LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Dejn li Għandna m’Oħrajn
    Ministeru tas-Saltna—2005 | Lulju
    • Dejn li Għandna m’Oħrajn

      1 L-​appostlu Pawlu kien iħossu obbligat li jippriedka lin-​nies. Hu kien jaf li Ġeħova għamilha possibbli għal bnedmin taʼ kull xorta biex isalvaw permezz tad-​demm prezzjuż taʼ Ibnu. (1 Tim. 2:​3-6) Għalhekk, Pawlu qal: “Jien midjun kemm lejn il-​Griegi u kemm lejn il-​Barbari, kemm lejn l-​għorrief u kemm lejn il-​boloh.” Hu ħadem bil-​ħerqa u bla heda biex iħallas id-​dejn li kellu maʼ sħabu l-​bnedmin billi qasam magħhom l-​aħbar tajba.​—Rum. 1:​14, 15.

      2 Bħal Pawlu, illum il-​Kristjani jieħdu kull opportunità biex jaqsmu l-​aħbar tajba m’għajrhom. Peress li ‘t-​tribulazzjoni l-​kbira’ qed toqrob b’ħeffa li ma bħalha, it-​tfittxija tagħna għal nies taʼ qalb onesta hija urġenti. Jalla l-​imħabba ġenwina li nħossu għan-​nies tqanqalna biex inkunu ħabrieka f’dan ix-​xogħol li jsalva l-​ħajja.​—Mt. 24:21; Eżek. 33:8.

      3 Inħallsu d-​Dejn li Għandna: Il-​metodu prinċipali kif insibu n-​nies huwa billi nippridkaw minn dar għal dar. F’territorji fejn spiss ma nsibux lill-​inkwilini d-​dar, ikun t’għajnuna li nieħdu noti preċiżi u li nerġgħu mmorru f’ħinijiet differenti biex nikkuntattjaw iktar nies. (1 Kor. 10:33) Nistgħu nikkuntattjaw in-​nies ukoll billi nagħtu xiehda f’territorju tan-​negozju, fit-​toroq, f’ġonna pubbliċi, f’postijiet fejn jipparkjaw il-​karozzi, kif ukoll bit-​telefon. Nistgħu nistaqsu lilna nfusna, ‘Qed nagħmel jien l-​almu tiegħi biex nuża kull metodu taʼ ppridkar sabiex naqsam il-​messaġġ tal-​ħajja m’oħrajn?’​—Mt. 10:11.

      4 Waħda pijuniera ħasset li għandha responsabbiltà kbira li tikkuntattja lin-​nies kollha fit-​territorju tagħha. Dar minnhom dejjem kienet issibha bil-​blinds imniżżlin, u ħadd qatt ma kien jiġi jiftaħ il-​bieb. Iżda, darba minnhom meta l-​pijuniera ma kinitx qed taqdi fil-​ministeru, osservat li quddiem din id-​dar kien hemm karozza pparkjata. Peress li ma riditx titlef din l-​opportunità, ċemplet il-​qanpiena. Ġie raġel jiftaħ il-​bieb u l-​konversazzjoni li kellhom bejniethom wasslet għal għadd taʼ żjajjar lura minn din l-​oħt u żewġha. Wara ftit taż-​żmien, ir-​raġel aċċetta studju tal-​Bibbja u issa sar ħu mgħammed. Hu jħossu grat li din l-​oħt ħassitha obbligata li tħallas id-​dejn taʼ responsabbiltà li tippriedka lil oħrajn.

      5 Peress li ż-​żmien għaddej b’ħeffa kbira, issa huwa l-​waqt li nħallsu d-​dejn li għandna maʼ sħabna l-​bnedmin billi nistinkaw kemm nifilħu fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar.​—2 Kor. 6:​1, 2.

  • Nikkonduċu Studji tal-Bibbja Progressivi—Il-Ħdax-il Parti
    Ministeru tas-Saltna—2005 | Lulju
    • Nikkonduċu Studji tal-​Bibbja Progressivi—Il-​Ħdax-il Parti

      Ngħinu lill-​Istudenti Jagħmlu ż-​Żjajjar Lura

      1 Meta student tal-​Bibbja jibda jieħu sehem fix-​xogħol taʼ lippridkar, hu jibda jiltaqaʼ maʼ nies li juru interess fl-​aħbar tajba. Kif nistgħu ngħinu lil pubblikatur ġdid jagħmel żjajjar lura effettivi u jikkultiva l-​interess taʼ l-​individwu li jkun iltaqaʼ miegħu?

      2 Il-​preparazzjoni għal żjara lura tibda meta nżuru lill-​persuna lewwel darba. Inkuraġġixxi lill-​istudent biex juri interess sinċier f’dawk li jitkellem magħhom. (Flp. 2:4) Ħarrġu pass pass biex jitgħallem kif jgħin lill-​inkwilini jesprimu ruħhom, kif joqgħod jismaʼ dak li għandhom x’jgħidu, u kif jagħti kas taʼ dak li jinteressahom. Meta xi ħadd juri interess, stieden lill-​pubblikatur il-​ġdid jikteb l-​informazzjoni meħtieġa rigward iż-​żjara. Uża din l-​informazzjoni biex tgħinu jippjana x’se jiddiskuti darb’oħra.

      3 Ippreparaw biex Terġgħu Tmorru: Irrivedi x’ġara fl-​ewwel żjara, u uri lill-​istudent kif jagħżel aspett mill-​messaġġ tas-​Saltna li jinteressa lill-​inkwilin. (1 Kor. 9:​19-​23) Ippreparaw flimkien preżentazzjoni qasira li tkun tinkludi skrittura kif ukoll paragrafu minn xi pubblikazzjoni. Barra minn dan, ħejju mistoqsija li tkun tistaʼ ssir fi tmiem id-​diskussjoni biex biha tiftħu t-​triq għal żjara oħra. Uri lill-​pubblikatur il-​ġdid kif jgħin lill-​individwu jkabbar l-​għarfien tal-​Kelma t’Alla kull darba li jżuru.

      4 Ikun t’għajnuna wkoll jekk lill-​istudent tgħallmu introduzzjoni sempliċi. Wara li jsellem lill-​inkwilin, forsi jistaʼ jgħidlu: “L-​aħħar darba ħadt pjaċir nitkellem miegħek u rġajt ġejt biex inkompli nurik x’tgħid il-​Bibbja dwar [semmi s-​suġġett].” Forsi jkollok bżonn ukoll turi lill-​pubblikatur il-​ġdid x’għandu jgħid jekk xi ħadd differenti jiftaħ il-​bieb.

      5 Ħabrek biex Tagħmel iż-​Żjajjar Lura: Inkuraġġixxi lill-​istudent jagħti eżempju tajjeb billi jerġaʼ jmur mill-​iktar fis għand dawk kollha li juru interess. Għandu mnejn ikollu bżonn jagħmel ħafna żjajjar lura biex isib lill-​persuna d-​dar. Għallem lill-​istudent kif jagħmel appuntament għal żjara lura u għinu jifhem il-​ħtieġa li jirritorna kif ikun wiegħed. (Mt. 5:​37) Ħarreġ lill-​pubblikatur il-​ġdid biex ikun qalbu tajba, jagħder, u juri rispett hekk kif ifittex uħud bħal nagħaġ u jikkultiva l-​interess li juru.​—Titu 3:2.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja