GĦANJA 95
Id-dawl qed jitqawwa
- 1. Dwar Kristu, it-tama li hemm għall-ħolqien, - Kemm xtaqu jitgħallmu l-profeti! - L-ispirtu taʼ Alla rrivela x’kien ġej: - Il-Kristu sabiex ħelsien jagħti. - Iż-żmien li l-Messija isaltan hu hawn; - Ferm ċara l-preżenza naraw. - Kbir hu l-privileġġ li nitgħallmu dwar dan; - L-anġli wkoll dan jixtiequ jaraw! - (RITORNELL) - Id-dawl fi triqitna llum tqawwa; - Qegħdin nimxu lkoll f’dawl il-jum. - Ejjew araw Alla x’qed juri; - F’kull pass jiggwidana illum. 
- 2. Nafdaw lill-ilsir għax maħtur mill-Mulej; - Jitmagħna fil-waqt b’ikel tant bnin. - Dawl il-verità qed jitqawwa maż-żmien, - U jqanqal il-qalb u l-moħħ f’kull ħin. - Triqitna tiddawwal u l-passi fis-sod; - Qed nimxu f’dawl qawwi tal-jum. - Dan grazzi ’l Ġeħova, s-Sors tal-verità, - Grati ferm nimxu f’triqtu illum. - (RITORNELL) - Id-dawl fi triqitna llum tqawwa; - Qegħdin nimxu lkoll f’dawl il-jum. - Ejjew araw Alla x’qed juri; - F’kull pass jiggwidana illum. 
(Ara wkoll Rum. 8:22; 1 Kor. 2:10; 1 Pt. 1:12.)