LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Nikkonduċu Studji tal-Bibbja Progressivi—Is-Sebaʼ Parti
    Ministeru tas-Saltna—2005 | Marzu
    • Nikkonduċu Studji tal-​Bibbja Progressivi—Is-​Sebaʼ Parti

      Nitolbu fl-​Istudju

      1. (a) Għala huwa xieraq li tiftaħ u tagħlaq studju tal-​Bibbja b’talba? (b) Kif nistgħu nintroduċu t-​talb fi studju tal-​Bibbja?

      1 Sabiex l-​istudenti tal-​Bibbja jagħmlu progress spiritwali, hemm bżonn il-​barka taʼ Ġeħova. (1 Kor. 3:6) Għalhekk, meta l-​istudju jkun ġie stabbilit, ikun xieraq li tiftaħ u tagħlaq b’talba. Ħafna drabi nistgħu nagħmlu dan saħansitra mill-​ewwel studju li jkollna maʼ nies li jkunu reliġjużi. M’oħrajn, għandu mnejn ikollna nużaw id-​dehen biex nagħrfu meta jkun il-​waqt li nintroduċulhom it-​talb. Tistaʼ tuża Salm 25:​4, 5 u l-​1 Ġwanni 5:​14 biex tgħin lill-​istudent jara għala għandu jsir it-​talb u uża wkoll Ġwanni 15:16 biex tispjega l-​importanza li nitolbu lil Ġeħova permezz taʼ Ġesù Kristu.

      2. Jekk fuq studju tal-​Bibbja oħt ikollha magħha ħu mgħammed jew pubblikatur mhux mgħammed, min għandu jgħid it-​talba?

      2 Min għandu jgħid it-​talba fi studju tal-​Bibbja? Jekk ħu mgħammed imur fuq l-​istudju maʼ oħt, hu għandu jgħid it-​talba, għalkemm l-​oħt tistaʼ tikkonduċi l-​istudju filwaqt li tilbes għata fuq rasha. (1 Kor. 11:​5, 10) Min-​naħa l-​oħra, jekk pubblikatur tas-​Saltna mhux mgħammed imur fuq l-​istudju maʼ oħt, hi għandha tgħid it-​talba. F’sitwazzjoni bħal din, l-​oħt għandha tilbes għata fuq rasha kemm meta titlob u kemm meta tikkonduċi l-​istudju.

      3. Liema affarijiet xierqa għandu jinkludi t-​talb li jsir fi studju tal-​Bibbja?

      3 X’Tistaʼ Tgħid fit-​Talb: It-​talb fi studju tal-​Bibbja m’għandux għalfejn ikun twil, però għandu jkun speċifiku. Minbarra li nitolbu għall-​barka t’Alla fuq l-​istudju u nirringrazzjawh għall-​veritajiet mgħallma, huwa xieraq li nfaħħru lil Ġeħova bħala s-​Sors tat-​tagħlim. (Is. 54:13) Nistgħu ninkludu wkoll espressjonijiet li juru l-​interess sinċier tagħna fl-​istudent u l-​apprezzament tagħna għall-​organizzazzjoni li qed juża Ġeħova. (1 Tess. 1:​2, 3; 2:​7, 8) Il-​fatt li nitolbu għall-​barka taʼ Ġeħova fuq l-​isforzi taʼ l-​istudent biex japplika dak li qed jitgħallem jistaʼ jgħinu jara kemm hu importanti li jkun wieħed ‘li jagħmel il-​kelma.’​—Ġak. 1:​22.

      4. Liema benefiċċji jkun hemm meta tagħlaq u tiftaħ studju tal-​Bibbja bit-​talb?

      4 Il-​benefiċċji tat-talb huma ħafna. It-​talb iġib il-​barka t’Alla. (Lq. 11:13) Jenfasizza s-​serjetà taʼ l-​istudju tal-​Kelma t’Alla. Meta l-​istudent jismaʼ t-​talb tagħna, ikun qed jitgħallem kif jitlob. (Lq. 6:​40) Iktar minn hekk, it-​talb li joħroġ minn qalb mimlija mħabba u gratitudni lejn Alla għall-​kwalitajiet tiegħu li ma tistaʼ tqabbilhom maʼ xejn jistaʼ jgħin lill-​istudent jiżviluppa relazzjoni persunali maʼ Ġeħova.

  • X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
    Ministeru tas-Saltna—2005 | Marzu
    • X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-​Rivisti

      It-​Torri taʼ l-​Għassa 15 taʼ Mar.

      “In-​nies madwar id-​dinja jfaħħru t-​tagħlim taʼ Ġesù. [Aqra l-​kwotazzjoni f’paġna 3, paragrafu 1.] Imma taħseb int li dak it-​tagħlim, bħall-​eżempju li jinsab f’din l-​iskrittura, huwa prattiku llum il-​ġurnata? [Aqra Mattew 5:​21, 22a. Imbagħad agħti ċans għal tweġiba.] Din ir-​rivista tikkunsidra dak li għallem Ġesù u kif aħna nistgħu nibbenefikaw minnu.”

      It-​Torri taʼ l-​Għassa 1 t’Apr.

      “Ġieli smajt min jgħid li x-​xjenza u l-​Bibbja jikkontradixxu lil xulxin? [Agħti ċans għal tweġiba.] Din ir-​rivista teżamina l-​istorja tal-​konflitti bejn ix-​xjenza u r-​reliġjon. Imma wkoll tippreżenta evidenza li turi li x-​xjenza li hija minnha taqbel mal-​Bibbja.” Uri paġni 6-7. Imbagħad aqra Koħèlet 1:7.

      Stenbaħ! 8 t’April

      “Kif taħseb li l-​ġenituri għandhom jgħinu lil uliedhom jevitaw il-​problemi matul is-​snin diffiċli taʼ l-​adoloxxenza? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Isaija 48:​17, 18.] Din ir-​rivista turi li meta jiġu applikati l-​pariri tal-​Bibbja, il-​ġenituri jkunu jistgħu jikkomunikaw tajjeb maʼ wliedhom u jagħmlulhom limiti raġunevoli.”

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja