:​20, 21 iwieġeb: “Ifraħ dwarha, O sema, ukoll intom il-​qaddisin u intom l-​appostli u intom il-​profeti, għaliex Alla esiġa kastig b’mod ġudizzjarju għalikom minnha!” Bħal ġebla kbira taʼ mitħna mixħuta fil-​baħar, ‘bil-​ħeffa sejra Babilonja l-​belt il-​kbira tkun ġiet mixħuta ’l isfel, u qatt iktar ma se tinstab mill-​ġdid.’

16 X’kawża għall-​ferħ! Rivelazzjoni 19:​1-8 jikkonferma dan. Erbaʼ darbiet is-​sejħa, “Faħħru lil Jah!” tidwi mis-​sema. L-​ewwel tlieta minn dawn il-​Hallelujah ifaħħru lil Jehovah minħabba li esegwixxa ġudizzju taʼ tjieba fuq il-​mara żienja infamja, Babilonja l-​Kbira. L-​imperu dinji taʼ reliġjon falza m’huwiex iktar! Leħen joħroġ mit-​tron t’Alla, billi jgħid: “Kunu qegħdin tfaħħru lil Alla tagħna, intom l-​irsiera kollha tiegħu, li tibżgħu minnu, iż-​żgħar u l-​kbar.” Kemm se nkunu pprivileġġjati li nieħdu sehem f’dik il-​għanja!

Iż-​Żwieġ tal-​Ħaruf

17. Billi nqabblu Rivelazzjoni 11:17 maʼ 19:​6, Jehovah f’liema żewġ kuntesti jibda jaħkem bħala Sultan?

17 Ir-​rabaʼ Hallelujah tintroduċi tema oħra: “Faħħru lil Jah, għaliex Jehovah Alla tagħna, li Jistaʼ Kollox, beda jaħkem bħala sultan.” Imma ma kienx ritornell bħal dan kantat f’​Rivelazzjoni 11:17? Hemmhekk naqraw: “Niżżuk ħajr, Alla Jehovah, li Tistaʼ Kollox, . . . għaliex int ħadt il-​qawwa kbira tiegħek u bdejt taħkem bħal sultan.” Iva. Madankollu, il-​kuntest taʼ Rivelazzjoni 11:17 jirreferi għal li Jehovah iġib ’il quddiem is-​Saltna Messjanika fl-​1914 “biex jirgħa lill-​ġnus kollha b’virga tal-​ħadid.” (Rivelazzjoni 12:5) Rivelazzjoni 19:6 qiegħed fil-​kuntest tal-​qerda taʼ Babilonja l-​Kbira. Bit-​tneħħija tar-​reliġjon li hi bħal mara żienja, id-​Divinità taʼ Jehovah tiġi vvindikata. Il-​qima lejh bħala Sovran Suprem u Sultan se tkun prevalenti issa għall-​eternità kollha!

18. It-​tneħħija taʼ Babilonja l-​Kbira tiftaħ it-​triq għal liema aħbar eżaltanti?

18 Għalhekk, it-​tħabbira taʼ ferħ tistaʼ ssir: “Ejjew nifirħu u nithennew ferm, u ejjew nagħtu [lil Jah] il-​glorja, għaliex iż-​żwieġ tal-​Ħaruf wasal u martu ħejjiet lilha nfisha. Iva, ġie mogħti lilha li tkun imżejna b’għażel ileqq, nadif, fin, għax il-​għażel fin qiegħed għall-​atti taʼ tjieba tal-​qaddisin.” (Rivelazzjoni 19:​7, 8) Sewwa sew meta l-​midlukin li għad baqaʼ fuq l-​art se jirċievu l-​irxoxt tagħhom fis-​sema m’huwiex mistqarr. Imma aħna assigurati fil-​kuntest hawnhekk li s-​sehem tagħhom fiż-​żwieġ tal-​Ħaruf, Kristu Ġesù, se jkun żmien hieni, u iktar u iktar ladarba huma jkunu raw b’għajnejhom l-​umiljazzjoni tal-​mara żienja infamja, Babilonja l-​Kbira.

Id-​Dinja taʼ Satana Meqruda

19. Liema żvilupp ieħor huwa deskritt f’​Rivelazzjoni 19:​11-21?

19 Iż-​żiemel abjad imsemmi l-​ewwel f’Rivelazzjoni 6:2 issa jerġaʼ jidher. Naqraw f’​Rivelazzjoni 19:11: “Dak bil-​qiegħda fuq [iż-żiemel abjad] hu msejjaħ Fidil u Veru, u hu jiġġudika u jagħmel gwerra fit-​tjieba.” B’hekk is-​“Sultan tas-​slaten u Mulej tal-​mulejiet” jirkeb ’il quddiem biex jolqot lill-​ġnus u biex jirfes “il-​magħsar tal-​inbid tar-​rabja tal-​korla t’Alla li Jistaʼ Kollox.” Għalxejn “[i]s-slaten tal-​art u l-​armati tagħhom” jinġabru biex jiġġieldu l-​gwerra taʼ Har–​Magedon. Ir-​Rikkieb taż-​żiemel abjad ilesti l-​konkwista tiegħu. Xejn ma jibqaʼ mill-​organizzazzjoni taʼ Satana fuq l-​art.—Rivelazzjoni 19:​12-21.

20. Ix-​Xitan innifsu x’jiġrilu?

20 Imma x’ingħidu dwar ix-​Xitan innifsu? F’​Rivelazzjoni 20:​1-6, Kristu Ġesù huwa deskritt bħala “anġlu nieżel mis-​sema bil-​muftieħ tal-​abbiss u katina kbira f’idu.” Hu jaħtaf lid-​dragun, is-​Serpent oriġinali, li hu x-​Xitan u Satana, jorbtu, jixħtu ġewwa l-​abbiss, u jagħlaq u jissiġillah fuqu. B’Satana mneħħi min-​nofs u m’għandux il-​ħila iktar li jiżżvija lill-​ġnus, ir-​Renju glorjuż tal-​Millennju tal-​Ħaruf u tal-​għarusa tiegħu jibda jopera. Ma jkunx hemm iktar dmugħ taʼ niket! Ma jkunx hemm iktar il-​mewt Adamika! Xejn għali, xejn biki, xejn uġigħ! “L-​affarijiet taʼ qabel għaddew.”​—Rivelazzjoni 21:4.

21. Waqt li nistennew bil-​ħerqa r-​rivelazzjoni taʼ Ġesù Kristu, x’għandha tkun id-​determinazzjoni tagħna?

21 Waqt li nistennew bil-​ħerqa r-​rivelazzjoni tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu, ejjew nuru żelu f’li ngħidu lil oħrajn dwar il-​wegħdi kollha mħabba tas-​Saltna t’Alla. Il-​ħelsien huwa fil-​qrib! Jalla nimxu ’l quddiem, dejjem ’il quddiem, bħala tfal imdawlin tal-​Mulej Sovran Jehovah!

B’Reviżjoni

◻ Liema ħaġa tindika li r-​rivelazzjoni taʼ Ġesù Kristu hi fil-​qrib?

◻ Jum il-​vendetta taʼ Jehovah kif se jasal?

◻ Il-​“maħbubin taʼ Jehovah” kif għandhom iħarsu lejn is-​sitwazzjoni dinjija preżenti?

◻ X’se tkun l-​ordni tal-​ġrajjiet meta t-​tribulazzjoni l-​kbira tfaqqaʼ?

[Stampa f’paġna 13]

Ġesù ‘jiġi mas-​sħab,’ b’mod inviżibbli, biex jesegwixxi ħaqq

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja