Introduzzjoni għal sezzjoni 1
Il-Bibbja tibda billi tirrakkonta dwar il-ħolqien li naraw b’għajnejna. B’hekk tgħinna napprezzaw l-affarijiet tant sbieħ li Ġeħova għamel fis-sema u fuq l-art. Jekk int ġenitur, għin lil bintek jew lil ibnek biex jara u japprezza l-varjetà tal-għaġeb li hemm fil-ħolqien. Iġbed l-attenzjoni dwar kif Alla ħalaq lill-bniedem biex ikun aqwa mill-annimali, billi tah l-abbiltà li jitkellem, jirraġuna, jivvinta affarijiet differenti, ikanta, u jitlob. Għinu jkabbar l-apprezzament tiegħu għall-qawwa u l-għerf taʼ Ġeħova u speċjalment għall-imħabba li Hu għandu lejn il-ħolqien kollu tiegħu—inkluż kull wieħed u waħda minna.