Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Nagħtu xhieda f’territorju tan-negozju
Għala hu importanti: Ħafna nies jaħdmu sigħat twal. Għalhekk, spiss l-aħjar mod biex insibuhom ħalli ngħidulhom il-messaġġ tas-Saltna hu billi nagħtuhom xhieda fuq il-post tax-xogħol tagħhom. Li nagħtu xhieda f’territorju tan-negozju jistaʼ jkun pjaċevoli u produttiv, għax dejjem insibu lil xi ħadd u l-ħaddiema għandhom tendenza li jkunu edukati maʼ dawk li jaħsbu li jistgħu jkunu klijenti ġodda. Sabiex il-pubblikaturi jkunu effettivi, għandhom jużaw l-għaqal u t-tattika, u anki jkunu eżemplari fl-ilbies u d-dehra tagħhom. (2 Kor. 6:3) Għaldaqstant, l-indokratur tas-servizz jeħtieġ li joqgħod attent ħafna kemm spiss qed jinħadem it-territorju tan-negozju u minn min.
Ipprova dan matul ix-xahar:
Matul il-lejla tal-Qima Bħala Familja li jmiss, ipprattika preżentazzjoni qasira li għandek mnejn tuża jekk taħdem territorju tan-negozju.