GĦANJA 136
“Ħlas perfett mingħand Ġeħova”
(Rut 2:12)
- 1. Ġeħova leali u jagħti kas dawk - Li b’qalb sħiħa lilu jaqduh. - Hu jaf li hemm bżonn sagrifiċċji mill-qalb - Għax dawn b’żelu kbir iħobbuh. - Jekk int tlaqt id-dar jew familja jew ħbieb, - Ġeħova jaf b’dan, tinsa qatt. - Ipatti bis-sħiħ issa b’ħutna l-għeżież - U b’ħajja taʼ dejjem dalwaqt. - (RITORNELL) - Jalla jara Ġeħova kulm’għamilt - Ħa jippremjak u jagħtik ħlas perfett. - Jalla issib taħt ġwinħajh il-kenn. - Ġeħova leali; Ġeħova hu rett. 
- 2. Kultant din id-dinja tgħejjina ilkoll - It-toqol li nġorru hu tqil. - L-inkwiet taʼ dil-ħajja iġib l-ansjetà - U nħossu li għandna stress kbir. - Biss Alla l-Farraġ żgur jaf b’kulm’għandek bżonn, - Int taf li hu jisma’ it-talb. - Bl-ispirtu, il-Bibbja, u l-ħbieb li jgħożżuk - Se jħarsek u jfarrġek mill-qalb. - (RITORNELL) - Jalla jara Ġeħova kulm’għamilt - Ħa jippremjak u jagħtik ħlas perfett. - Jalla issib taħt ġwinħajh il-kenn. - Ġeħova leali; Ġeħova hu rett. 
(Ara wkoll Mħ. 11:38-40; Is. 41:10.)