LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 6 p. 20-p. 21 para. 5
  • Tmienja jsalvaw għal ġo dinja ġdida

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tmienja jsalvaw għal ġo dinja ġdida
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • L-arka taʼ Noè
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Id-Dilluvju l-Kbir
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Noè Jibni Arka
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Dilluvju Jeqred Dinja—Se Jerġaʼ Jiġri Hekk?
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 6 p. 20-p. 21 para. 5
L-arka tifflowtja hekk kif ix-xita tinżel bil-qliel

LEZZJONI 6

Tmienja jsalvaw għal ġo dinja ġdida

Noè, il-familja tiegħu, u l-annimali se joħorġu mill-arka

Noè, il-​familja tiegħu, u l-​annimali daħlu fl-​arka. Ġeħova għalaq il-​bieb, u bdiet nieżla x-​xita. Tant għamlet xita li l-​arka bdiet tifflowtja. Fl-​aħħar, id-​dinja kollha spiċċat mgħarrqa. In-​nies ħżiena kollha li kienu baqgħu barra, mietu. Imma Noè u l-​familja tiegħu kienu protetti għax kienu ġewwa. Tistaʼ timmaġina kemm kienu ferħanin li kienu obdew lil Ġeħova?

Ix-​xita damet nieżla bil-​qliel għal 40 jum u 40 lejl, u mbagħad waqfet. Bil-​mod il-​mod, il-​livell tal-​ilma beda jonqos. U fl-​aħħar, l-​arka straħet fuq il-​muntanji. Imma peress li kien għad hemm ħafna ilma maʼ kullimkien, Noè u l-​familja tiegħu ma setgħux joħorġu mill-​arka mill-​ewwel.

Ftit ftit, l-​ilma nixef kollu. B’kollox, Noè u l-​familja tiegħu damu fl-​arka għal iktar minn sena. Imbagħad Ġeħova qalilhom li jistgħu joħorġu. Huma ħarġu mill-​arka għal ġo dinja ġdida fejn ma kienx għad baqaʼ nies ħżiena. Huma apprezzaw ħafna li Ġeħova kien salvahom, u wrew dan billi offrew offerta lil Ġeħova.

Qawsalla

Ġeħova ħa pjaċir b’din l-​offerta. Hu wiegħed li qatt ma kien se jerġaʼ jeqred kulma hawn fuq l-​art b’dulluvju. Bħala sinjal tal-​wegħda tiegħu, hu għamel li tidher l-​ewwel qawsalla fis-​sema. Int ġieli rajt qawsalla?

Ġeħova qalilhom ukoll biex ikollhom it-​tfal u jimlew l-​art.

“[In-​nies] ma tawx kas sakemm ġie d-​dilluvju u kinishom ilkoll.”—Mattew 24:39

Mistoqsijiet: X’ġara wara li Ġeħova għalaq il-​bieb tal-​arka? Il-​qawsalla fiex għandha tfakkarna?

Ġenesi 7:1-24; 8:1-22; 9:1-17

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja