LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • L-Ippridkar Jgħinna Nissaportu
    Ministeru tas-Saltna—2005 | Ġunju
    • L-​Ippridkar Jgħinna Nissaportu

      1 Il-​Kelma t’Alla twissina biex “niġru bis-​sabar it-​tiġrija li tqiegħdet quddiemna.” (Ebr. 12:1) Bħalma atleta jeħtieġ is-​sabar biex jikkompeti b’suċċess, hekk ukoll aħna neħtieġu s-​sabar biex niksbu l-​premju taʼ ħajja taʼ dejjem. (Ebr. 10:36) Il-​ministeru Kristjan kif jistaʼ jgħinna nissaportu fedelment sat-​tmiem?​—Mt. 24:13.

      2 Imsaħħin Spiritwalment: Il-​fatt li nxandru l-​wegħda meraviljuża tal-​Bibbja dwar dinja ġdida u ġusta jgħin lilna stess biex inżommu t-​tama tagħna ħajja. (1 Tess. 5:8) Meta nieħdu sehem regolarment fil-​ministeru taʼ l-​għalqa, ikollna l-​opportunità li nxandru l-​veritajiet li tgħallimna mill-​Bibbja. Ikollna l-​opportunità li niddefendu l-​fidi tagħna, u dan mill-​banda l-​oħra jgħinna nissaħħu spiritwalment.

      3 Sabiex inkunu effettivi meta ngħallmu lil oħrajn, irridu nifhmu ċar il-​veritajiet tal-​Bibbja aħna stess. Irridu nagħmlu r-​riċerka u nimmeditaw fuq il-​materjal. Bl-​isforz sinċier li nagħmlu niksbu iktar għarfien profond, nissodaw il-​fidi tagħna, u nissaħħu spiritwalment. (Prov. 2:​3-5) B’hekk, waqt li ngħinu lil oħrajn, inkunu qed insaħħu lilna nfusna.​—1 Tim. 4:​15, 16.

      4 Is-​sehem żeluż tagħna fil-​ministeru huwa parti vitali mill-​“armatura sħiħa mingħand Alla,” li tant neħtiġuha sabiex inżommu sodi kontra x-​Xitan u d-​demonji. (Efes. 6:​10-​13, 15) Meta jkollna ħafna x’nagħmlu fis-​servizz sagru niġu megħjunin biex inżommu moħħna ffokat fuq affarijiet li jibnu u nevitaw li niġu mħassrin mid-​dinja taʼ Satana. (Kol. 3:2) Hekk kif ngħallmu l-​mogħdijiet taʼ Ġeħova lil oħrajn, niġu mfakkrin kontinwament li aħna stess għandna bżonn inżommu kondotta qaddisa.​—1 Pt. 2:​12.

      5 Mogħtijin il-​Qawwa minn Alla: Fl-​aħħarnett, is-​sehem tagħna fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar jgħallimna nistrieħu fuq Ġeħova. (2 Kor. 4:​1, 7) X’barka hi din! Jekk niżviluppaw fiduċja bħal din, mhux biss se niġu megħjunin inwettqu l-​ministeru tagħna imma wkoll inkunu nistgħu nkampaw maʼ kwalunkwe ċirkustanza li niffaċċjaw fil-​ħajja. (Flp. 4:​11-​13) Tabilħaqq, li nitgħallmu nistrieħu kompletament fuq Ġeħova hu fattur importanti biex ikollna s-​sabar. (Salm 55:​22, Karm Żammit) L-​ippridkar jgħinna b’ħafna modi biex nissaportu.

  • Nikkonduċu Studji tal-Bibbja Progressivi—L-Għaxar Parti
    Ministeru tas-Saltna—2005 | Ġunju
    • Nikkonduċu Studji tal-​Bibbja Progressivi—L-​Għaxar Parti

      Inħarrġu lill-​Istudenti fil-​Ministeru minn Dar għal Dar

      1 Meta l-​anzjani jiddeterminaw li student tal-​Bibbja jikkwalifika bħala pubblikatur mhux mgħammed, dan jistaʼ jibda jieħu sehem mal-​kongregazzjoni fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar pubbliku. (Ara Organizzati biex Nagħmlu r-​Rieda taʼ Ġeħova, pġi 79-81.) Kif nistgħu ngħinu lill-​istudent jilħaq il-​mira li jippriedka minn dar għal dar?

      2 Nippreparaw Flimkien: M’hemm xejn aħjar minn preparazzjoni tajba. Uri lill-​istudent fejn jistaʼ jsib suġġerimenti taʼ preżentazzjonijiet fil-​Ministeru tas-​Saltna u fil-​ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq il-​Bibbja, u għinu jagħżel preżentazzjoni sempliċi li hi adattata għat-​territorju lokali. Mill-​bidunett, inkuraġġih biex juża l-​Bibbja fil-​ministeru.​—2 Tim. 4:2.

      3 Sessjonijiet taʼ prattika huma ferm taʼ benefiċċju għal pubblikatur ġdid. Hekk kif l-​istudent jipprattika l-​preżentazzjoni tiegħu, urih kif jistaʼ jwieġeb bit-​tattika għar-​reazzjonijiet li huma komuni fit-​territorju. (Kol. 4:6) Aċċertah li bħala ministri Kristjani m’għandniex għalfejn inkunu nafu t-​tweġiba għal kull mistoqsija li jistgħu jistaqsu n-​nies. Spiss l-​aħjar mod kif nittrattaw mistoqsijiet bħal dawn ikun li noffru li nagħmlu r-​riċerka u li nerġgħu mmorru darb’oħra biex inkomplu niddiskutu s-​suġġett.​—Prov. 15:28.

      4 Nippridkaw Flimkien: L-​ewwel darba li l-​istudent jieħu sehem fil-​ministeru minn dar għal dar, ħallih josservak hekk kif int tagħmel il-​preżentazzjoni li tkunu ppreparajtu flimkien. Imbagħad involvih fid-​diskussjoni. F’ċerti każi, l-​aħjar ħaġa tkun li l-​pubblikatur il-​ġdid jagħmel biss parti mill-​preżentazzjoni, bħal li jaqra xi skrittura u jikkummenta fuqha. Żomm f’moħħok x’personalità u abbiltajiet għandu l-​istudent. (Flp. 4:5) Faħħar spiss lill-​istudent filwaqt li tkompli tħarrġu bil-​mod il-​mod fid-​diversi aspetti tax-​xogħol taʼ l-​ippridkar.

      5 Importanti li tgħin lill-​pubblikatur il-​ġdid biex jagħmel skeda ħalli jkun jistaʼ jieħu sehem regolarment fil-​ministeru, jekk jistaʼ jkun kull ġimgħa. (Flp. 3:​16) Agħmel arranġamenti speċifiċi biex taħdem miegħu fis-​servizz, u inkuraġġih jaħdem ukoll m’aħwa żelużi oħra. L-​eżempju u s-​sħubija tagħhom se jgħinuh isir iktar effettiv u jieħu gost fl-​ippridkar minn dar għal dar.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja