Għanja 68
Il-Mogħdrija t’Alla
1. Jekk Kristjani rridu nkunu
Il-mogħdrija nuru żgur
Kemm lill-ħbieb u lill-barrani,
Kemm lill-fqir u lis-sinjur.
Ġesù l-Għalliem tagħna,
B’qawwa dan għamlu tant ċar
B’tixbieha mill-aqwa
Sabiex jgħallem sew l-aħbar.
2. ‘Kien Samaritan jivvjaġġa
Biex lejn Ġeriko imur.
Tul it-triq sab Lhudi msawwat
Hemm waħdu mal-art minxur.’
Billi għen lil-Lhudi,
Il-preġudizzju ma wriex.
L-imħabba salvatu;
F’ġenb it-triq hu ma tħalliex.
3. Dan jagħmel ċar min hu l-proxxmu:
Hu kulmin għajnuna jrid.
Alla twajjeb maʼ kull bniedem,
Jagħti x-xita, x-xemx u l-ġid.
Il-mogħdrija t’Alla
Hi kbira ferm, taʼ ħabib;
Jagħder u jħenn dejjem.
Dan il-fatt ferħ lilna jġib.
4. Xi kultant nagħtu rigali
Taʼ ikel u lbies lill-fqir.
Imma ħtieġa hemm urġenti
Illi nieħdu seh’m f’xandir
B’għarfien dwar is-Saltna,
It-tjieba u l-verità.
Dan ngħidu lil għajrna
Biex ngħixu lkoll f’unità.