LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwyp artiklu 23
  • Xi Ngħidu Jekk Oħrajn Qed Jitkellmu Dwari?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Xi Ngħidu Jekk Oħrajn Qed Jitkellmu Dwari?
  • Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Għala jweġġaʼ
  • L-aħbar ħażina—ma tistax iżżomm lil oħrajn milli jitkellmu dwarek
  • L-aħbar tajba—m’għandekx tħalli l-għajdut jikkontrollak
  • Għasses Kontra t-Tqasqis taʼ Ħsara!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Kif Jistaʼ Jiġi Mfarrak it-Tqasqis taʼ Ħsara
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
ijwyp artiklu 23

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ JISTAQSU

Xi Ngħidu Jekk Oħrajn Qed Jitkellmu Dwari

  • Kwizz dwar l-għajdut

  • Għala jweġġaʼ

  • L-aħbar ħażina—ma tistax iżżomm lil oħrajn milli jitkellmu dwarek

  • L-aħbar tajba—m’għandekx tħalli l-għajdut jikkontrollak

Kwizz dwar l-għajdut

  1. Issir taf li ħabib xerred għajdut dwarek. Kemm hu faċli għalik li tinjora dak li ġara?

    • Mhux problema

    • Diffiċli

    • Impossibbli

  2. Issir taf li ħabib xerred għajdut dwarek. Kemm hu faċli għalik li tmur fuq sieħbek (bil-kalma) biex titkellem dwar il-problema?

    • Mhux problema

    • Diffiċli

    • Impossibbli

  3. Issir taf li ħabib xerred għajdut dwarek—u int taf xi ħaġa interessanti imma negattiva dwar dan il-ħabib. Kemm hu faċli għalik li ma tpattihilux?

    • Mhux problema

    • Diffiċli

    • Impossibbli

Jekk wiġibt “diffiċli” jew “impossibbli” għal xi waħda minn dawn il-mistoqsijiet, dan l-artiklu se jgħinek issir taf modi aħjar dwar x’għandek tagħmel jekk ikun hemm xi għajdut dwarek.

Għala jweġġaʼ

Xi għajdut hu kattiv—pereżempju, gidba bil-ħsieb li tħassar ir-reputazzjoni tiegħek. Imma anki jekk l-għajdut mhuwiex daqshekk gravi, xorta waħda jistaʼ jweġġaʼ—speċjalment jekk jingħad minn xi ħadd li kont taħseb li hu ħabib tal-qalb!—Salm 55:12-14.

“Sirt naf li ħabiba kienet qed titkellem fuqi minn wara dahri u bdiet tgħid li jien ma jimpurtanix min-nies oħrajn. Dan verament weġġagħni! Ma stajtx nifhem għala qalet hekk.”​—Ashley.

Fatt: Sew jekk il-persuna li qed ixxerred l-għajdut dwarek hi ħabiba tal-qalb u sew jekk le, ma tiħux pjaċir issir taf li oħrajn qed jitkellmu ħażin dwarek.

L-aħbar ħażina—ma tistax iżżomm lil oħrajn milli jitkellmu dwarek

In-nies għandhom mnejn jitkellmu fuq oħrajn għal diversi raġunijiet, inkluż dawn:

Biex juru interess ġenwin. Il-bnedmin huma ħlejjaq soċjevoli. Għalhekk, huwa biss naturali li nkellmu lil (u dwar) xulxin. Infatti, il-Bibbja tinkuraġġina biex nuru ċertu ammont taʼ ‘interess persunali’ f’oħrajn.—Filippin 2:4.

“L-iktar suġġett interessanti biex titkellem dwaru hu n-nies!”​—Bianca.

“Ikolli nammetti, inħobb inkun naf x’qed jagħmlu n-nies u nitkellem dwar dan m’oħrajn. M’għandix idea għala​—imma nieħu pjaċir.”​—Katie.

Biex jimlew il-ħin. Fi żminijiet Bibliċi kien hemm nies li “f’xejn ma kienu jqattgħu l-ħin liberu tagħhom għajr li jgħidu jew jisimgħu xi ħaġa ġdida.” (Atti 17:21) L-istess hu minnu llum!

“Xi kultant meta ma jkun qed jiġri xejn eċċitanti, in-nies jivvintaw xi ħaġa biex ikollhom fuqiex jitkellmu.”​—Joanna.

Minħabba nuqqas taʼ fiduċja fihom infushom. Il-Bibbja bir-raġun twissi kontra t-tendenza li nqabblu lilna nfusna m’oħrajn. (Galatin 6:4) Sfortunatament, xi nies jipprovaw iħossuhom aħjar billi jxerrdu għajdut negattiv dwar oħrajn.

“Għajdut negattiv ġeneralment jikxef x’tip taʼ persuni huma dawk li jgħiduh. Spiss ikun ifisser li fil-fond taʼ qalbhom jgħiru għal persuna li qed jitkellmu dwarha. Huma jxerrdu l-għajdut biex iħossuhom aħjar u biex jikkonvinċu lilhom infushom li huma aħjar minn dik il-persuna.”—Phil.

Fatt: Jogħġbok u ma jogħġbokx, in-nies se jitkellmu fuq nies oħrajn—inkluż fuqek.

L-aħbar tajba—m’għandekx tħalli l-għajdut jikkontrollak

Wisq probabbli ma tistax twaqqaf l-għajdut kollu li jingħad dwarek, imma tistaʼ tagħżel kif tirreaġixxi. Jekk issir taf li qed jinxtered l-għajdut dwarek, minn tal-inqas għandek żewġ għażliet.

L-1 GĦAŻLA: Injorah. Spiss, l-aħjar soluzzjoni hi li ma tagħtix kas—speċjalment jekk l-għajdut mhuwiex serju. Applika l-parir tal-Bibbja: “Tgħaġġilx biex tieħu għalik.”—Ekkleżjasti 7:9.

“Kien hemm il-qlajja li kont qed noħroġ maʼ wieħed​—xi ħadd li lanqas biss iltqajt miegħu! Tant kienet bla sens li bdejt nidħaq.”​—Elise.

“Reputazzjoni tajba hi l-aħjar arma kontra l-għajdut. Anki jekk ikun hemm xi qlajja dwarek, meta jkollok reputazzjoni tajba ftit se jkunu n-nies li jemmnuha. U ġeneralment, iż-żejt jitlaʼ f’wiċċ l-ilma.”​—Allison.

Suġġeriment: Ikteb (1) dak li ntqal dwarek u (2) kif ħassejtek. Ladarba tkun ‘tkellimt f’qalbek,’ għandu mnejn issibha iktar faċli biex tinsa dak li ġara.—Salm 4:4.

IT-2 GĦAŻLA: Iffaċċja lil persuna li bdiet l-għajdut. F’xi każi, forsi tħoss li l-qlajja tant hi gravi li ma tistax ma tkellimx lil persuna li bdietha.

“Jekk tiffaċċja lin-nies li jkunu qed jitkellmu fuqek, għandhom mnejn jindunaw li dak li jgħidu fl-aħħar mill-aħħar se jasal għand il-vittma. Iktar minn hekk, tkun tistaʼ tiċċara l-affarijiet bit-tama li tissetilja l-problema.”​—Elise.

Qabel ma tiffaċċja lil xi ħadd li tkellem fuqek, ikkunsidra l-prinċipji tal-Bibbja li ġejjin u staqsi lilek innifsek il-mistoqsijiet li hemm magħhom.

  • “Meta xi ħadd iwieġeb qabel ma jismaʼ l-kwistjoni, dan ikun bluha.” (Proverbji 18:13) ‘Għandi l-fatti kollha? Huwa possibbli li l-persuna li qaltli dwar l-għajdut fehmet ħażin dak li semgħet?’

  • ‘Kun ħafif biex tismaʼ, tqil biex titkellem, tqil biex tinkorla.’ (Ġakbu 1:19) ‘Huwa issa l-aħjar żmien biex niffaċċja lil dak li qal fuqi? Qed nagħmel ċert li ma nħallix l-emozzjonijiet jiġru bija? Jew ikun aħjar li nħalli ftit żmien jgħaddi biex nilħaq nikkalma?’

  • “Kulma tridu li l-bnedmin jagħmlulkom, intom tridu tagħmluh lilhom ukoll.” (Mattew 7:12) ‘Li kieku kont minflok dik il-persuna, kif nixtieq li tiffaċċjani? F’liema ambjent nippreferi niddiskuti l-problema? Liema kliem u mġiba se jkunu l-iktar effettivi?’

Suġġeriment: Qabel ma tiffaċċja lil dak li qal fuqek, ikteb x’biħsiebek tgħidlu. Imbagħad stenna ġimgħa jew tnejn, erġaʼ aqra dak li tkun ktibt, u ara jekk tridx tagħmel xi bidliet. Ukoll, iddiskuti dak li biħsiebek tagħmel maʼ ġenitur jew ħabib matur, u itolbu jagħtik parir.

Fatt: Bħal ħafna affarijiet fil-ħajja, l-għajdut hu xi ħaġa li mhux dejjem tistaʼ tikkontrolla. Imma dan ma jfissirx li għandek tħallih jikkontrolla lilek!

DAK LI JGĦIDU DAWK TAMPAREK

“Xi qlajjiet huma bla sens, waqt li oħrajn jistgħu jkunu iktar gravi. Jekk huma bla sens, tagħtix kas. Imma jekk hi qlajja gravi—waħda li tistaʼ tħassar ir-reputazzjoni tiegħek—għandu mnejn ikollok tiffaċċja l-persuna li bdietha.”—Brianna.

“Meta nies jaqilgħu xi qlajja fuqek, tpattihilhomx billi tagħmel l-istess jew tgħid affarijiet ħżiena dwarhom. Jekk tagħmel hekk, tispiċċa tagħmel dak li tobgħod int stess.”​—Olivia.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja