LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w95 1/1 pp. 24-32
  • Il-Ġens li Qiegħed Iżomm l-Integrità

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Ġens li Qiegħed Iżomm l-Integrità
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Ġens Jitwieled
  • Quċċata Ġdida Taʼ Pubblikaturi
  • “Ibqgħu Agħmlu Dan”
  • “Ma Nabbandunawx Il-​Ġbir Tagħna Nfusna Flimkien”
  • “Kun Qiegħed Tagħmel Dan B’Urġenza”
  • Żomm L-​Integrità Sat-​Tmiem
  • Kun Ħerqan għat-Tajjeb!
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
w95 1/1 pp. 24-32

Il-​Ġens li Qiegħed Iżomm l-​Integrità

“Iftħu r-​rixtelli . . . biex il-​ġens twajjeb li qiegħed iżomm kondotta leali jistaʼ jidħol.”—ISAIJA 26:2.

1. L-​istqarrija t’Isaija dwar “ġens twajjeb” għala tistaʼ tkun sorprendenti?

lLLUM, hemm kull xorta taʼ ġnus. Xi wħud huma demokraziji, xi wħud dittatorjati. Xi wħud huma għonja, xi wħud fqar. Ħaġa waħda għandhom komuni: Kollha huma parti mid-​dinja li tagħha Satana huwa alla. (2 Korintin 4:4) Minħabba dan, il-​kliem t’Isaija jistaʼ jiġi bħala sorpriża għal xi wħud meta jgħid: “Iftħu r-​rixtelli, biex il-​ġens twajjeb li qiegħed iżomm kondotta leali jistaʼ jidħol.” (Isaija 26:2) Ġens twajjeb? Iva, hemm ġens twajjeb, ladarba l-​profezija tipponta lejn l-​eżistenza tiegħu fi żmienna. Kif jistaʼ jiġi identifikat dan il-​ġens mhux tas-​soltu?

2. X’inhuwa “l-​ġens twajjeb”? Kif nafu?

2 Kif in-​New World Translation tpoġġi Isaija 26:2, il-​ġens jintqal li qed “iżomm kondotta leali.” Il-​King James Version (marġni) tpoġġi l-​vers, “il-​ġens twajjeb li jżomm il-​veritajiet.” It-​tnejn huma deskrizzjonijiet adattati. Fil-​fatt, il-​ġens twajjeb huwa faċli li tagħrfu għaliex huwa l-​uniku ġens fuq l-​art li huwa suġġett għal Kristu s-​Sultan, u għalhekk m’huwiex parti mid-​dinja taʼ Satana. (Ġwann 17:16) Bħala talin, il-​membri tiegħu huma magħrufin għaż-​‘żamma tal-​kondotta mill-​aħjar tagħhom fost il-​ġnus.’ Huma jsegwu stil taʼ ħajja li jigglorifika lil Alla. (1 Pietru 2:12) Barra minn hekk, kulfejn jinsabu fid-​dinja, jagħmlu parti mill-​“kongregazzjoni taʼ dak Alla ħaj, pilastru u appoġġ tal-​verità.” (1 Timotew 3:15) Billi jappoġġjaw il-​verità, jirrifjutaw il-​filosofiji pagani mgħallmin mill-​Kristjaneżmu, u jiddefendu “l-​ħalib m’huwiex imħallat li jappartjeni lill-​kelma”​—il-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja. (1 Pietru 2:2) Iktar minn hekk, jippridkaw b’mod żeluż l-​aħbar tajba tas-​Saltna “fil-​ħolqien kollu li huwa taħt is-​sema.” (Kolossin 1:23) Jistaʼ jkun hemm xi dubju li dan il-​ġens huwa fformat mill-​uħud li fadal taʼ “l-​Iżrael t’Alla,” il-​kongregazzjoni taʼ Kristjani midlukin? Żgur li le!—Galatin 6:16.

Il-​Ġens Jitwieled

3. Iddeskrivi kif “il-​ġens twajjeb” ġie li jkun imwieled.

3 “Il-​ġens twajjeb” meta twieled? Il-​bidu tiegħu kien ipprofetizzat fil-​ktieb t’Isaija. F’Isaija 66:7, 8, naqraw: “Qabel ma [Sijon] bdiet tiġi fl-​uġigħ tal-​ħlas welldet. Qabel ma l-​weġgħat tat-​twelid setgħu jiġu fuqha, hi saħansitra tat ħlas lil tarbija tifel. . . . Sijon ġiet fl-​uġigħ tal-​ħlas kif ukoll welldet lil uliedha subjien.” B’mod l-​iktar mhux tas-​soltu, Sijon, l-​organizzazzjoni tas-​sema t’Alla, kellha tipproduċi “tarbija tifel” qabel ma sofriet weġgħat tal-​ħlas. Fl-​1914 is-​Saltna Messjanika ġiet prodotta fis-​smewwiet. (Rivelazzjoni 12:5) Wara dak, l-​ewwel gwerra dinjija belgħet iktar ġnus, u Kristjani midlukin sofrew persekuzzjoni u hemm. Finalment, fis-​sena 1919, il-​ġens spiritwali, it-​“tarbija tifel,” ġie pprodott fuq l-​art. B’hekk Sijon “welldet lil uliedha subjien”​—il-​membri midlukin tal-​“ġens twajjeb” il-​ġdid—​u dawn ġew organizzati għal xogħol t’għoti taʼ xiehda li dejjem jespandi.—Mattew 24:3, 7, 8, 14; 1 Pietru 2:9.

4. Il-​ġens twajjeb t’Alla għala kellu jissielet biex iżomm l-​integrità?

4 Sa mill-​bidu tiegħu, dan il-​ġens kellu jiffaċċja provi ħorox taʼ l-​integrità tiegħu. Għala? Meta s-​Saltna tas-​sema ġiet imwielda, Satana u d-​demonji tiegħu tkeċċew ’il barra mis-​sema ’l isfel lejn l-​art. Leħen għoli pproklama: “Issa seħħew is-​salvazzjoni u l-​poter u s-​saltna t’Alla tagħna u l-​awtorità tal-​Kristu tiegħu, għaliex ix-​xellej taʼ ħutna ġie mixħut ’l isfel, li jixlihom lejl u nhar quddiem Alla tagħna! U huma kkonkwistawh minħabba fid-​demm tal-​Ħaruf u minħabba fil-​kelma taʼ l-​għoti taʼ xiehda tagħhom, u ma ħabbewx lil erwieħhom saħansitra wiċċ imb’wiċċ mal-​mewt.” Satana rreaġixxa għal dan il-​bdil taʼ ċirkostanzi b’għadab kbir “u telaq biex jagħmel gwerra mal-​bqija taż-​żerriegħa [tal-mara], li josservaw il-​kmandamenti t’Alla u li għandhom ix-​xogħol taʼ li jagħtu xiehda dwar Ġesù.” Iffaċċjati mill-​attakki feroċi taʼ Satana, Kristjani midlukin żammew sod. Sal-​ġurnata tal-​lum, membri żelużi tal-​ġens twajjeb t’Alla jeżerċitaw fidi fid-​demm li jifdi taʼ Ġesù u jibqgħu jagħtu lil Jehovah tweġiba għan-​nebbiex il-​kbir billi jżommu l-​integrità “saħansitra wiċċ imb’wiċċ mal-​mewt.”—Rivelazzjoni 12:1, 5, 9-12, 17; Proverbji 27:11.

5. Liema attitudni mill-​aħjar tax-​Xhieda moderni għenithom iżommu l-​integrità?

5 Fl-​1919, meta nbeda l-​għoti taʼ xiehda taż-​żmien modern għas-​Saltna t’Alla, l-​Istudenti tal-​Bibbja, kif kienu jissejħu dak iż-​żmien ix-​Xhieda taʼ Jehovah, kienu ftit fl-​għadd imma b’saħħithom fil-​fidi. Huma saru l-​membri fundaturi taʼ ‘belt b’saħħitha, bis-​salvazzjoni mqiegħda għal ħitan u sur.’ Il-​fiduċja tagħhom kienet f’“Jah Jehovah [li hu] l-​Blata taʼ żminijiet indefiniti.” (Isaija 26:1, 3, 4) Bħal Mosè tal-​qedem, ipproklamaw: “Jien se niddikjara l-​isem taʼ Jehovah. Attribwixxu intom kobor lil Alla tagħna! Il-​Blata, perfetta hija l-​attività tiegħu, għax il-​mogħdijiet kollha tiegħu huma ġustizzja. Alla taʼ fedeltà, li miegħu m’hemm ebda inġustizzja; twajjeb u rett hu.”—Dewteronomju 32:3, 4.

6. Jehovah b’liema mod bierek lill-​poplu tiegħu f’dawn l-​aħħar jiem?

6 Minn dak iż-​żmien ’l hawn, ir-​rixtelli taʼ l-​arranġament tas-​Saltna t’Alla baqgħu miftuħin beraħ hekk kif l-​ewwel dawk li fadal mill-​144,000 Kristjani midlukin ġew miġburin u issa folla kbira taʼ “ngħaġ oħrajn” qegħdin jingħaqdu fl-​iddikjarar taʼ l-​iskopijiet tas-​Saltna taʼ Jehovah. (Ġwann 10:16) B’hekk, jistaʼ jiġi annunzjat b’ferħ: “Int żidtlu lill-​ġens; O Jehovah, żidtlu lill-​ġens; igglorifikajt lilek innifsek. Int estendejt ’il bogħod il-​fruntieri kollha tal-​pajjiż.” (Isaija 26:15) Hekk kif neżaminaw l-​għalqa tad-​dinja llum, naraw kemm huwa veru dak il-​kliem! Bil-​qawwa taʼ l-​ispirtu qaddis, ix-​xiehda dwar is-​Saltna taʼ Kristu li ġejja ngħatat “sa l-​iktar parti ’l bogħod taʼ l-​art.” (Atti 1:8) L-​ammont taʼ dik l-​espansjoni jistaʼ jitkejjel mir-​Rapport tas-​Sena taʼ Servizz 1994 tax-​Xhieda taʼ Jehovah mad-​Dinja Kollha, li jidher f’paġni 26 sa 29.

Quċċata Ġdida Taʼ Pubblikaturi

7, 8. (a) X’evidenza hemm li l-​poplu t’Alla ‘tawlu l-​ħbula tat-​tinda tagħhom’? (b) Billi tħares lejn ir-​Rapport tas-​Sena taʼ Servizz 1994, liema oqsma tara li qegħdin ‘jestendu l-​fruntieri tagħhom’ b’mod li jispikka?

7 Ikkunsidra xi ftit mill-​punti prinċipali taʼ dan ir-​rapport. Il-​quċċata taʼ pubblikaturi tas-​Saltna fl-​għalqa laħqet 4,914,094! Kemm huwa eċċitanti li tosserva l-​ġbir kontinwu tal-​“folla kbira . . . mill-​ġnus u t-​tribujiet u l-​popli u l-​ilsna kollha, bil-​wieqfa quddiem it-​tron u quddiem il-​Ħaruf, lebsin ilbiesi bojod”! Iva, dawn ukoll taw prova li huma wħud li jżommu l-​integrità. “Ħaslu lbieshom u għamluhom bojod fid-​demm tal-​Ħaruf,” billi jitqiesu twajbin minħabba li jeżerċitaw fidi fis-​sagrifiċċju taʼ rahan taʼ Ġesù.—Rivelazzjoni 7:9, 14.

8 Partikolarment mill-​1919 ’l hawn, il-​kmand ngħata lill-​organizzazzjoni taʼ Jehovah: “Agħmel il-​post tat-​tinda tiegħek iktar spazjuż. U ħallihom iġebbdu ’l barra d-​drappijiet tat-​tinda tat-​tabernaklu grandjuż tiegħek. Iżżommx lura. Tawwal il-​ħbula tat-​tinda tiegħek, u agħmel dawk il-​kavilji tat-​tinda tiegħek b’saħħithom.” (Isaija 54:2) Bi tweġiba, ix-​xogħol taʼ ppridkar jibqaʼ għaddej bla ma jbatti, saħansitra fl-​iffriżat Yukon, mal-​fruntiera taʼ l-​Alaska, fejn grupp qalbieni taʼ pijunieri jissaportu temperaturi li jistgħu jinżlu għal 50 jew 60 grad taħt iż-​żero Fahrenheit għal ġimgħat sħaħ f’daqqa. Fi snin riċenti folol kbar qegħdin jiżdiedu dejjem iżjed bl-​għaġla mal-​ġens taʼ Jehovah li jżomm l-​integrità. Ir-​rixtelli twessgħu biex jilqgħu lil dawn minn artijiet Ażjatiċi li ma jappartjenux lill-​Kristjaneżmu, minn postijiet li qabel kienu fortizzi Komunisti, minn ħafna artijiet Afrikani, u minn dominji Kattoliċi, bħalma huma l-​Italja, Spanja, il-​Portugall, u l-​Amerka t’Isfel. Persuni spostati fetħu qasam ieħor. Fl-​Ingilterra, per eżempju, Xhieda qegħdin jieħdu ħsieb il-​bżonnijiet taʼ 13-il grupp etniku taʼ lingwa barranija.

“Ibqgħu Agħmlu Dan”

9. (a) L-​attendenza għall-​Mafkar tas-​sena 1994 x’tindika? (b) Liema huma xi pajjiżi b’attendenzi għall-​Mafkar għoljin mhux tas-​soltu?

9 Punt prinċipali ieħor tar-​rapport annwali huwa l-​attendenza għall-​Mafkar. Ftit qabel ma miet, Ġesù istitwixxa l-​Mafkar li jikkommemora lil mewtu u qal lis-​segwaċi tiegħu: “Ibqgħu agħmlu dan b’tifkira tiegħi.” (1 Korintin 11:24) Kien eċċitanti fl-​1994 li tara 12,288,917​—ħafna iżjed mid-​doppju taʼ l-​għadd taʼ dawk li huma pubblikaturi attivi—​jinġabru flimkien biex jobdu dak il-​kmand, bħala parteċipanti jew bħala osservaturi. F’xi artijiet il-​persentaġġ taʼ dawk li attendew għall-​Mafkar imqabbel maʼ pubblikaturi kien saħansitra ogħla. L-​4,049 pubblikatur fl-Estonja, il-​Latvja, u l-​Litwanja kienu ferħanin ħafna li kellhom 12,876 jattendu għall-​Mafkar, iktar minn tliet darbiet iżjed mill-​għadd taʼ pubblikaturi. U fil-​Benin, is-​16,786 li attendew għall-​Mafkar kienu jirrappreżentaw kważi ħames darbiet iżjed mill-​għadd taʼ pubblikaturi. Kongregazzjoni waħda taʼ xi 45 pubblikatur kellha attendenza taʼ 831!

10. (a) L-​attendenza għolja għall-​Mafkar liema responsabbiltà tpoġġi fuqna? (b) Iddeskrivi x’jistaʼ jiġri meta xi ħadd li attenda għall-​Mafkar jirċievi iżjed għajnuna.

10 Ix-​Xhieda taʼ Jehovah huma henjin li tant persuni interessati ngħaqdu magħhom f’dik l-​okkażjoni daqstant promettenti. Issa jridu jgħinu lil dawn l-​uħud biex jagħmlu iżjed progress fil-​fehma u l-​imħabba tagħhom għall-​verità. Xi wħud jistgħu jirreaġixxu bħal Alla fir-​Russja. Alla kienet tistudja maʼ oħt pijuniera speċjali imma ftit għamlet progress, u għalhekk l-​istudju twaqqaf. Minkejja dan, Alla aċċettat stedina biex tattendi għall-​Mafkar. Dik il-​laqgħa, li tant għandha sinjifikat, għamlet impressjoni profonda fuqha. Hekk kif irritornat id-​dar, irmiet ix-​xbihat kollha tagħha u talbet lil Jehovah għall-​għajnuna. Jumejn wara l-​oħt pijuniera żaret lil Alla biex tara jekk ħaditx pjaċir fil-​Mafkar. Ir-​riżultat kien diskussjoni produttiva. L-​istudju m’Alla reġaʼ nbeda. Ftit wara kienet qiegħda tieħu sehem fix-​xogħol t’għoti taʼ xiehda. Din l-​esperjenza turi l-​valur taʼ żjajjar segwenti lil dawk li jattendu għall-​Mafkar. Ħafna x’aktarx li jirreaġixxu bħalma għamlet Alla.

“Ma Nabbandunawx Il-​Ġbir Tagħna Nfusna Flimkien”

11-13. (a) X’inhija parti mill-​kondotta leali tal-​ġens twajjeb? (b) Kristjani veri għala għandhom bżonn jattendu għal-​laqgħat?

11 Il-​Mafkar huwa l-​iktar laqgħa importanti fil-​kalendarju tax-​Xhieda taʼ Jehovah, imma bl-​ebda mod m’huwa l-​unika laqgħa. Kull ġimgħa x-​Xhieda taʼ Jehovah jinġabru flimkien b’ubbidjenza għall-​kliem taʼ l-​appostlu Pawlu: “Ejjew inqisu lil xulxin biex inqanqlu għall-​imħabba u xogħlijiet mill-​aħjar, billi ma nabbandunawx il-​ġbir tagħna nfusna flimkien, bħalma xi wħud għandhom id-​drawwa, imma billi ninkuraġġixxu lil xulxin, u dan iktar hekk kif tilmħu l-​jum riesaq fil-​qrib.” (Ebrej 10:24, 25) Huma assoċjati mal-​ġens twajjeb taʼ Jehovah li huwa identifikat mill-​kondotta leali tiegħu. Kondotta leali tinkludi li nattendu għal-​laqgħat fedelment.

12 Dan b’mod evidenti huwa mifhum tajjeb fil-​Filippini, fejn l-​attendenza medja mal-​pajjiż kollu għal-​laqgħat tal-​Ħadd hija 125 fil-​mija taʼ l-​għadd tal-​pubblikaturi. Huwa mifhum tajjeb, ukoll, minn grupp taʼ Xhieda u persuni interessati fl-​Arġentina. Huma joqgħodu madwar 12-il mil ’il bogħod mis-​Sala tas-​Saltna. Minkejja dan, is-​circuit overseer jirrapporta li ħlief f’każi taʼ mard, lanqas wieħed minnhom qatt ma jonqos għal-​laqgħat. Jivvjaġġaw erbaʼ sigħat bil-​karettun jew fuq dahar iż-​żiemel, u fix-​xitwa jirritornaw lura d-​dar fid-​dalma tal-​lejl.

13 Hekk kif it-​tmiem taʼ din is-​sistema jersaq iżjed qrib, il-​ħajja ssir iżjed iebsa, il-​problemi jiżdiedu, u l-​attendenza regulari għal-​laqgħat tistaʼ ssir iżjed taʼ sfida. Imma taħt ċirkostanzi bħal dawn, għandna iżjed bżonn minn qatt qabel taʼ l-​ikel spiritwali u s-​sħubija mill-​qalb li jistgħu jinsabu biss f’laqgħat bħal dawn.

“Kun Qiegħed Tagħmel Dan B’Urġenza”

14. Ix-​Xhieda taʼ Jehovah għala għandhom sens t’urġenza dwar il-​ministeru tagħhom, u liema riżultati juru dan?

14 Is-​sena l-​oħra, il-​Knisja Kattolika fl-​Italja rreferiet għax-​xogħol tax-​Xhieda taʼ Jehovah bħala “prożelitiżmu salvaġġ.” Realment, iżda, m’hemm xejn salvaġġ f’dak li jagħmlu x-​Xhieda. Minflok, il-​ministeru tagħhom huwa espressjoni taʼ mħabba profonda għall-​ġirien tagħhom. Huwa wkoll evidenza t’ubbidjenza għall-​kliem taʼ Pawlu: “Ippriedka l-​kelma, kun qiegħed tagħmel dan b’urġenza fi staġun favorevoli, fi staġun taʼ nkwiet.” (2 Timotew 4:2) Sens t’urġenza jqanqal lix-​Xhieda taʼ Jehovah biex ikunu żelużi fil-​ministeru tagħhom, kif jidher mill-​fatt li qattgħu total taʼ 1,096,065,354 sigħat fl-​1994 jippridkaw lill-​ġirien tagħhom, jagħmlu żjajjar lura, u jikkonduċu 4,701,357 studji tal-​Bibbja kull ġimgħa. Ħafna setgħu jieħdu sehem fis-​servizz taʼ pijunier, li juri li l-​ispirtu taʼ pijunier huwa ħaj u attiv. Il-​medja taʼ 636,202 pijunieri mad-​dinja kollha tagħti prova taʼ dan.

15, 16. (a) Iż-​żgħar kif ukoll il-​kbar kif urew l-​ispirtu taʼ pijunier? (b) Billi tħares lejn pajjiżi individwali fir-​Rapport tas-​Sena taʼ Servizz 1994, fejn tara għadd li jispikka taʼ pijunieri?

15 Fost dawk il-​pijunieri hemm ħafna żgħażagħ. Xi wħud fl-​Istati Uniti qegħdin issa jaqdu bħala pijunieri regulari meta jkunu fl-​iskola sekondarja, bi sħabhom tal-​klassi bħala t-​territorju prinċipali. Dawn iż-​żgħażagħ sabu li x-​xogħol taʼ pijunier huwa l-​aħjar mod kif jipproteġu lilhom infushom mid-​drogi, l-​immoralità, u l-​vjolenza li huma prevalenti f’ħafna skejjel f’dik l-​art. Ħafna żgħażagħ oħrajn għandhom ix-​xogħol taʼ pijunier bħala l-​mira tagħhom meta jħallu l-​iskola. Irina, fl-​Ukrajna, kienet pijuniera awżiljari matul is-​snin kollha li damet is-​sekondarja sabiex tipprepara lilha nfisha għax-​xogħol taʼ pijuniera wara li tiggradwa. Meta ħalliet l-​iskola, il-​familja tagħha offriet li tikkopera magħha fejn jidħol xogħol sekulari sabiex hi tkun tistaʼ tirrappreżentahom fix-​xogħol taʼ pijuniera regulari. Ekonomikament, l-​affarijiet m’humiex faċli fl-​Ukrajna. Imma Irina tgħid: “Naf li qiegħda nagħmel xogħol li jfisser ħajja mhux biss għalija imma wkoll għal dawk li lilhom nippriedka.” Huwa verament taʼ pjaċir li tara tant żgħażagħ illum jaħsbu bħal Irina. Liema mod aħjar hemm għalihom biex ‘jiftakru fil-​Ħallieq Grandjuż tagħhom f’jiem iż-​żgħożija tagħhom’?—Ekkleżjasti 12:1.

16 Għadd mhux ħażin taʼ pijunieri huma avanzati fl-​età. Waħda minnhom tirrapporta li matul it-​tieni gwerra dinjija, missierha u ħuha nqatlu peress li ġġieldu fil-​gwerra, u lil ommha u lil oħtha sparawlhom f’kerrejja. Iktar tard tilfet lil binha. Issa, fi xjuħitha u waqt li qiegħda ssofri b’nuqqas taʼ saħħa, Jehovah taha, fil-​kongregazzjoni Kristjana, familja bil-​wisq akbar minn dik li tilfet. U hi ssib il-​ferħ tagħha f’li tgħin lil oħrajn bħala pijuniera regulari.

17, 18. Kif jistaʼ kull wieħed minna, kemm jekk pijunier jew le, juri l-​ispirtu taʼ pijunier?

17 M’għandniex xi ngħidu, mhux kulħadd jistaʼ jkun pijunier. Jehovah hu kuntent li jaċċetta d-​deċma sħiħa tagħna, l-​aqwa li nistgħu noffru, tkun xi tkun din fil-​każ partikulari tagħna. (Malakija 3:10) Tabilħaqq, ilkoll kemm aħna nistgħu nikkultivaw l-​ispirtu taʼ dawn il-​pijunieri żelużi u nagħmlu dak kollu li jippermettulna ċ-​ċirkostanzi tagħna biex navanzaw l-​ippridkar taʼ l-​aħbar tajba.

18 Per eżempju, fl-​Awstralja, is-​16 t’April intagħżlet bħala ġurnata speċjali għal għoti taʼ xiehda fit-​toroq. Kienet appoġġjata tajjeb kemm minn pubblikaturi u kemm minn pijunieri, bħalma kien evidenti fil-​quċċata ġdida taʼ pubblikaturi taʼ 58,780 għal dak ix-​xahar. Iktar minn hekk, 90,000 iżjed rivisti ġew imqassmin milli fl-​istess xahar is-​sena l-​oħra. Matul il-​ġurnata speċjali, waħda oħt ħalliet xi rivisti maʼ raġel, u waqt li kienet qiegħda tieħu nota taʼ ismu u l-​indirizz biex issegwi l-​interess, skopriet li kienu jiġu minn xulxin! Inzerta li kienu kuġini li kienu ilhom ma jaraw lil xulxin għal 30 sena. Dan ċertament qajjem okkażjoni għal żjajjar lura ferm henjin!

Żomm L-​Integrità Sat-​Tmiem

19. Għala huwa urġenti li l-​ġens twajjeb taʼ Jehovah iżomm l-​integrità dritt sat-​tmiem?

19 Huwa urġenti li dawk kollha fil-​ġens twajjeb t’Alla jżommu l-​integrità hekk kif id-​dinja taʼ Satana tidħol fl-​istadji finali tagħha. Dalwaqt, il-​ġens qaddis taʼ Jehovah se jismaʼ s-​sejħa: “Mur, poplu tiegħi, idħol fil-​kmamar taʼ ġewwa tiegħek, u agħlaq bwiebek warajk. Inħeba biss għal mument sakemm tgħaddi d-​denunzja.” Din id-​dinja ħatja taʼ demm, b’mod inevitabbli, se tiffaċċja ġudizzju divin. “Għax, ħares! Jehovah ġej ’il quddiem minn postu biex jitlob kont taʼ l-​iżball taʼ l-​abitant taʼ l-​art kontra tiegħu, u l-​art ċertament li se tikxef it-​tixrid taʼ demm tagħha u m’hijiex se tgħatti iktar il-​maqtulin tagħha.” (Isaija 26:20, 21) Jalla kull wieħed minna jżomm sod bħala Kristjan li jżomm l-​integrità assoċjat mal-​ġens twajjeb taʼ Jehovah. Imbagħad se nithennew li niksbu ħajja taʼ dejjem fil-​qasam taʼ l-​art jew tas-​sema tas-​Saltna taʼ Kristu.

(w95 1/1)

Tiftakar Int?

◻ “Il-​ġens twajjeb” meta twieled?

◻ In-​nies t’Alla għala kienu jeħtieġu s-​sabar matul dawn l-​aħħar jiem?

◻ X’inhuwa muri mill-​għadd għoli taʼ pubblikaturi u s-​sigħat mqattgħin fil-​ministeru li jidher fir-​Rapport tas-​Sena taʼ Servizz 1994?

◻ L-​attendenza għal-​laqgħat għala hija tant importanti hekk kif did-dinja tersaq eqreb lejn tmiemha?

◻ Dawk kollha assoċjati mal-​ġens twajjeb t’Alla għala jridu jżommu l-​integrità?

[Tabella f’paġna 26-29]

1994 SERVICE YEAR REPORT OF JEHOVAH’S WITNESSES WORLDWIDE

(Ara r-​rivista)

[Stampa f’paġna 31]

Uħud li jżommu l-​integrità fil-​ġens twajjeb taʼ Jehovah se jiksbu ħajja taʼ dejjem fil-​perfezzjoni

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja