‘Walk by Faith, Not by Sight’
Ftit wara l-assedju u l-qerda taʼ Ġerusalemm, l-appostlu Pawlu kiteb li l-Kristjani, bħala suldati mill-aħjar taʼ Kristu, għandhom jistennew li jbatu u li m’għandhomx ikunu moħħhom fil-kumditajiet u l-pjaċiri. (2 Tim. 2:3, 4) Minħabba li dalwaqt se jkun hawn gwaj mad-dinja kollha, li hi mingħajr devozzjoni lejn Alla, għandna bżonn fidi soda biex nibqgħu ffokati fuq affarijiet spiritwali. (2 Kor. 4:18; 5:7) Ara l-vidjow bl-Ingliż ‘Walk by Faith, Not by Sight.’ (Mur f’jw.org/en, u kklikkja fuq PUBLICATIONS > VIDEOS.) Innota li Naham u Abital spiċċaw f’nassa qattiela meta ntrabtu wisq mal-affarijiet materjali. Imbagħad, irrivedi l-mistoqsijiet li ġejjin.
(1) X’kienet “il-ħaġa moqżieża” li kienet “wieqfa f’post qaddis” fl-ewwel seklu, u liema azzjoni minnufih kellhom jieħdu l-Kristjani li kienu qed jgħixu f’Ġerusalemm? (Mt. 24:15, 16) (2) Għala kien jirrikjedi kuraġġ biex jaħarbu mill-belt? (3) X’sagrifiċċji kien hemm bżonn jagħmlu biex jaħarbu? (4) Naham u Abital għala ħaduha bil-lajma biex joħorġu mill-belt? (Mt. 24:17, 18) (5) Rachel liema prova oħra tal-fidi kellha meta ġiet biex titlaq minn Ġerusalemm? (Mt. 10:34-37; Mk. 10:29, 30) (6) Ethan kif ħalla eżempju tajjeb tal-fidi u l-fiduċja f’Ġeħova? (7) Il-Kristjani x’diffikultajiet esperjenzaw f’Pella? (8) Il-fidi taʼ Naham u Abital kif battiet bil-mod il-mod? (9) Ġeħova kif ħa ħsieb lill-Kristjani li kienu qed jgħixu f’Pella? (Mt. 6:33; 1 Tim. 6:6-8) (10) Kif nistgħu nimitaw lil Abraham u Sara hekk kif niffaċċjaw it-tmiem taʼ din is-sistema? (Ebr. 11:8-10) (11) Naham u Abital kif ikkonvinċew lilhom infushom biex imorru lura f’Ġerusalemm, u r-raġunament tagħhom għala ma kienx tajjeb? (Lq. 21:21) (12) X’sabu Naham u Abital meta marru lura f’Ġerusalemm? (13) Għala għandna nsaħħu l-fidi tagħna issa—qabel ma jiġi t-tmiem taʼ din is-sistema?—Lq. 17:31, 32; 21:34-36.
Meta nimxu bil-fidi, dan ikun ifisser (1) li nafdaw fid-direzzjoni taʼ Ġeħova, (2) li nħallu d-direzzjoni tiegħu tiggwida l-passi tagħna, u (3) li nuru li napprezzaw il-valur tal-affarijiet spiritwali iktar mill-affarijiet materjali. Jalla nkunu dejjem deċiżi li nimxu bil-fidi u fiduċjużi li “d-dinja [se] tgħaddi u x-xewqa tagħha wkoll, imma min jagħmel ir-rieda t’Alla jibqaʼ għal dejjem.”—1 Ġw. 2:17.