Għanja 155
“Agħtu Merħba lil Xulxin”!
1. Lil xulxin ilqgħu bħalma Kristu takom merħba sew!
La Kristu miet għal ħuk żgur tilqgħu int ukoll tassew.
Hekk il-matur u l-qawwi ħalli jgħin uħud dgħajfin,
Ngħinuhom f’Alla jittamaw, minnu jkunu mgħallmin.
Għax dak li nkiteb mill-profeti ilu ħafna żmien
Jistaʼ, bis-sabar sod li nuru, jgħaqqadna flimkien.
Mela ejjew nikkuntentaw mhux dejjem lilna stess,
Iva, dejjem inqisu wkoll taʼ ħutna l-interess.
2. Jehovah qiegħed jiġbor nies biex qatt ma jiggwerraw.
Wasal iż-żmien biex b’Ibnu paċi fl-art żgur ikun haw’.
Minn kull ġens u tribù u lsien, jiġbed kull tip taʼ nies,
U fl-imħuħ u fi qlubhom jiżraʼ l-Liġi b’ferħ bla qies.
Bi glorja ’l Alla nagħtu merħba lil kulħadd qegħdin
Bla ebda distinzjoni lil kull xorta taʼ bnedmin.
Li nikkupjaw ’l Alla fl-imħabba hu privileġġ kbir;
Hekk kif nixbhu lil Ibnu, il-qalb tagħna kbira ssir.
3. Mela ejjew inħeġġu n-nies ifaħħru ’l Jah, s-Sultan,
Billi mal-ġens li ġabar jgħannu tifħir b’kant ferħan.
Għal dak il-għan nipproklamaw, fi djar u fit-triqat,
L-aħbar li żgur Jehovah sejjer jaqtagħ’lna x-xewqat.
Dan l-unur li nfaħħru ’l Alla hekk ma jerġax ikun.
Dawn vera huma l-aħħar jiem għal kulmin hu brikkun.
Mela ejjew inħobbu ’l ħutna w ’l Alla nimitaw;
Lil xulxin nagħtu merħba: dan hu l-kmand li ningħataw.