-
Ħalli “l-Liġi tal-Qalb Tajba bl-Imħabba” Tħarislek IlsienekIt-Torri tal-Għassa—2010 | Awwissu 15
-
-
18, 19. Il-liġi tal-qalb tajba bl-imħabba għala m’għandhiex titbiegħed minn ilsienna meta nittrattaw mal-aduraturi sħabna?
18 L-imħabba leali għandha tidher kull meta nittrattaw maʼ sħabna l-aduraturi taʼ Ġeħova. Anki f’ċirkustanzi diffiċli, il-liġi tal-qalb tajba bl-imħabba m’għandhiex titbiegħed minn ilsienna. Meta l-qalb tajba bl-imħabba taʼ wlied Israel saret “bħan-nida li tgħib kmieni,” Ġeħova ma ħax pjaċir. (Ħos. 6:4, 6) Mill-banda l-oħra, Ġeħova jieħu gost jekk għandna d-drawwa li nuru l-qalb tajba bl-imħabba regolarment. Ikkunsidra kif ibierek lil dawk li jfittxu li juruha.
-
-
Għala Għandna Nkunu Puntwali?It-Torri tal-Għassa—2010 | Awwissu 15
-
-
Għala Għandna Nkunu Puntwali?
MHUWIEX dejjem faċli li nkunu puntwali, jew fil-ħin. Fost l-isfidi li forsi jkollna negħlbu hemm distanzi twal taʼ vvjaġġar, ħafna traffiku, u skedi mimlijin daqs bajda. Però, li nkunu fil-ħin huwa importanti. Pereżempju, fuq il-post tax-xogħol, individwu puntwali ġeneralment ikun kunsidrat bħala bniedem diliġenti u taʼ min joqgħod fuqu. Mill-banda l-oħra, individwu li jasal tard jistaʼ jeffettwa x-xogħol t’oħrajn u l-kwalità taʼ prodotti u servizzi. Jekk student jasal tard jistaʼ jitlef ċerti lezzjonijiet u jfixkel il-progress tiegħu fl-iskola. Jekk wieħed imur tard għal appuntament għand it-tabib jew għand id-dentist jistaʼ jeffettwa l-kura li jingħata.
Però, f’xi postijiet il-puntwalità mhijiex kunsidrata bħala li hi daqstant importanti. F’ambjent bħal dan, malajr tistaʼ ssir id-drawwa tagħna li nkunu tard. Jekk dan hu minnu, huwa vitali li nikkultivaw xewqa li nkunu fil-ħin. Jekk nifhmu l-importanza tal-puntwalità żgur se niġu megħjunin biex inkunu puntwali. X’inhuma xi raġunijiet għala għandna nkunu puntwali? Kif nistgħu negħlbu l-isfida tal-puntwalità? U liema benefiċċji nistgħu nistennew li naħsdu jekk inkunu fil-ħin?
Ġeħova—Alla Puntwali
L-iktar raġuni għala għandna nkunu puntwali hi li rridu nimitaw l-Alla li nqimu. (Efes. 5:1) Ġeħova jipprovdi eżempju
-