LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Ssb għanja 102
  • Il-Ferħ tal-Irxoxt

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Ferħ tal-Irxoxt
  • Għannu Tifħir lil Jehovah
  • Materjal Simili
  • Qawwa Tat-Tama Taʼ L-Irxoxt
    Magħqudin fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru
  • L-Uniku Rimedju!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Il-Qawwa tat-Tama taʼ l-Irxoxt
    Qim lill-Uniku Alla Veru
  • X’Inhuma Xeol u Ħades?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
Ara Iżjed
Għannu Tifħir lil Jehovah
Ssb għanja 102

Għanja 102

Il-​Ferħ tal-​Irxoxt

(Rivelazzjoni 20:13)

1. Lażżru kien indifen

F’qabar kbir ġo għar.

Kemm għalew qrabatu!

Jibku marru d-​dar.

‘Kieku kien hawn Kristu,

Li tant kienu ħbieb,

Ma kienx Lażżru jgħaddi

Minn tal-​Mewt il-​bieb.’

Ħdejn il-​qabar Kristu

Kemm għaġġeb lil dawn!

B’leħen għoli kkmanda:

‘Lażżru, oħroġ hawn!’

Għalkemm kien imkeffen,

Lażżru qam bla jdum.

O x’ferħ kbir imtlew bih

Ħbiebu f’dak il-​jum!

2. Dawk li ttamaw f’Ġesù

Ħasbu l-​ħelsien qrib;

Għalhekk tnikktu meta

L-​mewt kellu isib.

Jibku, l-​ħbieb taʼ Kristu

Difnuh f’qabar ġdid.

Kienu qalbhom sewda,

Għaliex tilfu s-​Sid

Fuq il-​bwieb taʼ Ħades

Alla vittorjuż:

Fit-​t’let jum Hu qajmu,

Tah irxoxt glorjuż.

B’ferħ kbir id-​dixxipli

Lilu semgħu w raw.

B’hekk bl-​irxoxt taʼ Kristu

Aħna nittamaw.

3. Bid-​dnub t’Adam f’Għeden

Mewt ġiet fuqna lkoll.

Bil-​fidwa taʼ ħajtu

Ġesù lilna jħoll.

Dawk fil-​mewt u f’Ħades

Leħnu jisimgħu

U ibattlu l-​oqbra

Biex ħajja jaraw.

Quddiem it-​tron t’Alla

Jsir ħaqq mill-​bnedmin

Skond l-​egħmejjel tagħhom

Matul dak iż-​żmien.

Dawk l’ isimhom jidher

F’t’Alla l-​ħajja l-​ktieb

Se jgħixu għal dejjem;

Jibqgħu t’Alla l-​ħbieb.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja