LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Nibdew Studji tal-Bibbja fil-Bieb u bit-Telefon
    Ministeru tas-Saltna—2005 | Awwissu
    • Nibdew Studji tal-​Bibbja fil-​Bieb u bit-​Telefon

      1, 2. Kif nistgħu nadattaw il-​programm tagħna taʼ studju tal-​Bibbja biex ngħinu lil nies li għandhom ħafna x’jagħmlu?

      1 In-​nies illum għandhom ħafna x’jagħmlu. Madankollu, hemm ħafna li huma interessati f’affarijiet spiritwali. Kif nistgħu ngħinuhom jissodisfaw il-​bżonn spiritwali tagħhom? (Mt. 5:3) Ħafna pubblikaturi jirnexxilhom jistudjaw il-​Bibbja man-​nies fil-​bieb jew bit-​telefon. Tistaʼ tkabbar il-​ministeru tiegħek b’dan il-​mod?

      2 Sabiex nibdew studji tal-​Bibbja, irridu nkunu preparati biex kulmeta tiġina l-​opportunità nuru kif isir studju tal-​Bibbja. Kif nistgħu nagħmluh dan u meta?

      3. Għala hu tajjeb li nuru kif isir studju tal-​Bibbja fl-​ewwel żjara, u dan kif nistgħu nagħmluh?

      3 Fil-​Bieb: Meta tiltaqaʼ maʼ xi ħadd li lest li jitkellem dwar il-​Bibbja, kulma għandek tagħmel hu li ssib paragrafu li tkun preparajt minn qabel, bħall-​ewwel paragrafu taʼ l-​ewwel lezzjoni fil-​browxer X’Jirrikjedi, u tibda. Aqra l-​paragrafu, ikkunsidra l-​mistoqsija, u iddiskuti xi skrittura jew tnejn li jkunu msemmijin. Spiss dan jistaʼ jsir fil-​bieb u jieħu minn ħames minuti s’għaxra. Jekk l-​individwu jieħu pjaċir bid-​diskussjoni, ftiehem biex darb’oħra tikkunsidraw il-​paragrafu jew tnejn li jkun imiss.​—Tistaʼ ssib iktar suġġerimenti, dwar kif tuża l-​metodu dirett biex tibda studji, fil-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Jannar 2002, pġ. 6.

      4. Kif nistgħu nibdew studju tal-​Bibbja fil-​bieb meta nagħmlu ż-​żjajjar lura?

      4 Meta nkunu qed nagħmlu ż-​żjajjar lura nistgħu nużaw metodu simili biex nibdew studji tal-​Bibbja. Per eżempju, tistaʼ tintroduċi l-​browxer X’Jirrikjedi u tiddiskuti l-​isem t’Alla, billi tuża t-​tieni lezzjoni, paragrafi 1-2. Fiż-​żjara taʼ wara, tistaʼ tiddiskuti x’tgħid il-​Bibbja dwar il-​kwalitajiet taʼ Ġeħova billi tuża paragrafi 3-4. Imbagħad fid-​diskussjoni li jkun imiss, tistaʼ tikkunsidra paragrafi 5-6 u l-​istampa f’paġna 5 biex tenfasizza kif studju tal-​Bibbja jgħinna nsiru nafu lil Ġeħova. Dan kollu jistaʼ jsir waqt li tkun wieqaf fil-​bieb.

      5, 6. (a) Xi nies għala għandhom mnejn jippreferu jistudjaw il-​Bibbja bit-​telefon? (b) X’nistgħu ngħidu meta noffru li jsir studju bit-​telefon?

      5 Bit-​Telefon: Xi nies forsi jkunu iktar lesti li jistudjaw il-​Bibbja bit-​telefon milli wiċċ imbwiċċ. Ikkunsidra l-​esperjenza li ġejja: Waqt li kienet qed tippriedka minn dar għal dar, waħda oħt iltaqgħet maʼ mara żagħżugħa bit-​tfal li hi mħabbta b’karriera. Meta l-​oħt ma rnexxilhiex terġaʼ ssibha d-​dar, hi ddeċidiet li ċċemplilha. Il-​mara żagħżugħa spjegatilha li tassew ma kellhiex ħin biex tiddiskuti l-​Bibbja. L-​oħt qaltilha: “F’għaxar minuti jew kwarta, tistaʼ titgħallem xi ħaġa ġdida, anki bit-​telefon.” “Ħeqq, jekk bit-​telefon, mela orrajt!” wiġbitha l-​mara. Fi żmien qasir kien qed isir studju regulari bit-​telefon.

      6 Hemm xi ħadd minn dawk li żżur li huwa lest li jistudja bit-​telefon? Tistaʼ tipprova l-​metodu li għadu kif ġie deskritt, jew tistaʼ sempliċement tgħid: “Jekk tippreferi nistgħu niddiskutu l-​Bibbja fuq it-​telefon. Ikun aħjar għalik dan?” Billi nadattaw il-​programm tagħna taʼ studju tal-​Bibbja skond iċ-​ċirkustanzi t’oħrajn, nistgħu ngħinuhom ‘isibu t-​tagħrif t’Alla.’—Prov. 2:5; 1 Kor. 9:​23.

  • X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
    Ministeru tas-Saltna—2005 | Awwissu
    • X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-​Rivisti

      It-​Torri taʼ l-​Għassa 15 t’Awis.

      “Meta jitilfu lil xi ħadd fil-​mewt, ħafna jixtiequ jkunu jafu x’jiġri meta mmutu. Taħseb li nistgħu nifhmu x’inhi l-​mewt? [Agħti ċans għal tweġiba.] Din ir-​rivista tispjega dak li tgħid il-​Bibbja dwar il-​kundizzjoni tal-​mejtin. Tiddiskuti wkoll il-​wegħda t’Alla li jirxoxta l-​maħbubin mejtin tagħna.” Aqra Ġwanni 5:​28, 29.

      It-​Torri taʼ l-​Għassa 1 taʼ Sett.

      “Fid-​dinja taʼ llum, il-​lealtà hi virtù li spiss tiġi iktar imfaħħra bil-​kliem milli prattikata. Ma tkunx xi ħaġa sabiħa kieku iktar nies ikunu bħal dan il-​ħabib deskritt hawnhekk? [Aqra Proverbji 17:17. Imbagħad agħti ċans għal tweġiba.] Din ir-​rivista tiddiskuti l-​benefiċċji li jiġu meta nkunu leali lejn il-​familja tagħna u lejn ħbiebna.”

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja