Għanja 62
Henjin, Dawk li Juru Ħniena!
1. Ferħan kulmin hemm ħniena fih!
F’għajnejn Jehovah hu sabiħ.
Dan jgħid lit-twajbin taʼ kull post
Li Alla b’ħniena jieħu gost.
F’Kalvarju Alla vera ħenn
Biex provda l-fidwa li ġġib kenn.
Hu juri l-ħniena lill-ġwejdin
Għax jaf li aħna lkoll dgħajfin.
2. Imbierek kulmin hu ħanin;
Mistrieħ b’dnubietu maħfurin.
Jintwerew ħniena huma stess
Għaliex għand All’ għandhom aċċess.
B’dil-ħniena jqassmu kullimkien
Il-Kelma t’Alla f’dan iż-żmien;
Jgħidu lin-nies: “Imtlew bil-ferħ,
Is-Saltna żgur se ġġib is-serħ.”
3. Min hu ħanin jgħid ċar u tond
Li lest li ’l Alla jagħti kont
Għax ħniena jistgħu jistennew
Talli il-ħniena huma wrew.
Inħennu sal-eternità
U nuru din il-kwalità
Billi kull ħin lesti nużaw
Biex ’l Alla tagħna nimitaw.
(KANT TAT-TMIEM)
Ferħan kulmin hemm ħniena fih!
F’għajnejn Jehovah hu sabiħ.