LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • fg lezzjoni 10 mist. 1-4
  • Kif Tista’ Tagħraf il-Qima Vera?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Tista’ Tagħraf il-Qima Vera?
  • Aħbar Tajba Mingħand Alla!
  • Materjal Simili
  • Kif Tistaʼ Tagħraf il-Qima Vera?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Qima Approvata minn Alla
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Dwar il-Qima Vera
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Kif Tistaʼ Ssib Il-Vera Reliġjon?
    Alla X’Jirrikjedi Minna?
Ara Iżjed
Aħbar Tajba Mingħand Alla!
fg lezzjoni 10 mist. 1-4

LEZZJONI 10

Kif Tistaʼ Tagħraf il-​Qima Vera?

1. Hemm biss reliġjon waħda vera?

Ġesù jgħallem

“Ħarsu ruħkom mill-profeti foloz.”​—MATTEW 7:15.

Ġesù għallem lis-​segwaċi tiegħu reliġjon waħda biss, ir-​reliġjon il-​vera. Hija bħal triq li twassal għall-​ħajja taʼ dejjem. Dwar din it-​triq, Ġesù qal: “Ftit huma dawk li jsibuha.” (Mattew 7:14) L-​unika qima li jaċċetta Alla hi dik ibbażata fuq il-​Kelma tiegħu tal-​verità. L-​aduraturi veri kollha huma magħqudin f’fidi waħda.​—Aqra Ġwanni 4:23, 24; 14:6; Efesin 4:4, 5.

Ara l-vidjow Jaċċetta Alla kull tip taʼ qima?

2. Ġesù x’qal dwar il-​Kristjani foloz?

Mexxej reliġjuż jitkellem fi knisja. Iktar tard qed ibierek lis-suldati fil-gwerra.

“Huma jistqarru pubblikament li jafu lil Alla, imma jiċħduh b’dak li jagħmlu.”—TITU 1:16.

Ġesù wissa li profeti foloz kienu se jikkorrompu lill-​Kristjanità. Minn barra, dawn jidhru bħal aduraturi veri. Il-​knejjes tagħhom isostnu li huma Kristjani. Imma tistaʼ ma tiġix imqarraq minn nies bħalhom. Kif? Il-​qima vera biss tipproduċi Kristjani ġenwini bi kwalitajiet u għemejjel li jispikkaw.​—Aqra Mattew 7:13-​23.

3. Kif tistaʼ tagħraf l-​aduraturi veri?

Ikkunsidra dawn il-​ħames punti li jidentifikaw lill-​Kristjani veri:

  • L-​aduraturi veri jirrispettaw il-​Bibbja bħala l-​Kelma t’Alla. Huma jistinkaw biex jgħixu fi qbil mal-​prinċipji tagħha. B’hekk, ir-​reliġjon il-​vera hija differenti minn reliġjon ibbażata fuq l-​ideat tal-​bnedmin. (Mattew 15:7-​9) L-​aduraturi veri ma jippritkawx ħaġa u mbagħad jagħmlu oħra.​—Aqra Ġwanni 17:17; 2 Timotju 3:16, 17.

  • Kristjan qed jagħti taħdita Biblika. Iktar tard jipprietka dwar is-Saltna t’Alla, jgħin fi żmien ta’ diżastru, u jgħin lil dawk imdaħħlin fiż-żmien.

    Is-​segwaċi veri taʼ Ġesù jonoraw l-​isem t’Alla, Ġeħova. Ġesù onora l-​isem t’Alla billi għamlu magħruf. Hu għen lin-​nies isiru jafu lil Alla u għallimhom jitolbu biex jitqaddes l-​isem t’Alla. (Mattew 6:9) Fejn tgħix int, liema reliġjon tippromwovi l-​użu tal-​isem t’Alla?​—Aqra Ġwanni 17:26; Rumani 10:13, 14.

  • Il-​Kristjani veri jippritkaw dwar is-​Saltna t’Alla. Alla bagħat lil Ġesù biex jipprietka l-​aħbar tajba dwar is-​Saltna. Is-​Saltna t’Alla hi l-​unika tama għall-​umanità. Ġesù kompla jitkellem dwarha sal-​ġurnata li miet. (Luqa 4:43; 8:1; 23:42, 43) Hu qal li s-​segwaċi tiegħu kienu se jippritkaw dwarha. Jekk xi ħadd javviċinak biex jitkellem dwar is-​Saltna t’Alla, wisq probabbli x’reliġjon għandu?​—Aqra Mattew 24:14.

  • Is-​segwaċi taʼ Ġesù mhumiex parti minn din id-​dinja mill-​agħar. Tistaʼ tidentifikahom għax ma jiħdux sehem fi kwistjonijiet politiċi jew f’konflitti soċjali. (Ġwanni 17:16; 18:36) Ukoll, ma jimitawx il-​prattiki u l-​attitudnijiet tad-​dinja li jagħmlu l-​ħsara.​—Aqra Ġakbu 4:4.

  • Il-​Kristjani veri għandhom imħabba li tispikka għal xulxin. Mill-​Kelma t’Alla, huma jitgħallmu jirrispettaw lill-​gruppi etniċi kollha. Għalkemm ir-​reliġjonijiet foloz spiss appoġġaw b’saħħa l-​gwerer tal-​ġnus, l-​aduraturi veri rrifjutaw li jagħmlu dan. (Mikea 4:1-​3) Minflok, il-​Kristjani veri bla egoiżmu jużaw il-​ħin u r-​riżorsi tagħhom biex jgħinu u jinkuraġġixxu lil oħrajn.​—Aqra Ġwanni 13:34, 35; 1 Ġwanni 4:20.

4. Tistaʼ tidentifika r-​reliġjon vera?

Liema reliġjon tibbaża t-​tagħlim kollu tagħha fuq il-​Kelma t’Alla, tonora l-​isem t’Alla, u xxandar is-​Saltna t’Alla bħala l-​unika tama għall-​bnedmin? Liema grupp jipprattika l-​imħabba u ma jappoġġax il-​gwerra? Int x’taħseb?​—Aqra l-​1 Ġwanni 3:10-​12.

Għal iktar informazzjoni, ara kapitlu 15 tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja