- 
	                        
            
            Tempju għal ĠeħovaLezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
- 
                            - 
                                        LEZZJONI 44 Tempju għal ĠeħovaWara li Salamun sar sultan taʼ Iżrael, Ġeħova staqsieh: ‘Xi tridni nagħtik?’ Salamun qallu: ‘Jien għadni żgħir, u ma nafx xi rrid nagħmel. Jekk jogħġbok, agħtini l-għerf biex nieħu ħsieb in-nies tiegħek.’ Ġeħova qallu: ‘Talli tlabtni biex tkun għaref, jien nagħmlek l-iktar bniedem għaref fuq l-art. Nagħmlek ukoll sinjur ħafna. U jekk tobdini, ikollok ħajja twila.’ Salamun beda jibni t-tempju. Hu uża l-aqwa deheb, fidda, injam, u ħaġar prezzjuż. Eluf taʼ rġiel u nisa tas-sengħa ħadmu fit-tempju. Wara sebaʼ snin, it-tempju kien lest biex jiġi ddedikat lil Ġeħova. Kien fih artal, u fuqu kien hemm l-offerti. Salamun niżel għarkopptejh quddiem l-artal u talab: ‘O Ġeħova, dan it-tempju mhux kbir jew sabiħ biżżejjed għalik, imma jekk jogħġbok aċċetta l-qima tagħna u ismaʼ t-talb tagħna.’ Ġeħova kif ħassu dwar it-tempju u t-talba taʼ Salamun? Eżatt malli Salamun spiċċa t-talba tiegħu, Ġeħova bagħat nar mis-sema u ħaraq l-offerti li kien hemm fuq l-artal. B’dan il-mod, Ġeħova wera li aċċetta t-tempju. Meta l-Iżraelin raw dan, t’għidx kemm ferħu! Is-Sultan Salamun kien magħruf għall-għerf tiegħu maʼ Iżrael kollu u wkoll man-nies taʼ pajjiżi oħra li kienu ’l bogħod. In-nies kienu jmorru għand Salamun biex jgħinhom fil-problemi tagħhom. Anka s-sultana taʼ Xeba ġiet biex tittestjah b’mistoqsijiet diffiċli. Meta semgħet dak li qalilha, hi qaltlu: ‘Jien m’emmintx il-kliem li n-nies qaluli dwarek, imma issa qed nara li l-għerf tiegħek huwa ħafna iktar milli qalu. Ġeħova, Alla tiegħek, bierkek.’ L-Iżraelin kienu qed jgħixu ħajja kuntenta. Imma l-affarijiet dalwaqt kienu se jinbidlu. “Ara, xi ħadd akbar minn Salamun qiegħed hawn.”—Mattew 12:42 
 
- 
                                        
- 
	                        
            
            It-tmexxija tal-pajjiż tinqasamLezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
- 
                            - 
                                        LEZZJONI 45 It-tmexxija tal-pajjiż tinqasamSakemm Salamun baqaʼ jqim lil Ġeħova, kien hemm il-paċi f’Iżrael. Imma Salamun iżżewweġ ħafna nisa minn pajjiżi oħra li kienu jqimu l-idoli. Bil-mod il-mod, Salamun inbidel, u hu beda jqim l-idoli wkoll. Ġeħova rrabja, u qallu: ‘Jien se nieħu t-tmexxija mingħandek u mingħand il-familja tiegħek, u naqsamha fi tnejn. Il-parti l-kbira se nagħtiha lil wieħed mill-qaddejja tiegħek, u l-familja tiegħek se tmexxi biss il-parti ż-żgħira.’ Imbagħad, Ġeħova wera ċar b’mod ieħor id-deċiżjoni tiegħu. Wieħed mill-qaddejja tiegħu, Ġerobogħam, kien qed jivvjaġġa meta ltaqaʼ mal-profeta Aħija. Aħija ċarrat il-libsa tiegħu fi 12-il biċċa u qal lil Ġerobogħam: ‘Ġeħova se jieħu t-tmexxija t’Iżrael mingħand il-familja taʼ Salamun u jaqsamha fi tnejn. Ħu għaxar biċċiet minn dawn għax int se tkun sultan fuq għaxar tribujiet.’ Is-Sultan Salamun sema’ b’dan u ried joqtol lil Ġerobogħam! Għalhekk Ġerobogħam ħarab lejn l-Eġittu. Maż-żmien, Salamun miet u t-tifel tiegħu, Reħobogħam, sar sultan. Imbagħad, Ġerobogħam mar lura Iżrael peress li ra li ma kienx għad hemm periklu għalih. Irġiel t’awtorità f’Iżrael qalu lil Reħobogħam: ‘Jekk tittratta lin-nies sew, huma jkunu leali lejk.’ Imma minflok, Reħobogħam ħa l-parir taʼ sħabu li kien trabba magħhom li qalulu: ‘Trid tkun kattiv man-nies! Ġegħelhom jaħdmu iktar!’ Għalhekk, hu ttrattahom ħażin ħafna lin-nies, u l-10 tribujiet taʼ Iżrael irribellaw. Huma għamlu lil Ġerobogħam sultan tal-għaxar tribujiet, li saru magħrufin bħala s-saltna taʼ Iżrael. Iż-żewġ tribujiet l-oħra saru magħrufin bħala s-saltna taʼ Ġuda, u dawn baqgħu leali lejn Reħobogħam. It-12-il tribù taʼ Iżrael issa ġew maqsumin. Ġerobogħam ma riedx li n-nies tiegħu jmorru jqimu f’Ġerusalemm, fis-saltna taʼ Reħobogħam. Taf għala? Għax beda jibżaʼ li huma jitilquh u jmorru maʼ Reħobogħam. Għalhekk hu għamel żewġ għoġiela tad-deheb u qal lin-nies tiegħu: ‘Ġerusalemm hi ’l bogħod wisq. Intom tistgħu tqimu hawn.’ In-nies bdew iqimu l-għoġiela tad-deheb u dawn reġgħu nsew lil Ġeħova. “Tintrabtux taħt madmad li mhux indaqs maʼ dawk li ma jemmnux. Għax xi sħubija hemm bejn il-ġustizzja u l-ksur tal-liġi? . . . Jew x’sehem għandu min hu leali maʼ min ma jemminx?”—2 Korintin 6:14, 15 
 
-