LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 9/14 p. 2
  • Ħu bħala mudell lill-profeti—Naħum

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħu bħala mudell lill-profeti—Naħum
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2014
  • Materjal Simili
  • Punti Prinċipali mill-Kotba taʼ Naħum, Ħabakkuk, u Sofonija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Kont Taf?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Ġeħova—L-Alla li Jbassar u Jwettaq
    Għix bil-Jum taʼ Ġeħova f’Moħħok
  • Ktieb li Tistaʼ Tafdah— It-2 Parti
    Stenbaħ!—2011
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2014
km 9/14 p. 2

Ħu bħala mudell lill-profeti—Naħum

1. X’nitgħallmu mill-​ktieb taʼ Naħum?

1 Il-​fdalijiet taʼ Ninwe tal-​qedem jagħtu prova li Ġeħova jaġixxi kontra l-​għedewwa Tiegħu u li lanqas l-​iktar għadu kiefer ma jistaʼ jiqaflu. Dan jaqbel maʼ dak li pprofetizza Naħum. (Naħ. 1:2, 6) Studju iktar bir-​reqqa tal-​profezija taʼ Naħum jgħallimna lezzjonijiet għal meta nkunu fil-​ministeru.

2. X’inhu mod wieħed kif nistgħu nimitaw lil Naħum fil-​ministeru?

2 Offri faraġ u tama: Mad-​daqqa t’għajn, il-​ktieb taʼ Naħum jidher li ma fih xejn ħlief stqarrija taʼ kundanna kontra Ninwe, il-​belt kapitali tal-​Assirja tal-​qedem, li n-​nies tagħha kienu kburin. (Naħ. 1:1; 3:7) Madankollu, din l-​istqarrija kienet aħbar tajba għan-​nies taʼ Ġeħova. Naħum, li ismu jfisser “Farraġ,” aċċerta lil-​Lhud li l-​għadu tagħhom kien se jinqered! Naħum ikkonferma li Ġeħova hu “post taʼ sigurtà f’jum l-​hemm.” (Naħ. 1:7) Hekk kif nippritkaw, aħna wkoll nitkellmu dwar aħbar tajba u ninkuraġġixxu lil oħrajn ifittxu kenn f’Ġeħova.—Naħ. 1:15.

3. Kif nistgħu nimitaw lil Naħum billi nużaw eżempji jew tixbihat?

3 Uża eżempji u tixbihat: Ġeħova nebbaħ lil Naħum biex iqabbel it-​tmiem taʼ Ninwe maʼ dak tal-​belt Eġizzjana taʼ Tebe (No-​amon), li qabel kienet ġiet meqruda mill-​Assirjani stess. (Naħ. 3:8-​10) Hekk kif nitkellmu maʼ individwi dwar it-​tmiem taʼ din is-​sistema mill-​agħar, nistgħu nenfasizzaw profeziji Bibliċi li jagħtu prova li Ġeħova jwettaq kelmtu sal-​inqas dettall. Pereżempju, meta l-​Babiloniżi u l-​Medin marru biex jiggwerraw kontra l-​belt taʼ Ninwe fis-​sena 632 QEK, xita qalila fawret lix-​Xmara Tigri, u dan wassal biex taqaʼ parti mis-​swar b’saħħithom tal-​belt. Imbagħad Ninwe ma damitx ma ntrebħet, eżatt bħalma bassar Ġeħova.—Naħ. 1:8; 2:6.

4. Kif nistgħu nitkellmu b’mod ċar u b’mod li jinftiehem fil-​ministeru?

4 Tkellem b’mod ċar u b’mod li jinftiehem: L-​istil tal-​kitba taʼ Naħum kien dettaljat u drammatiku. Dak li kiteb kien ċar. (Naħ. 1:14; 3:1) B’mod simili, irridu nużaw lingwaġġ li jinftiehem b’mod faċli. (1 Kor. 14:9) Meta tkun fil-​ministeru, spjega lin-​nies għala mort tħabbtilhom. Hekk kif tistudja l-​Bibbja maʼ individwi, għinhom jiżviluppaw fidi f’Ġeħova u fil-​Kelma tiegħu u biex jifhmu kif l-​informazzjoni tapplika għalihom personalment.—Rum. 10:14.

5. Liema ċertezza nsibu fil-​profezija taʼ Naħum?

5 Il-​fiduċja taʼ Naħum fit-​twettiq li ma tistax tiċħdu tal-​kelma taʼ Ġeħova tidher ċara daqs il-​kristall fil-​ktieb tal-​Bibbja li hu msemmi għalih. Hekk kif it-​tmiem tas-​sistema taʼ Satana qed joqrob, insibu faraġ mill-​istqarrija t’Alla: “L-​inkwiet ma jerġax iqum it-​tieni darba.”—Naħ. 1:9.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja