-
Għallem il-veritàFuljett għal-Laqgħa Ħajja u l-Ministeru—2016 | Awwissu
-
-
GĦIX BĦALA KRISTJAN
Għallem il-verità
Minn Settembru, il-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna se jinkludi preżentazzjoni ġdida bit-titlu “Għallem il-verità.” Il-mira tagħna se tkun li nenfasizzaw verità bażika mill-Bibbja billi nużaw mistoqsija u skrittura.
Jekk ninnotaw li hemm interess, aħna nistgħu nqanqlu l-entużjażmu għaż-żjara li jmiss billi nħallu xi pubblikazzjoni jew nuru vidjow minn fuq jw.org/mt. Għandna nipprovaw nerġgħu mmorru wara ftit ġranet biex nibnu fuq id-diskussjoni taʼ qabel. Il-preżentazzjonijiet ġodda u t-taħditiet li se jkollhom l-istudenti se jkunu bbażati fuq ir-reviżjonijiet tal-kapitli tal-ktieb X’Nistgħu Nitgħallmu mill-Bibbja? Hemmhekk nistgħu nsibu mistoqsijiet oħra u skritturi li jgħinuna nagħmlu żjajjar lura jew nikkonduċu studju billi nużaw il-Bibbja.
Hemm biss triq waħda li twassal għall-ħajja. (Mt 7:13, 14) Peress li nitkellmu maʼ nies li għandhom reliġjon u ċirkustanzi differenti, aħna għandna nippreżentaw il-veritajiet tal-Bibbja b’mod li nilħqulhom qalbhom. (1Ti 2:4) Hekk kif insiru aktar familjari maʼ suġġetti differenti tal-Bibbja u ntejbu l-abbiltà tagħna f’li ‘nimmaniġġaw sew il-kelma tal-verità,’ il-ferħ tagħna se jiżdied, u se jkollna suċċess f’li ngħallmu l-verità lil oħrajn.—2Ti 2:15.
-
-
Kampanja speċjali biex inqassmu It-Torri tal-Għassa f’SettembruFuljett għal-Laqgħa Ħajja u l-Ministeru—2016 | Awwissu
-
-
GĦIX BĦALA KRISTJAN
Kampanja speċjali biex inqassmu It-Torri tal-Għassa f’Settembru
Nies madwar id-dinja kollha għandhom bżonn il-faraġ. (Ek 4:1) Matul ix-xahar kollu taʼ Settembru, aħna se nagħmlu sforz speċjali biex noffru It-Torri tal-Għassa, li se jkun fuq is-suġġett tal-faraġ. Ejja nipprovaw noffru din ir-rivista lil kemm jistaʼ jkun nies. Però, peress li nixtiequ li nitkellmu direttament man-nies biex infarrġuhom, aħna mhux se nħallu r-rivista fejn ma nsibu lil ħadd id-dar.
X’TISTAʼ TGĦID
“Minn żmien għal żmien, kulħadd ikollu bżonn il-faraġ. Imma fejn nistgħu nsibuh? [Aqra t-2 Korintin 1:3, 4.] Din il-ħarġa tat-Torri tal-Għassa tikkunsidra kif Alla jipprovdilna l-faraġ.”
Jekk il-persuna turi interess u taċċetta r-rivista, . . .
URI L-VIDJOW GĦALA GĦANDEK TISTUDJA L-BIBBJA?
Imbagħad offri studju tal-Bibbja.
WITTI T-TRIQ GĦAL ŻJARA LURA
Staqsi mistoqsija li int se twieġeb meta terġaʼ tmur, bħal “Alla għala jippermetti t-tbatija?”
-