Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu kunsidrati fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fis-27 taʼ Frar, 2012. Ġiet imniżżla d-data meta l-punt se jiġi diskuss fl-iskola. B’hekk, kull ġimgħa tkun tistaʼ tagħmel riċerka fuq dan il-punt waqt il-preparazzjoni tiegħek.
1. Il-kliem taʼ Isaija 30:18 liema faraġ joffri għall-Kristjani veri llum? [9 taʼ Jan., ip-1 pp. 308-309 para. 14, 15]
2. X’lezzjoni nistgħu nisiltu mill-fatt li Sebna ma tħalliex jaqdi bħala uffiċjal taʼ Ħeżekija? (Is. 36:2, 3, 22) [16 taʼ Jan., w07 1/15 p. 8 para. 6]
3. X’nistgħu nitgħallmu mir-rakkont f’Isaija 37:1, 14-20 dwar li nkampaw fi żmien taʼ niket? [16 taʼ Jan., w07 1/15 p. 9 para. 1-2]
4. It-tixbiha użata f’Isaija 40:31 tipprovdi liema inkuraġġiment għall-qaddejja taʼ Ġeħova? [23 taʼ Jan., ip-1 pp. 413-415 para. 29, 30]
5. Minħabba liema attakk li riesaq bil-ħeffa huwa l-kliem taʼ Ġeħova mniżżel f’Isaija 41:14 inkuraġġanti b’mod partikulari llum? [23 taʼ Jan., ip-2 p. 24 para. 16]
6. Kif nuru lil Ġeħova li qed ‘niġru wara s-sewwa’? (Is. 51:1) [6 taʼ Fra., ip-2 p. 165 para. 2]
7. Min huma l-“ħafna” msemmijin f’Isaija 53:12, u liema lezzjoni li tqawwi l-qalb nitgħallmu dwar Ġeħova mill-mod kif jittratta magħhom? [13 taʼ Fra., ip-2 p. 213 para. 34]
8. Il-poplu taʼ Ġeħova x’esperjenza matul l-aħħar jiem li ġie deskritt b’mod simboliku f’Isaija 60:17? [20 taʼ Fra., ip-2 p. 316 para. 22]
9. X’inhu s-sinifikat tas-“sena t’approvazzjoni” li Ġesù u s-segwaċi tiegħu kienu inkarigati li jipproklamaw? (Is. 61:2) [20 taʼ Fra., ip-2 p. 324 para. 7-8]
10. Liema kwalità meraviljuża taʼ Ġeħova hi enfasizzata fil-kliem t’Isaija 63:9? [27 taʼ Fra., w03 7/1 p. 19 para. 22-23]