LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ‘Mitmugħin bil-Kliem tal-Fidi’
    Ministeru tas-Saltna—2005 | Jannar
    • ‘Mitmugħin bil-​Kliem tal-​Fidi’

      1 Li tgħix ħajja taʼ devozzjoni lejn Alla jirrikjedi sforz qawwi. (1 Tim. 4:​7-​10) Jekk nistrieħu fuqna nfusna, malajr negħjew u nitfixklu waqt li nipprovaw nimxu f’din it-​triq. (Is. 40:​29-​31) Mod wieħed kif nistgħu nirċievu saħħa mingħand Ġeħova hu billi niġu ‘mitmugħin bil-​kliem tal-​fidi.’​—1 Tim. 4:6.

      2 Ikel Spiritwali Nutrittiv: Permezz tal-​Kelma tiegħu u permezz taʼ “l-​ilsir leali u għaqli,” Ġeħova jipprovdi ikel spiritwali nutrittiv. (Mt. 24:45) Qegħdin aħna nagħmlu l-​parti tagħna biex nibbenefikaw minnu? Naqrawha l-​Bibbja kuljum? Inwarrbu ħin għall-​istudju persunali u l-​meditazzjoni? (Salm 1:​2, 3) Programm taʼ ikel spiritwali bnin bħal dan jagħtina s-​saħħa u jipproteġina biex id-​dinja taʼ Satana ma ddgħajjifniex. (1 Ġw. 5:​19) Ġeħova jkun magħna jekk nimlew moħħna b’affarijiet siewja u mbagħad napplikawhom f’ħajjitna.​—Flp. 4:​8, 9.

      3 Ġeħova jsaħħaħna wkoll permezz tal-​laqgħat tal-​kongregazzjoni. (Ebr. 10:​24, 25) It-​tagħlim spiritwali u s-​sħubija bnina li nsibu f’dawn il-​laqgħat jagħtuna l-​qawwa biex inżommu sod meta niffaċċjaw il-​provi. (1 Pt. 5:​9, 10) Żagħżugħa Kristjana qalet: “Inkun l-​iskola l-​ġurnata kollha, u dan ikissirni. Imma l-​laqgħat qishom oasi fid-​deżert, fejn nerġaʼ nieħu s-​saħħa biex inkun nistaʼ nkampa maʼ ġurnata oħra taʼ skola.” Kemm niġu mberkin għall-​isforz li nagħmlu biex nattendu l-​laqgħat!

      4 Inxandru l-​Verità: Li jippriedka lil oħrajn kien bħal ikel għal Ġesù. Kien jagħtih l-​enerġija. (Ġw. 4:​32-​34) Bl-​istess mod, meta nkellmu lil oħrajn dwar il-​wegħdi meraviljużi t’Alla, inħossuna mġeddin. Il-​bżulija fil-​ministeru tgħinna wkoll biex inżommu lil qalbna u lil moħħna ċentrati fuq is-​Saltna u fuq il-​barkiet li se jiġu dalwaqt. Dan verament jagħtina s-​saħħa.​—Mt. 11:​28-​30.

      5 Kemm aħna privileġġati li qed nibbenefikaw min-​nutriment spiritwali abbundanti li Ġeħova qed jipprovdi għall-​poplu tiegħu llum! Jalla nkomplu ngħajtu bil-​ferħ għall-​glorja tiegħu.​—Is. 65:​13, 14.

  • Nikkonduċu Studji tal-Bibbja Progressivi—Il-Ħames Parti
    Ministeru tas-Saltna—2005 | Jannar
    • Nikkonduċu Studji tal-​Bibbja Progressivi—Il-​Ħames Parti

      Kif Tiddeċiedi Kemm Tkopri Materjal

      1 Meta kien jgħallem, Ġesù kien iqis il-​limitazzjonijiet tad-​dixxipli tiegħu u kien ikellimhom “sakemm setgħu jisimgħu.” (Mk. 4:​33; Ġw. 16:12) B’mod simili llum, dawk li jgħallmu l-​Kelma t’Alla jridu jiddeċiedu l-​ammont taʼ materjal li jistgħu jkopru meta jikkonduċu studju tal-​Bibbja. L-​ammont taʼ materjal li jistaʼ jiġi kunsidrat jiddependi mill-​abbiltà u ċ-​ċirkustanzi taʼ l-​għalliem u taʼ l-​istudent.

      2 Ibni Fidi Soda: Xi studenti għandhom bżonn żewġ sessjonijiet jew tlieta biex jifhmu dak li studenti oħrajn kapaċi jifhmu f’sessjoni waħda. Huwa iktar importanti li ngħinu lill-​istudent jifhem ċar il-​materjal milli li ngħaddu ħafna materjal fi żmien qasir. Kull student għandu bżonn bażi soda għall-​fidi li jkun għadu kif kiseb fil-​Kelma t’Alla.​—Prov. 4:7; Rum. 12:2.

      3 Hekk kif tikkonduċi l-​istudju ġimgħa wara ġimgħa, uża l-​ħin li hemm bżonn biex tgħin lill-​istudent jifhem u jaċċetta dak li qed jitgħallem mill-​Kelma t’Alla. Evita li timxi b’pass tant mgħaġġel li l-​istudent ma jiħux il-​benefiċċju sħiħ tal-​veritajiet li jkun qed jiġi mgħallem. Ħalli biżżejjed ħin biex tiċċentra fuq il-​punti prinċipali u biex tikkunsidra l-​iskritturi fundamentali li jipprovdu l-​bażi tat-​tagħlim.​—2 Tim. 3:​16, 17.

      4 Żomm mat-​Tema taʼ l-​Istudju: Filwaqt li ma rridux ngħaġġlu żżejjed, irridu nevitaw ukoll li niżvijaw mill-​istudju. Jekk l-​istudent iħobb jitkellem fit-​tul dwar affarijiet persunali, forsi nistgħu niftiehmu biex dawn niddiskutuhom wara l-​istudju.​—Koħ. 3:1.

      5 Mill-​banda l-​oħra, l-​entużjażmu tagħna għall-​verità jistaʼ jagħmilha diffiċli għalina biex ma nitkellmux iżżejjed waqt l-​istudju. (Salm 145:​6, 7) Kultant ikun t’għajnuna jekk inżidu xi punt jew ngħidu xi esperjenza, imma dan m’għandux isir spiss jew jieħu fit-​tul b’tali mod li jtellef lill-​istudent milli jieħu għarfien eżatt tat-​tagħlim bażiku mill-​Bibbja.

      6 Billi ngħaddu ammont raġunevoli taʼ materjal f’kull sessjoni taʼ l-​istudju, aħna ngħinu lill-​istudenti tal-​Bibbja biex ‘jimxu fid-​dawl tal-​Mulej.’​—Is. 2:5.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja