LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/06 pp. 3-5
  • Erfgħu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Erfgħu
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’inhuma l-​frazzjonijiet tad-​demm, u għala kull Kristjan irid jiddeċiedi għalih innifsu jekk għandux jużahom?
  • Għala d-​deċiżjoni dwar jekk għandix nuża ċerti proċeduri li jinvolvu l-​użu mediku taʼ demmi stess hija waħda persunali?
  • X’inhuma d-​deċiżjonijiet persunali tiegħi?
  • Frazzjonijiet tad-Demm u Proċeduri tal-Kirurġija
    “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
  • Alla X’Jaħseb Dwar id-Demm?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2006
km 11/06 pp. 3-5

Erfgħu

Kif Inħares Lejn il-​Frazzjonijiet tad-​Demm u l-​Proċeduri Mediċi li Jinvolvu l-​Użu taʼ Demmi Stess?

Il-​Bibbja tikkmanda lill-​Kristjani biex “jitbiegħdu . . . mid-​demm.” (Atti 15:20) Għalhekk, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova ma jaċċettawx trasfużjonijiet taʼ demm sħiħ jew taʼ l-​erbaʼ komponenti primarji tad-​demm​—jiġifieri, iċ-​ċelluli ħomor tad-​demm, iċ-​ċelluli bojod tad-​demm, il-​platelets, u l-​plasma. Ukoll, huma ma jagħtux jew ma jerfgħux id-​demm tagħhom stess biex jingħatalhom iktar tard.​—Lev. 17:​13, 14; Atti 15:​28, 29.

X’inhuma l-​frazzjonijiet tad-​demm, u għala kull Kristjan irid jiddeċiedi għalih innifsu jekk għandux jużahom?

Il-​frazzjonijiet tad-​demm huma elementi li jittieħdu mid-​demm u li jsiru permezz taʼ proċess li jissejjaħ taqsim fi frazzjonijiet. Per eżempju, il-​plasma, wieħed mill-​erbaʼ komponenti primarji tad-​demm, jistaʼ jinqasam fis-​sustanzi li ġejjin: ilma, xi 91 fil-​mija; proteini, bħall-​albumina, il-​globulini, u l-​fibrinoġen, xi 7 fil-​mija; u sustanzi oħrajn bħan-​nutrijenti, l-​ormoni, il-​gassijiet, il-​vitamini, sustanzi li jintremew, u l-​elettroliti, xi 1.5 fil-​mija.

Il-kmand biex nitbiegħdu mid-​demm japplika wkoll għall-​frazzjonijiet? Ma nistgħux ngħidu iva jew le. Il-​Bibbja ma tagħtix direzzjoni speċifika dwar is-​suġġett tal-​frazzjonijiet.a M’għandniex xi ngħidu, ħafna mill-​frazzjonijiet jittieħdu minn demm li jkun ngħata bħala donazzjoni għal skopijiet mediċi. Kull Kristjan għandu jiddeċiedi dwar jekk huwiex se jaċċetta jew jirrifjuta l-​użu mediku taʼ dawn is-​sustanzi billi juża l-​kuxjenza tiegħu.

Meta tieħu deċiżjonijiet bħal dawn, ikkunsidra l-​mistoqsijiet li ġejjin: Nirrealizza jien li l-​fatt li nirrifjuta l-​frazzjonijiet kollha tad-​demm ifisser li ma naċċettax ċerta mediċina, bħal dik li tiġġieled il-​viruses u l-​mard jew li tgħin lid-​demm jagħqad biex ma jintilifx? Naf jien nispjega lit-​tabib għala nirrifjuta jew naċċetta li nuża ċerti frazzjonijiet tad-​demm?

Għala d-​deċiżjoni dwar jekk għandix nuża ċerti proċeduri li jinvolvu l-​użu mediku taʼ demmi stess hija waħda persunali?

Għalkemm il-​Kristjani ma jagħtux jew ma jaħżnux demmhom stess għal skop taʼ trasfużjoni, xi proċeduri jew testijiet li jinvolvu d-​demm taʼ l-​individwu m’humiex b’mod ċar f’konflitt mal-​prinċipji tal-​Bibbja. Għalhekk, kull individwu għandu jagħmel deċiżjoni skond il-​kuxjenza tiegħu dwar jekk għandux jaċċetta jew jirrifjuta xi tipi taʼ proċeduri mediċi li jinvolvu l-​użu taʼ demmu stess.

Meta tieħu deċiżjonijiet bħal dawn, staqsi lilek innifsek il-​mistoqsijiet li ġejjin: Jekk xi ftit minn demmi se joħroġ barra minn ġismi u hemm iċ-​ċans li ċ-​ċirkulazzjoni titwaqqaf għal ammont taʼ ħin, se tħallini l-​kuxjenza tiegħi nħares lejn dan id-​demm bħala li xorta għadu parti minni, u b’hekk ma jkunx hemm il-​ħtieġa li jiġi ‘mxerred fl-​art’? (Dt. 12:​23, 24) Il-​kuxjenza tiegħi mħarrġa minn fuq il-​Bibbja se tniggiżni minħabba proċedura medika li matulha demmi stess jittieħed, modifikat, u jerġaʼ jidħol f’ġismi? Nirrealizza jien li jekk nirrifjuta kull proċedura medika li tinvolvi l-​użu taʼ demmi stess ikun ifisser li qed nirrifjuta kuri bħad-​dijalisi jew l-​użu taʼ magna tal-​qalb u l-​pulmun? Ikkunsidrajt jien din il-​kwistjoni bit-​talb qabel ma ħadt id-​deċiżjoni?b

X’inhuma d-​deċiżjonijiet persunali tiegħi?

Ikkunsidra ż-​żewġ settijiet taʼ mistoqsijiet fil-​paġni li ġejjin. L-​Ewwel Sett taʼ Għażliet isemmi xi frazzjonijiet li jittieħdu mid-​demm u kif dawn normalment jintużaw fil-​mediċina. Immarka l-​għażla persunali tiegħek dwar jekk taċċettax jew tirrifjutax l-​użu taʼ kull waħda minn dawn il-​frazzjonijiet. It-​Tieni Sett taʼ Għażliet isemmi xi proċeduri mediċi komuni li jinvolvu l-​użu taʼ demmek stess. Immarka l-​għażla persunali tiegħek dwar jekk taċċettax jew tirrifjutax dawn il-​proċeduri. Dawn is-​settijiet taʼ mistoqsijiet m’humiex dokumenti legali, imma tistaʼ tuża t-​tweġibiet tiegħek fuq dawn il-​karti biex jgħinuk timla d-​dokument tiegħek bl-​isem Direttiva Medika bil-​Quddiem.

Id-deċiżjonijiet li tieħu għandhom ikunu tiegħek stess u mhux ibbażati fuq il-​kuxjenza taʼ ħaddieħor. Bl-​istess mod, ħadd m’għandu jikkritika d-​deċiżjonijiet taʼ Kristjan ieħor. F’dawn il-​kwistjonijiet, “kull wieħed iġorr it-​tagħbija [taʼ responsabbiltà] tiegħu.”​—Gal. 6:​4, 5.

[Noti taʼ taħt]

a Tistaʼ ssib informazzjoni utli dwar dan is-​suġġett fil-​ħarġa tat-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Ġunju, 2004, paġni 29-​31.

b Tistaʼ ssib informazzjoni utli dwar dan is-​suġġett fil-​ħarġa tat-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 t’Ottubru, 2000, paġni 30-​1, u fuq id-​DVD Transfusion Alternatives—Documentary Series—On DVD.

[Tabella f’paġna 5]

L-​EWWEL SETT T’GĦAŻLIET

MHUX AĊĊETTABBLI ID-​DEĊIŻJONI PERSUNALI TIEGĦEK GĦALL-​KRISTJANI

DEMM Għażliet li

SĦIĦ FRAZZJONIJIET Trid Tagħmel

PLASMA ALBUMINA​—SA 4% MILL-​PLASMA

Proteina li tittieħed mill-​

plasma. Xi tipi t’albumina

jinsabu wkoll fil-​pjanti,

f’ikel bħall-​ħalib u

l-​bajd, u fil-​ħalib t’omm

li tkun treddaʼ. L-​albumina

mid-​demm kultant tintuża ․․ Jien naċċetta

f’sustanzi li jespandu l-​albumina

l-​volum u li jikkuraw jew

l-​attakki taʼ xokk qawwi ․․ Jien nirrifjuta

fil-​ġisem bħal eżawriment l-​albumina

u ħruq kbir. Din it-​taħlita

medika li tespandi

l-​volum jistaʼ jkun

fiha sa 25 fil-​mija

t’albumina. Ammonti

tassew żgħar jintużaw

fil-​formulazzjoni taʼ ħafna

mediċini oħrajn, fosthom

xi formulazzjonijiet taʼ

l-​erythropoietin (EPO).

IL-​GLOBULINI TAʼ L-​IMMUNITÀ

​—SA 3% MILL-​PLASMA

Il-​frazzjonijiet tal-​proteini

jistgħu jintużaw f’xi mediċini

li jiġġieldu kontra ․․ Jien naċċetta

l-​viruses u l-​mard, bħalma l-​globulini

huma d-​difterite, taʼ l-​immunità

it-​tetnu, l-​epatite kaġunata jew

minn virus, u r-​rabja taʼ ․․ Jien nirrifjuta

l-​annimali (rabies). Dawn l-​globulini

jistgħu jintużaw ukoll biex taʼ l-​immunità

jipprevienu ċerti

kundizzjonijiet mediċi li

jistgħu jipperikolaw il-​ħajja

taʼ tarbija li tkun qed

tiżviluppa fil-​ġuf jew

biex jiġġieldu kontra

l-​effetti tal-​velenu tas-​sriep

jew tal-​brimb.

SUSTANZI LI JGĦAQQDU D-​DEMM

​—INQAS MINN 1% MILL-​PLASMA

Hemm diversi proteini li

jgħinu lid-​demm biex jagħqad ․․ Jien naċċetta

ħalli ma jibqax joħroġ. Xi sustanzi li

wħud minn dawn il-​proteini jgħaqqdu d-​demm

jingħataw lill-​pazjenti li meħudin mid-​demm

għandhom it-​tendenza li jew

jitilfu d-​demm malajr. Dawn ․․ Jien nirrifjuta

jintużaw ukoll f’kolla sustanzi li

medika li tagħlaq il-​ġrieħi jgħaqqdu d-​demm

u twaqqaf id-​demm milli meħudin mid-​demm

joħroġ wara xi operazzjoni.

Taħlita waħda li fiha sustanzi

li jgħaqqdu d-​demm hi magħrufa

bħala cryoprecipitate. NOTA:

Xi sustanzi li jgħaqqdu d-​demm

issa huma magħmulin minn sorsi

li ma jittiħdux mid-​demm.

ĊELLULI EMOGLOBINA​—33% MIĊ-​ĊELLULI ĦOMOR

ĦOMOR Proteina li ġġorr l-​ossiġnu

madwar il-​ġisem u tieħu

d-​dijossidu karboniku ․․ Jien naċċetta

fil-​pulmuni. Il-​prodotti l-​emoglobina

żviluppati mill-​emoglobina jew

tal-​bnedmin jew taʼ l-​annimali ․․ Jien nirrifjuta

jistgħu jintużaw biex jiġu l-​emoglobina

kkurati pazjenti li jbatu

minn anemija qawwija jew

li jitilfu ammont kbir taʼ

demm.

HEMIN​—INQAS MINN

2% MIĊ-​ĊELLULI ĦOMOR

Sustanza li tnaqqas

l-​attività taʼ l-​enzimi

u li tittieħed mill-​emoglobina ․․ Jien naċċetta

li tintuża biex tikkura l-​hemin

grupp taʼ mard ġenetiku jew

rari fid-​demm (magħruf ․․ Jien nirrifjuta

bħala porfirja) u li l-​hemin

jeffettwa s-​sistema

diġestiva, is-​sistema

tan-​nervituri, u

s-​sistemi taċ-​ċirkulazzjoni.

ĊELLULI INTERFERONS​—FRAZZJON ŻGĦIR

BOJOD MIĊ-​ĊELLULI BOJOD

Proteini li jiġġieldu

kontra ċerti kanċrijiet ․․ Jien naċċetta

u infezzjonijiet kaġunati l-​interferons

minn virus. Ħafna meħudin mid-​demm

mill-​interferons ma jew

jittiħdux mid-​demm. ․․ Jien nirrifjuta

Xi wħud huma magħmulin l-​interferons

minn frazzjonijiet meħudin mid-​demm

taċ-​ċelluli bojod

tad-​demm tal-​bniedem.

PLATELETS Bħalissa, ebda frazzjoni

mill-​platelets ma qiegħda

tiġi iżolata għall-​użu

dirett fil-​kura medika.

IT-​TIENI SETT T’GĦAŻLIET

ID-​DEĊIŻJONI PERSUNALI TIEGĦEK

PROĊEDURI LI JINVOLVU L-​UŻU MEDIKU TAD-​DEMM TIEGĦEK STESS

*Nota: Il-​metodi kif jiġu applikati dawn il-​proċeduri mediċi jvarjaw minn tabib għal ieħor. Int għandek tara li t-​tabib tiegħek jispjegalek eżattament x’hemm involut fi kwalunkwe proċedura suġġerita sabiex tkun ċert li hi fi qbil mal-​prinċipji tal-​Bibbja u mad-​deċiżjonijiet li tieħu int stess skond il-​kuxjenza tiegħek.

ISEM X’TAGĦMEL Għażliet li

TAL-KURA Trid Tagħmel.

(Għandek mnejn tkun trid tkellem

lit-​tabib tiegħek

qabel ma taċċetta

jew tirrifjuta xi

waħda minn dawn

il-​proċeduri.)

CELL SALVAGE Tnaqqas it-​telf

tad-​demm. Waqt

l-​operazzjoni,

id-​demm jiġi salvat ․․ Naċċetta

minn ġerħa jew ․․ Forsi naċċetta*

toqba fil-​ġisem. ․․ Nirrifjuta

Dan jitnaddaf jew

jissaffa u mbagħad,

forsi bi proċess

kontinwu, jerġaʼ

lura fil-​pazjent.

HEMODILUTION Tnaqqas it-​telf tad-​demm.

Waqt l-​operazzjoni,

id-​demm jiġi dirett

lejn boroż u minfloku

tingħata sustanza li ․․ Naċċetta

tespandi l-​volum ․․ Forsi naċċetta*

tad-​demm li m’hijiex ․․ Nirrifjuta

magħmula mill-​komponenti

tad-​demm. Għalhekk,

id-​demm li jibqaʼ

fil-​pazjent matul

l-​operazzjoni jitħallat,

u jkun fih inqas ċelluli

ħomor tad-​demm. Waqt

l-​operazzjoni jew fi

tmiemha, id-​demm li

jkun ġie dirett lejn

il-​boroż jiġi dirett

lura fil-​pazjent.

MAGNA Iżżomm iċ-​ċirkulazzjoni.

TAL-QALB Id-​demm jiġi dirett lejn

U L-​PULMUN magna tal-​qalb u l-​pulmun ․․ Naċċetta

artifiċjali fejn jingħatalu ․․ Forsi naċċetta*

l-​ossiġnu u mbagħad jiġi ․․ Nirrifjuta

dirett lura fil-​pazjent.

DIJALISI Tiffunzjona bħal organu.

Fid-​dijalisi, jew hemodialysis,

id-​demm jiċċirkola permezz ․․ Naċċetta

taʼ magna li ssaffi u tnaddaf ․․ Forsi naċċetta*

id-​demm qabel ma jerġaʼ ․․ Nirrifjuta

lura fil-​pazjent.

ROQGĦA Twaqqaf it-​tnixxija taʼ

DEMM likwidu mis-​sinsla tad-​dahar.

EPIDURALI Ammont żgħir mid-​demm

tal-​pazjent stess jiġi ․․ Naċċetta

injettat fir-​rita taʼ ․․ Forsi naċċetta*

madwar is-​sinsla ․․ Nirrifjuta

tad-​dahar. Din

il-​proċedura tintuża

biex tiġi siġillata

toqba li minnha jkun

qed joħroġ likwidu

tas-​sinsla tad-​dahar.

PLASMAFERESI Tikkura l-​mard. Id-​demm

jinħareġ u jissaffa biex

titneħħa l-​plasma.

Minfloku jiġi miżjud

sostitut għall-​plasma, ․․ Naċċetta

u d-​demm jerġaʼ lura ․․ Forsi naċċetta*

fil-​pazjent. Xi tobba ․․ Nirrifjuta

għandhom mnejn ikunu

jridu jużaw il-​plasma

taʼ persuna oħra biex

ipoġġuha minflok il-​plasma

tad-​demm tal-​pazjent.

F’dan il-​każ, din

l-​għażla ma tkunx

aċċettabbli għal

Kristjan.

L-​IMMARKAR Għad-​dijanjosi jew

għall-​kura tal-​mard.

Jinħareġ ftit demm,

jitħallat mal-​mediċina, ․․ Naċċetta

u jerġaʼ jitpoġġa lura ․․ Forsi naċċetta*

fil-​pazjent. It-​tul taʼ ․․ Nirrifjuta

ħin li d-​demm taʼ pazjent

idum barra l-​ġisem jistaʼ

jvarja.

SUSTANZA LI Tissiġilla l-​ġrieħi,

TGĦAQQAD tnaqqas it-​telf taʼ demm.

MAGĦMULA Jinħareġ ftit demm

MILL- u jiġi konċentrat f’taħlita

PLATELETS; li jkun fiha ħafna

AUTOLOGOUS platelets u ċelluli bojod. ․․ Naċċetta

(JIĠIFIERI Din it-​taħlita tiġi ․․ Forsi naċċetta*

“MEĦUD MINN applikata fuq il-​parti ․․ Nirrifjuta

DEMMEK STESS”) tal-​ġisemfejn issir

l-​operazzjoni

jew fuq il-​ġrieħi.

NOTA: F’ċertu taħlit,

jintużaw sustanzi li

jgħaqqdu d-​demm meħudin

mid-​demm tal-​baqar.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja