LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lmd lezzjoni 8
  • Kun Paċenzjuż

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kun Paċenzjuż
  • L-Imħabba Tgħinek Tagħmel Dixxipli
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Dak li Għamel Ġesù
  • X’Nitgħallmu minn Ġesù?
  • Imita lil Ġesù
  • Komplu Kunu Paċenzjużi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
  • Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Nużaw il-vidjows biex ngħallmu
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2016
  • Ħalli s-Sagrifiċċju taʼ Ġesù Jeffettwalek Ħajtek
    Iktar Suġġetti
  • Tkellem Fuq Affarijiet li Jinteressaw lin-Nies
    L-Imħabba Tgħinek Tagħmel Dixxipli
Ara Iżjed
L-Imħabba Tgħinek Tagħmel Dixxipli
lmd lezzjoni 8

KOMPLI IBNI L-INTERESS

Ġesù jersaq lejn ħuh Ġakbu waqt li qed jagħmel xogħol taʼ mastrudaxxa. Meta Ġakbu jarah jibqaʼ sorpriż.

Ġw. 7:​3-5; 1 Kor. 15:​3, 4, 7

LEZZJONI 8

Kun Paċenzjuż

Prinċipju: “L-imħabba hi paċenzjuża.”—1 Kor. 13:4.

Dak li Għamel Ġesù

Ġesù jersaq lejn ħuh Ġakbu waqt li qed jagħmel xogħol taʼ mastrudaxxa. Meta Ġakbu jarah jibqaʼ sorpriż.

VIDJOW: Ġesù bil-Paċenzja Jgħin lil Ħuh

1. Ara l-VIDJOW jew aqra Ġwanni 7:​3-5 u l-​1 Korintin 15:​3, 4, 7. Imbagħad aħseb sew dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

  1. Meta Ġesù pprietka lil ħutu, għall-ewwel x’għamlu?

  2. X’juri li Ġesù ma qatax qalbu minn ħuh Ġakbu?

X’Nitgħallmu minn Ġesù?

2. Irridu nkunu paċenzjużi għax xi nies idumu iktar minn oħrajn biex jaċċettaw l-aħbar tajba.

Imita lil Ġesù

3. Ipprova xi ħaġa differenti. Jekk il-persuna għall-ewwel ma taċċettax studju tal-Bibbja, tipprovax tisforzaha. Meta jkun il-waqt, uża l-vidjows jew xi artikli biex tgħinha tifhem x’jiġri waqt studju tal-Bibbja u kif dan jistaʼ jgħinha.

4. Tqabbilx lin-nies. Kulħadd hu differenti. Jekk xi ħadd minn tal-familja jew li qed tagħmillu żjara lura ma jkunx irid jibda studju tal-Bibbja jew ma jaċċettax xi tagħlim, aħseb x’tistaʼ tkun ir-raġuni. Hemm xi ħaġa fir-reliġjon tiegħu li jemmen ħafna fiha? Qed ikollu l-pressjoni minn tal-familja jew nies oħrajn? Agħtih ċans jaħseb dwar dak li għedtlu u biex japprezza l-veritajiet tal-Bibbja.

5. Itlob għall-persuna li tkun interessata. Itlob lil Ġeħova biex jgħinek tibqaʼ pożittiv u oqgħod attent kif taġixxi u titkellem mal-persuna. Itlob ukoll biex tkun taf meta għandek tieqaf iżżur lil xi ħadd li ma jkunx interessat.—1 Kor. 9:26.

ARA WKOLL

Mk. 4:​26-28; 1 Kor. 3:​5-9; 2 Pt. 3:9

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja