LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w18 Frar pp. 3-8
  • Imita l-fidi u l-ubbidjenza taʼ Noè, Danjel, u Ġob

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Imita l-fidi u l-ubbidjenza taʼ Noè, Danjel, u Ġob
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • NOÈ WERA FIDI U UBBIDJENZA GĦAL IKTAR MINN 900 SENA!
  • DANJEL WERA FIDI U UBBIDJENZA MINKEJJA LI GĦEX F’BELT MILL-​AGĦAR
  • ĠOB WERA FIDI U UBBIDJENZA KEMM JEKK SINJUR U KEMM JEKK FQIR
  • ĠEĦOVA “JSAĦĦAĦKOM”
  • Tafu int lil Ġeħova, bħalma kienu jafuh Noè, Danjel, u Ġob?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Jehovah Jwiegħed Premju taʼ l-​Għaġeb lil Danjel
    Oqgħod Attent għall-Profezija taʼ Danjel!
  • “Mexa ma’ l-Alla l-Veru”
    Imita l-Fidi Tagħhom
  • Tikkundanna Int lid-Dinja Permezz tal-Fidi Tiegħek?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
w18 Frar pp. 3-8
Danjel u t-tlett iħbieb tiegħu jirrifjutaw li jieklu mill-ikel tas-sultan

Imita l-fidi u l-ubbidjenza taʼ Noè, Danjel, u Ġob

‘Noè, Danjel, u Ġob kienu jeħilsu biss lilhom infushom minħabba s-​sewwa tagħhom.’—EŻEKJEL 14:14.

GĦANJIET: 120, 54

B’LIEMA MODI SE TIPPROVA TIMITA L-​FIDI TAʼ . . .

  • Noè?

  • Danjel?

  • Ġob?

1, 2. (a) Għala nistgħu niġu inkuraġġiti billi neżaminaw l-​eżempji taʼ Noè, Danjel, u Ġob? (b) X’kienu ċ-​ċirkustanzi meta Eżekjel kiteb il-​kliem li nsibu f’​Eżekjel 14:14?

GĦADDEJ int minn żminijiet diffiċli minħabba li tinsab marid, għandek problemi finanzjarji, jew qed tiġi ppersegwitat? Issibha kultant bi tqila li tibqaʼ ferħan fis-​servizz tiegħek lil Ġeħova? Jekk dan hu l-​mod kif tħossok, tistaʼ tiġi inkuraġġit billi teżamina l-​eżempji taʼ Noè, Danjel, u Ġob. Dawn l-​irġiel kienu imperfetti u kellhom l-​istess tipi taʼ sfidi li għandna aħna llum. Kultant, anke ħajjithom stess kienet fil-​periklu. Iżda huma baqgħu leali lejn Ġeħova, u hu qieshom bħala eżempji taʼ fidi u ubbidjenza.—Aqra Eżekjel 14:12-14.

2 Eżekjel kiteb il-​kliem tal-​iskrittura tat-​tema taʼ dan l-​artiklu f’Babilonja fis-​sena 612 qabel Kristu.a (Ara n-​nota taʼ taħt.) (Eżekjel 1:1; 8:1) Dan kien ftit qabel ma nqerdet Ġerusalemm fis-​sena 607. Kienu biss ftit in-​nies f’Ġerusalemm li kellhom kwalitajiet bħal taʼ Noè, Danjel, u Ġob, u b’hekk salvaw. (Eżekjel 9:1-5) Ġeremija, Baruk, Għebed-​melek, u r-​Rekabin kienu xi ftit minnhom.

3. X’se nitgħallmu f’dan l-​artiklu?

3 Bl-​istess mod illum, huma biss in-​nies li Ġeħova jqishom bla ħtija, nies li huma bħal Noè, Danjel, u Ġob, li se jsalvaw fit-​tmiem taʼ din id-​dinja mill-​agħar. (Rivelazzjoni 7:9, 14) Allura ejja nitgħallmu għala Ġeħova uża dawn it-​tlett irġiel bħala eżempji taʼ nies li għamlu dak li kien tajjeb f’għajnejh. Aħna se niddiskutu (1) l-​isfidi li kellu kull wieħed minnhom u (2) kif aħna nistgħu nimitaw il-​fidi u l-​ubbidjenza tagħhom.

NOÈ WERA FIDI U UBBIDJENZA GĦAL IKTAR MINN 900 SENA!

4, 5. X’kienu xi ftit mill-​isfidi taʼ Noè, u għala kien taʼ min jammira s-​sabar li kellu?

4 X’kienu xi ftit mill-​isfidi li kellu Noè? Fi żmien Enok, il-​bużnannu taʼ Noè, in-​nies diġà kienu ħafna mill-​agħar. Huma qalu “kliem li jkexkex” dwar Ġeħova. (Ġuda 14, 15) Id-​dinja mbagħad saret iżjed u iżjed vjolenti. Sa żmien Noè, l-​art “imtliet bil-​vjolenza.” Anġli mill-​agħar ġew fuq l-​art, għamlu iġsma umani għalihom infushom, u żżewġu nisa. Uliedhom subien kienu krudili u vjolenti. (Ġenesi 6:2-4, 11, 12) Imma kulħadd setaʼ jara li Noè kien differenti. Il-​Bibbja tgħid li “Noè kien approvat f’għajnejn Ġeħova.” Għall-​kuntrarju tan-​nies madwaru, hu għamel it-​tajjeb. “Noè mexa maʼ l-​Alla l-​veru.”—Ġenesi 6:8, 9.

5 Dan il-​kliem x’jgħidilna dwar Noè? L-​ewwel, aħseb dwar kemm Noè dam jaqdi lil Ġeħova b’lealtà f’dik id-​dinja mill-​agħar qabel ġie d-​Dulluvju. Ma kienx sempliċement għal 70 jew 80 sena iżda għal kważi 600 sena! (Ġenesi 7:11) It-​tieni, ftakar li ma kellux kongregazzjoni biex tgħinu u tinkuraġġih bħalma aħna għandna llum. Jidher li lanqas ħutu ma appoġġjawh.b—Ara n-​nota taʼ taħt.

6. Noè kif wera kuraġġ kbir?

6 Noè ma ħasibx li kien biżżejjed li sempliċement ikun raġel tajjeb. Bi qlubija, hu qal lil oħrajn dwar il-​fidi tiegħu f’Ġeħova. Il-​Bibbja ssejjaħlu “predikatur tal-​ġustizzja.” (2 Pietru 2:5) L-​appostlu Pawlu qal dwar Noè: “Permezz taʼ din il-​fidi kkundanna lid-​dinja.” (Ebrej 11:7) Bla dubju, in-​nies waqqgħuh għaċ-​ċajt u pprovaw iwaqqfuh. Forsi wkoll heddew li jweġġgħuh. Imma Noè ma kienx jibżaʼ min-​nies. (Proverbji 29:25) Minflok, kellu l-​fidi, allura Ġeħova tah il-​kuraġġ. U hu jagħti l-​istess kuraġġ lill-​qaddejja leali kollha tiegħu llum.

7. Xi sfidi ffaċċja Noè meta bena l-​arka?

7 Noè kien diġà wera li kellu fidi f’Ġeħova għal iktar minn 500 sena meta Ġeħova qallu jibni arka kbira. Din kellha tiġi użata sabiex issalva xi nies u annimali mid-​Dulluvju. (Ġenesi 5:32; 6:14) Il-​bini taʼ arka daqstant kbira żgur li deher diffiċli ħafna għal Noè. U żgur li kien jaf li n-​nies kienu se jiżżuffjettaw bih saħansitra iktar u jagħmlulu ħajtu vera diffiċli. Imma Noè kellu l-​fidi f’Ġeħova u obdieh. “Għamel preċiż hekk.”—Ġenesi 6:22.

8. Noè kif fada f’Ġeħova biex imantni lil familtu?

8 Noè kellu sfida oħra. Kellu jmantni lil martu u wliedu. Qabel id-​Dulluvju, in-​nies kellhom jaħdmu iebes ħafna biex ikollhom x’jieklu, u Noè ma kienx meħlus milli jagħmel dan. (Ġenesi 5:28, 29) Madankollu, ma ħalliex il-​bżonnijiet taʼ familtu jsiru l-​iktar ħaġa li jinkwieta dwarha. Li jaqdi lil Ġeħova kien dejjem prijorità f’ħajtu. Għalkemm Noè kellu ħafna x’jagħmel fil-​bini tal-​arka għal forsi 40 jew 50 sena, hu baqaʼ ffokat fuq Ġeħova. U għamel dan għal 350 sena oħra wara d-​Dulluvju. (Ġenesi 9:28) Noè kien eżempju mill-​aħjar taʼ fidi u ubbidjenza!

9, 10. (a) Aħna kif nistgħu nimitaw il-​fidi u l-​ubbidjenza taʼ Noè? (b) Jekk int determinat li tobdi l-​liġijiet t’Alla, minn xiex tistaʼ tkun ċert?

9 Aħna kif nistgħu nimitaw il-​fidi u l-​ubbidjenza taʼ Noè? Nagħmlu dan meta niddefendu l-​ħarsa taʼ Ġeħova taʼ x’inhu tajjeb, meta ma nkunux parti mid-​dinja taʼ Satana, u meta npoġġu lil Ġeħova l-​ewwel. (Mattew 6:33; Ġwanni 15:19) M’għandniex xi ngħidu, minħabba f’hekk, id-​dinja ma tħobbniex. Pereżempju, peress li aħna determinati li nobdu l-​liġijiet t’Alla dwar is-​sess u ż-​żwieġ, in-​nies għandhom mnejn jgħidu affarijiet negattivi dwarna fil-​midja. (Aqra Malakija 3:17, 18.) Madankollu, bħal Noè, aħna ma nibżgħux min-​nies. Aħna għandna l-​biżaʼ taʼ Ġeħova, jiġifieri, għandna rispett profond għalih u ma rridux niddiżappuntawh. Aħna nafu li hu l-​uniku Wieħed li jistaʼ jagħtina l-​ħajja taʼ dejjem.—Luqa 12:4, 5.

10 Staqsi lilek innifsek: ‘Se nibqaʼ nagħmel it-​tajjeb f’għajnejn Alla, anke meta oħrajn iwaqqgħuni għaċ-​ċajt jew jikkritikawni? Għandi fiduċja li Ġeħova jistaʼ jipprovdi għall-​familja tiegħi, anke meta jkun diffiċli li naqlaʼ l-​flus għall-​għajxien?’ Jekk tafda f’Ġeħova u tobdih bħalma għamel Noè, tistaʼ tkun ċert li Ġeħova se jieħu ħsiebek.—Filippin 4:6, 7.

DANJEL WERA FIDI U UBBIDJENZA MINKEJJA LI GĦEX F’BELT MILL-​AGĦAR

11. Danjel u t-​tlett iħbieb tiegħu liema sfidi kbar kellhom f’Babilonja? (Ara l-​ewwel stampa.)

11 X’kienu xi ftit mill-​isfidi taʼ Danjel? Danjel ġie sforzat jgħix f’Babilonja, belt barranija mimlija allat foloz u spiritiżmu. In-​nies hemmhekk kienu jistmerruhom lil-​Lhud u kienu jżebilħu lilhom u lil Alla tagħhom, Ġeħova. (Salm 137:1, 3) Dan żgur li weġġaʼ bil-​kbir lil Danjel u lil Lhud oħra li kienu jħobbu lil Ġeħova! Ukoll, ħafna nies żammew għajnejhom fuq Danjel u t-​tlett iħbieb tiegħu Ħananija, Misael, u Għażarija għax dawn kienu se jitħarrġu biex jaħdmu għas-​sultan taʼ Babilonja. Huma kienu mistennijin li jieklu mill-​ikel tas-​sultan, li inkluda affarijiet li Ġeħova ma riedx li n-​nies tiegħu jikluhom. Imma Danjel ma ‘tniġġisx bl-​ikel mill-​aqwa tas-​sultan.’—Danjel 1:5-8, 14-17.

12. (a) X’tip taʼ persuna kien Danjel? (b) Ġeħova kif kien iqisu lil Danjel?

12 Danjel kellu sfida oħra, li għall-​ewwel setgħet dehret li ma kinitx daqstant diffiċli. Hu kien kapaċi ħafna, u għal din ir-​raġuni s-​sultan tah privileġġi speċjali. (Danjel 1:19, 20) Xorta waħda, Danjel ma sarx kburi jew ħaseb li l-​opinjoni tiegħu kienet dejjem tajba. Hu baqaʼ umli u modest, u dejjem ta l-​krettu mistħoqq lil Ġeħova. (Danjel 2:30) Aħseb ftit: Ġeħova semma lil Danjel flimkien maʼ Noè u Ġob bħala eżempju tajjeb xi nsegwu. Dak iż-​żmien, Noè u Ġob kienu diġà qdew lil Ġeħova lealment għal ħajjithom kollha, imma Danjel kien għadu raġel żagħżugħ. Ġeħova tassew kellu fiduċja f’​Danjel! U bix-​xieraq, għax Danjel baqaʼ juri fidi u ubbidjenza lejn Alla tul ħajtu kollha. Meta Danjel kellu kważi 100 sena, l-​anġlu t’Alla qallu dan il-​kliem taʼ mħabba: “O Danjel, raġel maħbub ħafna.”—Danjel 10:11.

13. X’setgħet kienet raġuni waħda għala Ġeħova għen lil Danjel ikollu pożizzjoni għolja?

13 Grazzi għall-​appoġġ taʼ Ġeħova, Danjel sar uffiċjal importanti ħafna, l-​ewwel fl-​Imperu Babiloniż u mbagħad fl-​Imperu Medo-​Persjan. (Danjel 1:21; 6:1, 2) Forsi Ġeħova mmanuvra l-​affarijiet b’dan il-​mod sabiex Danjel setaʼ jkun taʼ barka għall-​poplu tiegħu stess, bħalma kienu Ġużeppi fl-​Eġittu u Ester u Mordekaj fil-​Persja.c (Ara n-​nota taʼ taħt.) (Danjel 2:48) Tistaʼ timmaġina kif ħassewhom Eżekjel u l-​ilsiera l-​oħra Lhud meta raw kif Ġeħova uża lil Danjel biex jgħinhom? Żgur li dan inkuraġġiehom ħafna!

Tifel Xhud jitwaqqaʼ għaċ-ċajt meta jitlob qabel l-ikel fl-iskola

Aħna nkunu prezzjużi għal Ġeħova meta nibqgħu leali lejh (Ara paragrafi 14, 15)

14, 15. (a) Is-​sitwazzjoni tagħna kif inhi simili għal dik taʼ Danjel? (b) Il-​ġenituri llum x’jistgħu jitgħallmu mill-​ġenituri taʼ Danjel?

14 Kif nistgħu nimitaw il-​fidi u l-​ubbidjenza taʼ Danjel? Id-​dinja li qed ngħixu fiha llum hi mimlija bl-​immoralità u qima falza. In-​nies ġew influwenzati minn Babilonja l-​Kbira, l-​imperu dinji taʼ reliġjon falza, li l-​Bibbja ssejħilha “post fejn jgħammru d-​demonji.” (Rivelazzjoni 18:2) Imma aħna ninsabu bħal barranin f’din id-​dinja. B’hekk, in-​nies jistgħu jaraw li aħna differenti ħafna, u jwaqqgħuna għaċ-​ċajt. (Marku 13:13) Madankollu, bħal Danjel, ejja nersqu qrib lejn Alla tagħna, Ġeħova. Meta nkunu umli, nafdaw f’Ġeħova, u nobduh, hu se jqisna bħala prezzjużi wkoll.—Ħaggaj 2:7.

15 Il-​ġenituri jistgħu jitgħallmu lezzjonijiet importanti mill-​ġenituri taʼ Danjel. Meta Danjel kien tifel żgħir f’​Ġuda, il-​biċċa l-​kbira tan-​nies madwaru kienu mill-​agħar ħafna. Madankollu, hu sar iħobb lil Ġeħova. Kien dan sempliċement b’kumbinazzjoni? Le. Il-​ġenituri tiegħu żgur li għallmuh dwar Ġeħova. (Proverbji 22:6) Saħansitra ismu stess, Danjel, li jfisser “L-​Imħallef Tiegħi Hu Alla,” juri li l-​ġenituri tiegħu kienu jħobbu lil Ġeħova.d (Ara n-​nota taʼ taħt.) Għalhekk, ġenituri, kunu paċenzjużi meta tgħallmu lil uliedkom dwar Ġeħova. Taqtgħux qalbkom. (Efesin 6:4) Itolbu magħhom. Itolbu għalihom. Agħmlu mill-​aħjar li tistgħu biex tgħallmuhom iħobbu dak li Ġeħova jgħid li hu tajjeb, u Ġeħova jberikkom bil-​kbir.—Salm 37:5.

ĠOB WERA FIDI U UBBIDJENZA KEMM JEKK SINJUR U KEMM JEKK FQIR

16, 17. Liema sfidi ffaċċja Ġob meta (a) kien sinjur u rrispettat? (b) kien qed isofri?

16 X’kienu xi ftit mill-​isfidi taʼ Ġob? Ġob għadda minn bidliet kbar f’ħajtu. L-​ewwel, Ġob kien “l-​aqwa wieħed min-​nies kollha taʼ l-​Orjent.” (Ġob 1:3) Kien raġel sinjur ħafna, u bosta nies kienu jafuh u jirrispettawh ferm. (Ġob 29:7-16) Minkejja dan, Ġob ma ħasibx li kien aħjar minn oħrajn jew ħass li ma kellux bżonn lil Alla. Dan nafuh għaliex Ġeħova sejjaħlu “l-​qaddej tiegħi” u dwaru qal: “Raġel bla ħtija u rett, jibżaʼ minn Alla u jitbiegħed mill-​ħażen.”—Ġob 1:8.

17 Iżda f’daqqa waħda, il-​ħajja taʼ Ġob inbidlet taʼ taħt fuq. Hu tilef kollox u tant sar dipress li ried imut. Illum nafu li kien Satana li kkaġuna l-​problemi taʼ Ġob. Hu qal li Ġob qeda lil Ġeħova għal raġunijiet egoisti biss. (Aqra Ġob 1:9, 10.) Ġeħova ħa din l-​akkuża mill-​agħar b’serjetà kbira. X’kien se jagħmel biex juri li Satana hu giddieb mill-​agħar? Hu ta l-​opportunità lil Ġob biex juri l-​lealtà tiegħu lejn Alla u juri li jaqdih għax iħobbu.

18. (a) X’jimpressjonak dwar Ġob? (b) X’nitgħallmu dwar Ġeħova mill-​mod kif ittratta lil Ġob?

18 Satana attakka bl-​aħrax lil Ġob għal darba wara l-​oħra u ġiegħlu jaħseb li dawn l-​attakki kienu ġejjin minn Alla. (Ġob 1:13-21) Imbagħad tlett irġiel li riedu jgħidu li kienu l-​ħbieb taʼ Ġob qalu affarijiet kattivi lil Ġob. Huma qalu li kien mill-​agħar u li Alla kien qed jikkastigah. (Ġob 2:11; 22:1, 5-10) Minkejja dan kollu, Ġob baqaʼ leali lejn Ġeħova. Veru, Ġob kultant qal affarijiet bla ma ħasibhom. (Ġob 6:1-3) Imma Ġeħova fehem li Ġob għamel dan biss għax kien imweġġaʼ u dipress. Ġeħova ra li Ġob qatt m’abbandunah, avolja Satana kien bħallikieku waddbu mal-​art u mbagħad sawtu bi lsienu billi uża gideb sfaċċat. Wara li din is-​sitwazzjoni tal-​biżaʼ spiċċat, Ġeħova ta lil Ġob id-​doppju taʼ li kellu qabel u 140 sena oħra taʼ ħajja. (Ġakbu 5:11) Matul dak iż-​żmien, Ġob kompla jaqdi lil Alla b’qalbu kollha. Dan kif nafuh? Għaliex Eżekjel 14:14, l-​iskrittura tat-​tema, kienet miktuba mijiet taʼ snin wara li miet Ġob.

19, 20. (a) Kif nistgħu nimitaw il-​fidi u l-​ubbidjenza taʼ Ġob? (b) Kif nistgħu nagħdru lil oħrajn bħalma jagħmel Ġeħova?

19 Kif nistgħu nimitaw il-​fidi u l-​ubbidjenza taʼ Ġob? Huma x’inhuma ċ-​ċirkustanzi tagħna, irridu nkunu żguri li Ġeħova dejjem ikun l-​iktar Persuna importanti f’ħajjitna. Aħna rridu nafdaw fih kompletament u nobduh b’qalbna kollha. Fil-​fatt, għandna saħansitra iżjed raġunijiet minn Ġob biex nagħmlu dan. Aħseb dwar x’nafu llum. Aħna nafu ħafna dwar Satana u l-​metodi tiegħu. (2 Korintin 2:11) Permezz tal-​Bibbja, speċjalment il-​ktieb taʼ Ġob, aħna nafu għala Alla jippermetti s-​sofferenza. Mill-​profezija taʼ Danjel nafu li s-​Saltna t’Alla hija gvern veru mmexxi minn Ġesù Kristu. (Danjel 7:13, 14) U nafu li din is-​Saltna dalwaqt tmexxi għal fuq l-​art kollha u ttemm kull sofferenza.

20 L-​esperjenza taʼ Ġob tgħallimna wkoll biex nagħdru lil ħutna jew inħossu għalihom meta jkunu qed isofru. L-​istess bħal Ġob, għandhom mnejn jgħidu affarijiet bla ħsieb. (Ekkleżjasti 7:7) Imma m’għandniex naħsbu ħażin fihom jew nakkużawhom li għamlu xi ħaġa ħażina. Minflok, għandna nipprovaw nifhmuhom. Jekk nagħmlu dan, imbagħad se nkunu bħal Missierna, Ġeħova, li hu kollu mħabba u ħniena.—Salm 103:8.

ĠEĦOVA “JSAĦĦAĦKOM”

21. Il-​kliem fl-​1 Pietru 5:10 kif ifakkarna f’dak li esperjenzaw Noè, Danjel, u Ġob?

21 Noè, Danjel, u Ġob għexu fi żminijiet differenti fl-​istorja u kellhom ċirkustanzi differenti ħafna. Madankollu, kollha ssaportew l-​isfidi tagħhom. L-​esperjenzi tagħhom ifakkruna fil-​kliem tal-​appostlu Pietru: “Wara li tkunu sofrejtu għal ftit, l-​Alla taʼ kull qalb tajba mhix mistħoqqa . . . jtemm hu stess it-​taħriġ tagħkom, jissodakom, u jsaħħaħkom.”—1 Pietru 5:10.

22. X’se nitgħallmu fl-​artiklu li jmiss?

22 Il-​kliem fl-​1 Pietru 5:10 jgħodd ukoll għan-​nies t’Alla llum. Ġeħova jassigurana li se jissoda u jsaħħaħ lill-​qaddejja tiegħu. Ilkoll kemm aħna rridu lil Ġeħova jsaħħaħna, u lkoll irridu nibqgħu sodi u leali lejh. Hu għalhekk li rridu nimitaw il-​fidi u l-​ubbidjenza taʼ Noè, Danjel, u Ġob. Fl-​artiklu li jmiss, se nitgħallmu li dawn l-​irġiel setgħu jibqgħu juru fidi f’Ġeħova għax verament kienu jafuh. Fil-​fatt, setgħu ‘jifhmu dak kollu’ li riedhom jagħmlu. (Proverbji 28:5) U aħna nistgħu nagħmlu l-​istess.

a Eżekjel ittieħed lejn Babilonja fis-​sena 617 qabel Kristu. Hu kiteb il-​kliem misjub f’​Eżekjel 8:1–19:14 “fis-​sitt sena” wara li ttieħed hemmhekk, jiġifieri, fis-​sena 612.

b Lamek, missier Noè, kellu fidi f’Alla iżda miet xi ħames snin qabel id-​Dulluvju. Jekk omm Noè kif ukoll ħutu kienu għadhom ħajjin meta beda d-​Dulluvju, huma ma salvawx.

c Jistaʼ jkun li Ġeħova għamel l-​istess għal Ħananija, Misael, u Għażarija sabiex huma wkoll setgħu jgħinu lill-​poplu Lhudi.—Danjel 2:49.

d Ara n-​nota taʼ taħt fit-​titlu tal-​ktieb taʼ Danjel.

XI ESPRESSJONIJIET SPJEGATI

  • Imita l-​fidi u l-​ubbidjenza taʼ Noè, Danjel, u Ġob: Ipprova aħdem biex ikollok l-​istess fidi u obdi lil Ġeħova l-​istess bħalma għamlu huma

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja