GĦANJA 128
Nissaportu sat-tmiem
- 1. B’kull wegħda t’Alla w Kelmtu wkoll - Tistabar tistaʼ int. - Tamitna żgura, soda hi, - Kemm fraħt xħin dwarha tgħallimt! - Żomm dejjem f’moħħok t’Alla l-jum; - Hekk il-fidi qatt ma tmut. - La twarrab qatt l-integrità; - Bil-provi tkun irfinut. 
- 2. L-imħabba illi kellek int - Fil-bidu la titlaqx. - Żomm sod f’kull prova tkun xi tkun; - B’kuraġġ int stabar tiqafx. - Tibżax; għad-dubji iċċedix. - Taqtax qalbek fit-tiġrib. - Ġeħova se jeħilsek żgur; - Ħa jkun Alla dejjem qrib. 
- 3. Min jissaporti dritt sat-tmiem - Se jiġi żgur salvat. - Fil-ktieb tal-ħajja ismu jżomm; - Għemilu jkun żgur premjat. - Is-sabar mira jkun għalik; - Ħallih xogħlu jwettaq fik. - Tħoss lil Ġeħova japprovak; - Dal-ħsieb, bil-ferħ żgur jimliek. 
(Ara wkoll Ebr. 6:19; Ġak. 1:4; 2 Pt. 3:12; Riv. 2:4.)