LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/11 p. 8
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2011
Il-Ministeru tas-Saltna—2011
km 4/11 p. 8

Avviżi

◼ Offerta tal-​letteratura għal Mejju: Ir-​rivisti It-​Torri tal-​Għassa u Stenbaħ! Meta terġaʼ żżur lil nies interessati, inkluż dawk li attendew it-​Tifkira jew xi attivitajiet teokratiċi oħrajn iżda li mhumiex jissieħbu b’mod attiv mal-​kongregazzjoni, ikkonċentra fuq li tibda studji bil-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem? Ġunju: Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? Stinka biex tibda studju tal-​Bibbja fl-​ewwel żjara. Jekk l-​inkwilini jkollhom il-​ktieb diġà u ma jaċċettawx studju tal-​Bibbja, il-​pubblikaturi jistgħu joffru pubblikazzjoni iktar antika jew kwalunkwe browxer li jittratta dwar l-​interessi tal-​persuna. Lulju u Awwissu: Kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin li jinteressa lin-​nies fit-​territorju: Veru li Alla Jimpurtah Minna?, Gawdi l-​Ħajja fuq l-​Art Għal Dejjem!, Ibqaʼ Għassa!, Għandek Int Temmen fit-​Trinità?, Ktieb għan-​Nies Kollha, X’Jiġrilna Meta Mmutu?, X’Inhu l-​Iskop tal-​Ħajja—Kif Tistaʼ Ssibu?, Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut.

◼ L-​iskeda tal-​laqgħa għall-​ġimgħa taʼ qabel il-​konvenzjoni distrettwali tagħkom tistaʼ tiġi rranġata biex jiġu riveduti xi pariri u tfakkiriet dwar l-​attendenza għall-​konvenzjoni. Xahar jew xahrejn wara l-​konvenzjoni jistaʼ jintuża wieħed mill-​bżonnijiet lokali biex jiġu riveduti punti mill-​konvenzjoni li l-​pubblikaturi sabu utli fil-​ministeru.

◼ Minn Mejju, il-​kongregazzjonijiet kollha għandhom jużaw l-​ewwel Sibt taʼ kull xahar biex iħabirku ħalli jibdew studji tal-​Bibbja. Is-​sensiela “Tgħallem mill-​Kelma t’Alla” fit-​Torri tal-​Għassa ġiet imħejjija biex tgħin lill-​pubblikaturi jagħmlu dan. L-​aħħar paġna taʼ kull ħarġa tal-​Ministeru tas-​Saltna se jkun fiha preżentazzjonijiet għax-​xahar taʼ wara, inkluż suġġeriment biex jinbeda studju tal-​Bibbja fl-​ewwel Sibt.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja