Introduzzjoni għal sezzjoni 2
Ġeħova għala ġab dulluvju li qered id-dinja taʼ dak iż-żmien? Fil-bidu tal-istorja umana, bdiet ġlieda—ġlieda bejn it-tajjeb u l-ħażin. Xi wħud, bħal Adam, Eva, u binhom Kajjin, għażlu li jagħmlu l-ħażin. U xi oħrajn, bħal Abel u Noè, għażlu li jagħmlu t-tajjeb. Ħafna min-nies tant kienu saru ħżiena li Ġeħova qered id-dinja taʼ dak iż-żmien. Din is-sezzjoni se tgħinna nitgħallmu li Ġeħova jimpurtah x’nagħżlu li nagħmlu u li hu qatt ma se jħalli l-ħażin jirbaħ fuq it-tajjeb.