LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w01 12/15 p. 32
  • ‘Ingwent Ħalli Tidlek Għajnejk’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘Ingwent Ħalli Tidlek Għajnejk’
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
w01 12/15 p. 32

‘Ingwent Ħalli Tidlek Għajnejk’

DIN ir-​riċetta ngħatat minn Ġesù Kristu lill-​Kristjani taʼ l-​ewwel seklu fil-​kongregazzjoni taʼ Laodiċija, fl-​Asja Minuri.

Ġesù qal: ‘Ixtri . . . ingwent, ħalli tidlek għajnejk u tkun tistaʼ tara.’ Il-​kura ma kinitx meħtieġa għal xi marda letterali taʼ l-​għajnejn iżda għal għama spiritwali. Il-​Kristjani f’Laodiċija kienu ġew influwenzati mill-​ispirtu tal-​belt prosperuża materjalment li kienu jgħixu fiha u kienu saru indifferenti lejn dak li kellhom bżonn verament, l-​affarijiet spiritwali.

Meta tkellem dwar dan bħala l-​kawża tal-​vista batuta tagħhom, Ġesù qal: “Int tgħid: ‘Jiena għani, jiena stagħnejt u ma jonqosni xejn’, bla ma taf li l-​imsejken huwa int, taʼ min jitħassrek, fqir, agħma u għeri.” Għalkemm ma kinux indunaw, il-​membri tal-​kongregazzjoni kellhom bżonn ‘ingwent’ li jfejjaq u li setaʼ jinkiseb biss billi jissottomettu ruħhom għat-​tagħlim u d-​dixxiplina taʼ Ġesù Kristu. ‘Ixtri mingħandi,’ qal Ġesù.—Korsiv tagħna; Apokalissi 3:​17, 18.

Bħalma dan kien japplika għal dawk f’Laodiċija, il-​Kristjani ġenwini llum għandhom bżonn joqogħdu għassa kontra li jkunu influwenzati żżejjed, forsi mingħajr ma jindunaw, mill-​ambjent materjalistiku u dominat mill-​pjaċiri li qed jgħixu fih. Ir-​riċetta biex iżommu ħarsa b’saħħitha spiritwalment tinsab fit-​twissija: ‘Ixtri mingħand [Ġesù] . . . ingwent, ħalli tidlek għajnejk u tkun tistaʼ tara.’

Taʼ min jinnota l-​fatt li dan l-​‘ingwent’ irid jinxtara. Hemm prezz involut. Għandna bżonn inżidu l-​ħin f’li nistudjaw u nimmeditaw fuq il-​Kelma t’Alla. Din il-​Kelma, jiżgurana s-​salmista, hi ‘safja, u ddawwal l-​għajnejn [spiritwali].’—Salm 19:9 (19:​8, NW).

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja