LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • jy kap. 40 p. 100-p. 101 para. 7
  • Lezzjoni dwar il-maħfra

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Lezzjoni dwar il-maħfra
  • Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Materjal Simili
  • Lezzjoni fil-Ħniena
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • “Tgħallmu Minni”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Ikla fid-dar taʼ Xmun f’Betanja
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
Ara Iżjed
Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
jy kap. 40 p. 100-p. 101 para. 7

KAPITLU 40

Lezzjoni dwar il-​maħfra

LUQA 7:36-​50

  • MARA MIDINBA TFERRAʼ ŻEJT FUQ SAQAJN ĠESÙ

  • TAGĦLIMA DWAR IL-​MAĦFRA PERMEZZ TAʼ TIXBIHA

Skont il-​kundizzjoni taʼ qalbhom, in-​nies iwieġbu b’modi differenti għal dak li jgħid u jagħmel Ġesù. Dan jidher ċar f’dar fil-​Galilija. Fariżew jismu Xmun jistieden lil Ġesù għal ikla, forsi biex jara iktar mill-​qrib lil dak li qed iwettaq dawn l-​għemejjel tal-​għaġeb. X’aktarx billi din iqisha bħala opportunità biex jipprietka lil dawk preżenti, Ġesù jaċċetta, bħalma aċċetta stediniet drabi oħra biex jiekol maʼ kolletturi tat-​taxxi u midinbin.

Madankollu, Ġesù ma jintweriex l-​attenzjoni mill-​qalb li s-​soltu tintwera lill-​mistidnin. Fit-​toroq mimlijin trab tal-​Palestina, is-​saqajn fis-​sandli jogħrqu u jitħammġu, allura hija d-​drawwa li bħala att t’ospitalità dak li jkun jaħsel saqajn il-​mistidnin tiegħu b’ilma frisk. Ġesù ma jintweriex din l-​ospitalità. Lanqas ma jingħata bewsa bħala merħba, kif inhi l-​użanza. Drawwa oħra hi li b’qalb tajba u ospitalità jitferraʼ xi żejt fuq ix-​xagħar tal-​mistidnin. Ġesù lanqas din ma ssirlu. Allura kemm hu milqugħ verament?

L-​ikla tibda bil-​mistidnin kollha mal-​mejda. Hekk kif jieklu, mara tidħol fil-​kamra inkiss inkiss bla stedina. Hi “fil-​belt kienet magħrufa bħala midinba.” (Luqa 7:37) Il-​bnedmin imperfetti kollha huma midinbin, iżda din il-​mara donnha qed tgħix ħajja immorali, forsi hi prostituta. Hi għandha mnejn semgħet it-​tagħlim taʼ Ġesù, inkluż l-​istedina tiegħu biex dawk kollha ‘mħabbtin u mgħobbijin imorru għandu għal serħan.’ (Mattew 11:28, 29) Milli jidher hi tqanqlet mill-​kliem u l-​għemejjel taʼ Ġesù, u issa marret tfittxu.

Hi tersaq lejn Ġesù minn warajh u tinżel għarkopptejha. Id-​dmugħ iċarċar minn għajnejha fuq saqajh, u hi timsaħhom b’xagħarha. Bit-​tenerezza tbuslu saqajh u tferraʼ fuqhom xi żejt ifuħ li ġabet magħha. Xmun jara kollox u b’diżapprovazzjoni jgħid bejnu u bejn ruħu: “Kieku dan ir-​raġel kien profeta kien ikun jaf min hi din li qed tmissu, u x’mara hi, li hi midinba.”—Luqa 7:39.

Billi jaf x’qed jaħseb Xmun, Ġesù jgħid: “Xmun, irrid ngħidlek xi ħaġa.” Hu jwieġbu: “Għalliem, għidli!” Ġesù jkompli: “Żewġt irġiel kellhom id-​dejn maʼ wieħed li jislef il-​flus; wieħed kellu jagħtih ħames mitt dinar u l-​ieħor ħamsin. Meta ma kellhomx biex iħallsuh, qabad u ħafrilhom kollox. Għalhekk, min minnhom se jħobbu l-​iktar?” Forsi bla interess, Xmun iwieġeb: “Nimmaġina li dak li nħafirlu l-​iktar.”—Luqa 7:40-​43.

Ġesù jaqbel miegħu. Imbagħad iħares lejn il-​mara u lil Xmun jgħidlu: “Qed taraha lil din il-​mara? Jien dħalt ġo darek u int ma tajtnix ilma għal saqajja. Imma din il-​mara xarrbitli saqajja bid-​dmugħ tagħha u xxottathomli b’xagħarha. Int ma bistnix; imma din il-​mara, minn x’ħin dħalt, ma waqfitx tbusli saqajja b’tenerezza. Int ma dliktlix rasi biż-​żejt; imma din il-​mara dilkitli saqajja b’żejt ifuħ.” Ġesù setaʼ jara li din il-​mara kienet qed turi li kienet niedma minn qalbha għall-​ħajja immorali tagħha. Allura jikkonkludi billi jgħid: “Ngħidlek li, għalkemm huma ħafna, dnubietha maħfurin, għax hi ħabbet ħafna; imma dak li jinħafirlu ftit, iħobb ftit.”—Luqa 7:44-​47.

Ġesù mhuwiex qed jagħlaq għajnejh għall-​immoralità. Minflok, hu qed juri li jagħder u jifhem lin-​nies li jidinbu serjament imma li mbagħad juru li jiddispjaċihom u jduru lejn Kristu għal serħan. U min jaf x’serħan tħoss din il-​mara meta Ġesù jgħid: “Dnubietek maħfurin. . . . Il-​fidi tiegħek salvatek; mur fil-​paċi.”—Luqa 7:48, 50.

  • Ġesù kif jiġi milqugħ minn Xmun, dak li stiednu?

  • Mara lokali għala tfittex lil Ġesù?

  • Ġesù juża liema tixbiha, u x’tagħlima joħroġ minnha?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja