LEZZJONI 17
X’Tip taʼ Persuna Hu Ġesù?
Minn dak li qal u għamel Ġesù fuq l-art, nistgħu nitgħallmu l-kwalitajiet sbieħ li għandu. Minħabba dawn il-kwalitajiet, se nkunu rridu nsiru nafu lil Ġesù u lil Missieru Ġeħova aħjar. X’inhuma xi ftit minn dawn il-kwalitajiet? Kif nistgħu nimitaw lil Ġesù f’ħajjitna?
1. Ġesù kif jixbah lil Ġeħova?
Ġesù għex għal biljuni taʼ snin fis-sema. Matul dak iż-żmien kollu, hu tgħallem mingħand Missieru. Minħabba f’hekk, hu jaħseb, iħoss, u jagħmel l-affarijiet bħal Missieru. (Aqra Ġwanni 5:19.) Ġesù tant jimita l-kwalitajiet taʼ Ġeħova li qal: “Min ra lili ra wkoll lill-Missier.” (Ġwanni 14:9) Meta titgħallem dwar il-personalità taʼ Ġesù, int se ssir taf iżjed lil Ġeħova. Pereżempju, il-mod kif Ġesù kien jimpurtah min-nies juri kemm Ġeħova jimpurtah minnek.
2. Ġesù kif wera li jħobb lil Ġeħova?
Ġesù qal: ‘Sabiex id-dinja tkun taf li jien inħobb lill-Missier, bħalma ordnali l-Missier qed nagħmel.’ (Ġwanni 14:31) Meta kien fuq l-art, Ġesù wera li kien iħobb lil Missieru billi obdieh anki f’sitwazzjonijiet diffiċli. Hu kien iħobb jitkellem dwar Missieru u jgħin lil oħrajn biex isiru jafuh.—Ġwanni 14:23.
3. Ġesù kif wera li jħobb lin-nies?
Il-Bibbja tgħid li Ġesù kien iħobb ħafna lin-nies. (Proverbji 8:31) Hu wera din l-imħabba billi dejjem inkuraġġixxa u għen lin-nies. Il-mirakli li għamel ma wrewx biss il-qawwa li kellu, imma anke kemm kien jinteressah min-nies. (Marku 1:40-42) Hu dejjem kien qalbu tajba maʼ oħrajn u tratta lil kulħadd l-istess. B’dak li qal, kien jgħin lin-nies biex iħossuhom aħjar u jagħti tama lil kull min kien jixtieq jismaʼ. Ġesù jħobb lin-nies kollha għax kien lest li jbati u jmut għalihom. Imma b’mod speċjali jħobb lil dawk li lesti li jisimgħuh u jobduh.—Aqra Ġwanni 15:13, 14.
TGĦALLEM IŻJED
Sir af iktar il-kwalitajiet taʼ Ġesù, u kif tistaʼ timita l-imħabba u l-ġenerożità tiegħu.
4. Ġesù jħobb lil Missieru
Mill-eżempju taʼ Ġesù nistgħu nitgħallmu kif nuru li nħobbu lil Alla. Aqra Luqa 6:12 u Ġwanni 15:10; 17:26. Wara li taqra kull vers, iddiskuti:
- Kif nistgħu nimitaw lil Ġesù u nuru li nħobbu lil Ġeħova? 
Ġesù kien iħobb lil Missieru Ġeħova u kien jitkellem miegħu fit-talb
5. Ġesù jimpurtah min-nies
Ġesù kien jimpurtah minn oħrajn iżjed minnu stess. Anki meta kien għajjien, hu uża l-ħin u l-enerġija tiegħu biex jgħin lin-nies. Aqra Marku 6:30-44, u mbagħad iddiskuti:
6. Ġesù ġeneruż
Avolja Ġesù ma tantx kellu affarijiet, hu kien jaqsam dak li kellu m’oħrajn. Hu jgħallimna nkunu ġenerużi wkoll. Aqra Atti 20:35, u mbagħad iddiskuti:
- Skont Ġesù, kif nistgħu nkunu ferħanin? 
Ara l-VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-mistoqsija.
- Kif nistgħu naqsmu dak li għandna m’oħrajn avolja ma jkollniex ħafna flus? 
Kont taf?
Il-Bibbja tgħallimna li għandna nitolbu lil Ġeħova f’isem Ġesù. (Aqra Ġwanni 16:23, 24.) Meta nitolbu b’dan il-mod, inkunu qed nuru li napprezzaw dak li Ġesù għamel biex jgħinna nsiru ħbieb taʼ Ġeħova.
ĦAFNA JGĦIDU: “Alla ma jimpurtahx meta nbatu.”
- Dak li għamel Ġesù fuq l-art, kif juri li Ġeħova jimpurtah minna? 
XI DDISKUTEJNA?
Ġesù jħobb lil Ġeħova u lin-nies. Ġesù jagħmel l-affarijiet bħal Missieru. Allura, iżjed ma ssir taf lil Ġesù, iżjed se ssir taf lil Ġeħova.
X’Tgħallimt
- Kif nistgħu nuru li nħobbu lil Ġeħova bħalma għamel Ġesù? 
- Kif nistgħu nuru li nħobbu lil oħrajn bħalma għamel Ġesù? 
- Liema kwalitajiet li għandu Ġesù jogħġbuk l-iżjed? 
ARA IŻJED
Ara liema kwalitajiet taʼ Ġesù tistaʼ timita.
“Biex timita lil Ġesù, . . .” (Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja, paġna 317)
Tgħallem għala għandna nitolbu f’isem Ġesù.
“Għala Nitolbu f’Isem Ġesù?” (It-Torri tal-Għassa, April-Ġunju, 2008)
Titkellem il-Bibbja dwar kif kien jidher Ġesù?
X’nistgħu nitgħallmu minn kif Ġesù kien jittratta lin-nisa?
“Alla Jrid li n-Nisa Jiġu Rrispettati” (Artiklu minn Torri tal-Għassa)