GĦANJA 34
Nimxu bl-integrità
(Salm 26)
- 1. Għarbilni Jah, ara il-lealtà; - Fiduċja għandi fik u nżomm l-integrità. - Eżaminani u pprovani sew, - Irfina ’l-moħħ u ’l-qalb, berikni int tassew. - (RITORNELL) - Determinat li għall-eternità - se nibqaʼ sod bħall-blat f’li nżomm l-integrità. 
- 2. Jien ma noqgħodx maʼ dak li hu giddieb. - Ma’ min is-sew jistmerr żgur qatt ma nagħmel ħbieb. - Mal-ġellidin, jekk jogħġbok, teqridnix; - Ma’ dawk li jħobbu l-qerq, Ġeħova tħallatnix. - (RITORNELL) - Determinat li għall-eternità - se nibqaʼ sod bħall-blat f’li nżomm l-integrità. 
- 3. Wisq nieħu gost li ngħammar f’darek jien. - Il-qima pura ferm nappoġġja bla waqfien. - F’kull ħin inkun madwar artalek kbir - Biex jien nirringrazzjak; fl-art kollha ntik tifħir. - (RITORNELL) - Determinat li għall-eternità - se nibqaʼ sod bħall-blat f’li nżomm l-integrità. 
(Ara wkoll Salm 25:2.)