Għanja 188
Ir-Rigal tat-Talb
1. Talb lil Alla hu mismugħ
Taʼ dawk kollha li jobduh,
U bi Kristu Ġesù biss
Nistgħu nersqu kif imiss.
2. Talb li lil Jehovah jsir
B’ħerqa jrid ikun, mhux fqir.
Għandu jkun rifless mill-qalb
U b’rispett isir it-talb.
3. Waqt li ’l Alla nitolbuh
Attenzjoni ’l kliemna ntuh
Biex ma jkunx dejjem l-istess
U x’hemm f’qalbna jkun rifless.
4. Għat-talb ejjew nagħmlu l-ħin
Għax fit-triq dejqa mexjin.
Jibni t-talb u wens iġib;
Rigal t’Alla lilu ssib.