-
Uri Interess Kollu Mħabba fl-“Iltiema”Ministeru tas-Saltna—2002 | Novembru
-
-
1 Jehovah hu “missier l-iltiema.” (Salm 68:6 [68:5, NW]) It-tħassib tiegħu għall-ġid tagħhom jintwera f’dan il-kmand li ta lill-ġens taʼ Iżrael tal-qedem: “La taħqrux l-armla jew l-iltim; għax jekk taħqruhom, u huma jsejjħuli, jien żgur nismagħha l-għajta tagħhom.” (Eżo. 22:21, 22 [22:22, 23, NW]) Fil-Liġi t’Alla kien hemm ukoll arranġamenti biex jgħinu lil uħud bħal dawn fil-bżonnijiet materjali tagħhom. (Dt. 24:19-21) Fl-arranġament Kristjan, aduraturi veri huma mħeġġin “[‘li jieħdu ħsieb,’ NW] l-iltiema u r-romol fl-hemm tagħhom.” (Ġak. 1:27) Kif nistgħu nimitaw l-interess kollu mħabba taʼ Jehovah lejn dawk li qed jgħixu ġo familji b’ġenitur wieħed jew maqsumin reliġjożament?
-
-
X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-RivistiMinisteru tas-Saltna—2002 | Novembru
-
-
X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa 15 taʼ Nov.
“Xi wħud jiddubitaw dwar jekk għandniex bżonn il-knejjes jew it-tempji biex inqimu ’l Alla. Inti x’taħseb? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota x’tgħid il-Bibbja dwar dan is-suġġett. [Aqra Atti 17:24.] Allura, liema skop għandhom il-postijiet għall-qima? Din ir-rivista tagħti tweġiba Skritturali għal din il-mistoqsija.”
It-Torri taʼ l-Għassa 1 taʼ Diċ.
“Illum il-ġurnata, kważi kulħadd qed jissielet biex ilaħħaq mal-finanzi. L-istess huwa minnu dwar il-knejjes, u dawn saru jittallbu għall-flus b’mod iktar persistenti minn qatt qabel. Idejqek dan? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra l-1 Tessalonikin 2:9.] It-Torri taʼ l-Għassa jurina x’tgħid il-Bibbja dwar dan.”
Stenbaħ! 8 taʼ Diċ.
“Minħabba t-theddid terroristiku, ħafna jiddubitaw jekk l-ivvjaġġar bl-ajru huwiex ħieles mill-periklu. Tinkwieta int dwar dan? [Agħti ċans għal tweġiba.] Il-Bibbja tirrikonoxxi li ħadd m’hu ħieles minn xi diżgrazzja. [Aqra Koħèlet 9:11.] Madankollu, din il-ħarġa taʼ Stenbaħ! tittratta dwar kif int jistaʼ jkollok iktar sigurtà u kumdità meta tivvjaġġa bl-ajru.”
-