-
Nikkonduċu Studji tal-Bibbja Progressivi—It-Tmien PartiMinisteru tas-Saltna—2005 | April
-
-
Nikkonduċu Studji tal-Bibbja Progressivi—It-Tmien Parti
Nidderieġu lill-Istudenti Lejn l-Organizzazzjoni
1. Għala huwa taʼ benefiċċju li fuq studju tal-Bibbja kull ġimgħa taqsam punt dwar l-organizzazzjoni taʼ Ġeħova?
1 Il-mira tagħna meta nikkonduċu studji tal-Bibbja m’hijiex biss li nagħtu l-informazzjoni dwar it-tagħlim tagħna imma wkoll li ngħinu lill-istudent isir parti mill-kongregazzjoni Kristjana. (Żak. 8:23) Il-browxer Ix-Xhieda taʼ Jehovah—Min Huma? X’Jemmnu? jistaʼ jgħinna nagħmlu dan. Ħalli kopja tal-browxer maʼ studenti tal-Bibbja ġodda, u ħeġġiġhom jaqrawh. Barra minn hekk, fuq l-istudju ħu ftit minuti kull ġimgħa biex taqsam punt dwar l-organizzazzjoni taʼ Ġeħova.
2. Kif tistaʼ tinkuraġġixxi lill-istudenti tal-Bibbja biex jattendu l-laqgħat tal-kongregazzjoni?
2 Il-Laqgħat tal-Kongregazzjoni: Il-mod prinċipali kif listudenti tal-Bibbja jibdew japprezzaw l-organizzazzjoni t’Alla hu billi jissieħbu magħna fil-laqgħat tal-kongregazzjoni. (1 Kor. 14:24, 25) Għalhekk, tistaʼ tgħinhom jibdew isiru familjari mal-laqgħat billi tispjegalhom il-ħames laqgħat taʼ kull ġimgħa, waħda waħda. Semmilhom it-titlu tat-taħdita pubblika li jkun imiss. Urihom il-materjal li se jiġi kunsidrat fl-Istudju tat-Torri taʼ l-Għassa u fl-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni. Spjegalhom xi jsir fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku u fil-Laqgħa tas-Servizz. Meta jkollok inkarigu fl-iskola, forsi tistaʼ tipprattikah magħhom minn qabel. Aqsam magħhom punti li jkunu spikkaw fil-laqgħat. Uża r-ritratti fil-pubblikazzjonijiet tagħna biex tgħinhom jieħdu stampa taʼ kif isiru l-affarijiet. Agħmel dan mill-ewwel studju li jkollok magħhom.
3. Liema aspetti taʼ l-organizzazzjoni nistgħu niddiskutu?
3 Meta t-Tifkira, l-assembleat, u ż-żjara taʼ l-indokratur tas-circuit ikunu fil-qrib, ħu ftit minuti biex tispjega u tibni l-entużjażmu għal dawn l-arranġamenti. Pass pass, wieġeb mistoqsijiet bħal: Għala nissejħu Xhieda taʼ Ġeħova? Għala nirreferu għall-postijiet tal-laqgħat tagħna bħala Swali tas-Saltna? Fiex jikkonsistu l-inkarigi taʼ l-anzjani u l-qaddejja ministerjali? Kif inhu organizzat ix-xogħol taʼ l-ippridkar u t-territorju? Kif issir il-letteratura tagħna? L-organizzazzjoni kif tħallas għall-ispejjeż? L-uffiċċju tal-fergħa u l-Ġemgħa li Tiggverna kif jieħdu ħsieb ix-xogħol li jsir?
4, 5. Il-vidjos tagħna kif jistgħu jkabbru l-apprezzament għall-organizzazzjoni?
4 Vidjos li Jgħallmu: Mod ieħor kif l-istudenti tal-Bibbja jistgħu jaraw l-organizzazzjoni meraviljuża taʼ Ġeħova hu permezz tal-vidjos tagħna. Dawn jistgħu jiħduhom sa truf l-art (To the Ends of the Earth), ilaqqgħuhom mal-fratellanza kollha tagħna (Our Whole Association of Brothers), u juruhom kif aħna magħqudin permezz taʼ tagħlim divin (United by Divine Teaching). Mara li kienet ilha tirċievi r-rivisti tagħna u letteratura oħra għal ħames snin bdiet tibki meta rat il-vidjo Jehovah’s Witnesses—The Organization Behind the Name (Ix-Xhieda taʼ Ġeħova—L-Organizzazzjoni wara l-Isem). Hi kienet żviluppat fiduċja fix-Xhieda li kienu jżuruha, imma wara li rat il-vidjo ħasset li setgħet tafda lill-organizzazzjoni wkoll. Inbeda magħha studju formali, u l-ġimgħa taʼ wara attendiet il-laqgħat fis-Sala tas-Saltna.
5 Jekk kull ġimgħa nqattgħu ftit ħin maʼ l-istudenti tagħna u nużaw l-għodod li ġew provduti, aħna nistgħu nidderieġu pass pass lill-istudenti tal-Bibbja lejn l-unika organizzazzjoni li Ġeħova qed juża llum.
-
-
X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-RivistiMinisteru tas-Saltna—2005 | April
-
-
X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa 15 t’Apr.
“Ma taħsibx li hawn ammont bla għadd taʼ informazzjoni disponibbli llum? [Agħti ċans għal tweġiba.] Madankollu, m’hawn xejn iktar taʼ valur minn dak li huwa deskritt f’dan il-vers. [Aqra Ġwanni 17:3.] Din ir-rivista tispjega xi jfisser it-terminu ‘ħajja taʼ dejjem’ u kif nistgħu niksbu l-għarfien li jwassal għaliha.”
It-Torri taʼ l-Għassa 1 taʼ Mej.
“Meta jmut xi ħadd li nkunu nħobbu, huwa naturali li nkunu rridu nerġgħu naraw lil dik il-persuna. Ma taqbilx? [Agħti ċans għal tweġiba.] Ħafna sabu faraġ fil-wegħda li tinsab fil-Bibbja dwar l-irxoxt. [Aqra Ġwanni 5:28, 29.] Din ir-rivista tiddiskuti meta se jseħħ l-irxoxt u min eżattament se jibbenefika minnu.”
-