LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w04 11/1 pp. 30-31
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Materjal Simili
  • Irreżisti “l-Ispirtu tad-Dinja”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • L-Obeżità—Hija Verament Problema?
    Stenbaħ!—2004
  • Żomm Ħarsa Bilanċjata dwar l-Użu taʼ l-Alkoħol
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Paġna Tnejn
    Stenbaħ!—2004
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
w04 11/1 pp. 30-31

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Il-​kongregazzjoni Kristjana kif tqis il-​gula, jew il-​kilba għall-​ikel?

Il-​Kelma t’Alla tikkundanna kemm is-​sokor u kemm il-​gula bħala mġiba li m’hijiex aċċettabbli għal min jaqdi ’l Alla. Għalhekk, il-​kongregazzjoni Kristjana tħares lejn xi ħadd magħruf li jiffanga fl-​ikel bħalma tħares lejn xi ħadd li għandu l-​vizzju tas-​sokor. La s-​sakranazz u lanqas min jagħmel għal żaqqu ma jistaʼ jkun parti mill-​kongregazzjoni Kristjana.

Proverbji 23:20, 21 jgħid: “Tagħmilhiex maʼ dawk li jlegilgu l-​inbid, u maʼ dawk li għandhom kilba għal-​laħam; għax l-​ikel u x-​xorb żejjed iwasslu għall-​faqar, u min iħobb l-​irqad iċ-​ċraret jilbes.” F’Dewteronomju 21:20 naqraw dwar individwu “ma jobdix u stinat,” li taħt il-​Liġi Mosajka kien jixraqlu l-​mewt. Skond dan il-​vers, żewġ karatteristiċi taʼ dan l-​individwu ribelluż u nieqes mill-​indiema kienu li hu kien “żaqqieq u sakranazz” (Karm Żammit). Jidher ċar li f’Iżrael tal-​qedem, il-​gula kienet titqies bħala prattika li m’hijiex aċċettabbli għal dawk li xtaqu jaqdu lil Alla.

Madankollu, kif ikun xi ħadd li għandu l-​gula, u x’tgħid l-​Iskrittura Griega Kristjana dwar dan is-​suġġett? Xi ħadd li għandu l-​gula hu deskritt bħala “wieħed li għandu d-​drawwa jiekol u jixrob bir-​regħba u ma jixbaʼ qatt.” Għalhekk, fattur wieħed hu li l-​gula hija tip taʼ regħba, u l-​Kelma t’Alla tgħidilna li “r-​rgħiba” huma tip taʼ nies li m’humiex se jirtu s-​Saltna t’Alla. (1 Korintin 6:9, 10; Filippin 3:18, 19; 1 Pietru 4:3) Barra minn hekk, meta l-​appostlu Pawlu wissa lill-​Kristjani kontra li jipprattikaw “l-​għemejjel tal-​laħam,” hu semma “s-​sokor, ix-​xalar, u affarijiet bħal dawn.” (Galatin 5:19-21) L-​ikel żejjed spiss jinkludi s-​sokor u x-​xalar. Iktar minn hekk, żgur li Pawlu kien qed jinkludi l-​gula meta qal “u affarijiet bħal dawn.” Bħalma jagħti l-​każ dwar “għemejjel tal-​laħam” oħra, Kristjan li hu magħruf sew għall-​kilba tiegħu għall-​ikel u li b’ras iebsa jirrifjuta li jibdel l-​imġiba rgħiba tiegħu għandu jitneħħa mill-​kongregazzjoni.—1 Korintin 5:11, 13.a

Għalkemm il-​Kelma t’Alla tpoġġi s-​sokor fl-​istess livell tal-​gula, hu iktar faċli li tinduna bl-​ewwel każ milli bit-​tieni. Ġeneralment meta xi ħadd ikun xurban ikun jidher ċar. Madankollu, biex tiddetermina meta xi ħadd ikollu l-​vizzju tal-​gula hu ħafna iktar diffiċli, għaliex dan ma tistax tiddeterminah sempliċement mid-​dehra taʼ barra. Għalhekk, l-​anzjani tal-​kongregazzjoni għandhom bżonn ħafna attenzjoni u dehen meta jittrattaw kwistjoni bħal din.

Per eżempju, il-​ħxuna tistaʼ tkun sinjal tal-​gula, imma dan mhux dejjem ikun il-​każ. Xi ħadd jistaʼ jkollu piż żejjed minħabba xi marda. Ukoll, ċerti affarijiet li jintirtu jistgħu jwasslu għall-​ħxuna. Ukoll, għandna nżommu f’moħħna li l-​ħxuna hi kundizzjoni fiżika, waqt li l-​gula hi attitudni mentali. Il-​ħxuna, jew l-​obeżità, hi spjegata bħala “kundizzjoni karatterizzata minn xaħam eċċessiv fil-​ġisem,” waqt li l-​gula hi “li wieħed jiffanga żżejjed jew b’mod rgħib.” Għalhekk, il-​gula ma tiġix determinata mid-​daqs taʼ xi ħadd imma mill-​attitudni tiegħu lejn l-​ikel. Individwu jistaʼ jkun taʼ daqs normali jew saħansitra rqiq imma jkun ibati mill-​gula. Iktar minn hekk, minn post għall-​ieħor ivarja dak li hu kunsidrat bħala l-​piż u l-​forma ideali.

Liema huma xi sinjali tal-​gula? Ġeneralment individwu bħal dan ikollu t-​tendenza li ma jkunx jaf jitrażżan, saħansitra jiffanga fl-​ikel sakemm jibda jħossu okkupat ferm jew ma jiflaħx. In-​nuqqas taʼ rażna tiegħu jindika li ma jimpurtahx mit-​tmaqdir li jġib fuq l-​isem taʼ Ġeħova u r-​reputazzjoni tajba tal-​poplu Tiegħu. (1 Korintin 10:31) Mill-​banda l-​oħra, min kultant jiekol iżżejjed ma jitqiesx mill-​ewwel bħala “rgħib.” (Efesin 5:5) Minkejja dan, minħabba l-​parir li nsibu f’Galatin 6:1, dan il-​Kristjan jistaʼ jkollu bżonn l-​għajnuna. Pawlu jgħid: “Ħuti, anki jekk bniedem jagħmel xi pass falz qabel ma jinduna, intom li għandkom kwalifiki spiritwali ipprovaw aġġustawh mill-​ġdid bi spirtu taʼ ħlewwa.”

Illum, għala hu tabilħaqq importanti l-​parir tal-​Bibbja biex jiġi evitat l-​ikel żejjed? Għaliex, dwar żmienna b’mod partikulari, Ġesù wissa: “Oqogħdu attenti għalikom infuskom li qlubkom qatt ma jitqalu b’ikel u xorb żejjed u ansjetajiet tal-​ħajja, u f’daqqa waħda dak il-​jum jiġi fuqkom għal għarrieda bħal nassa.” (Luqa 21:34, 35) Mod importanti kif nevitaw stil taʼ ħajja li jistaʼ jagħmlilna ħsara spiritwali hu li nevitaw l-​ikel żejjed.

Il-moderazzjoni hi virtù Kristjana. (1 Timotju 3:2, 11) Għalhekk, Ġeħova żgur li se jgħin lil dawk kollha li bil-​ħerqa jipprovaw japplikaw il-​parir tal-​Bibbja biex ikollhom drawwiet moderati fl-​ikel u x-​xorb.—Lhud 4:16.

[Nota taʼ taħt]

a Ara l-​“Questions From Readers” fil-​ħarġa taʼ The Watchtower taʼ l-​1 taʼ Mejju, 1986.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja