Għanja 186
Il-Ferħ Tagħna minn Alla
1. Il-ferħ li tal-ispirtu l-frott
Jeħtieġ nikkultivaw;
Dan nissaportu jgħinna ferm
Waqt li f’Alla nafdaw.
Dal-ferħ mhux taʼ kultant jinħass;
Huwa dejjem bżonnjuż.
Għalhekk naqraw: ‘Ifraħ!’ ‘Ifraħ!’
Fil-kliem t’Alla l-grandjuż.
2. Raġunijiet għandna għall-ferħ:
Nafu lil Alla sew;
Nafu ’l Ġesù; dwaru nixhdu;
Magħhom qed nithennew.
Hemm ferħ f’li nafu li dalwaqt
Se jispiċċa l-inkwiet;
Tintemm il-mewt; kulħadd jimxi
F’ta’ Alla l-mogħdijiet.
3. Biex ferħ minn Alla jsir profond
Jeħtieġ naqduh mill-qalb.
Lil qlubna rridu ngħassu sew
Waqt li nkellmuh bit-talb.
Mill-ħażen inkunu ħelsin
Biex ’l Alla infaħħruh,
Naħsbu fi ħwejjeġ li jibnu
U l-ħażen nobogħduh.
4. Għalkemm batuti u mgħakksin
Waqt li mexjin fid-dawl,
Dal-ferħ minn Alla hu rigal
Għal dawk li jobdu l-qawl.
L-irsiera taʼ Jehovah lkoll
Jaqduh tant ferħanin.
Sabiex ifuru f’dan il-ferħ
Jaqsmuh m’oħrajn qegħdin.