GĦANJA 62
L-għanja l-ġdida
(Salm 98)
- 1. Għannu bil-kuraġġ Din l-għanja ġdida taʼ tifħir. - Għidu dwar xogħ’l Alla, Li sar u lʼgħad isir. - Faħħru d-driegħ setgħan; Għax Alla tagħna hu rebbieħ. - Għan-nom tal-ġustizzja, - Is-sewwa jġib bis-sħiħ. - (RITORNELL) - Inkantaw! - Din l-għanja taʼ serħan! - Inkantaw! - Ġeħova hu s-Sultan! 
- 2. Lissnu kant taʼ ferħ, Lil Alla tagħna is-Sultan! - Onoraw lil ismu U għannu b’mod ferħan. - Għannu lkoll flimkien Mal-folla lill-Mulej tant kbir. - L-arpa, l-qarn, u t-tromba, - Jindaqqu lkoll b’tifħir. - (RITORNELL) - Inkantaw! - Din l-għanja taʼ serħan! - Inkantaw! - Ġeħova hu s-Sultan! 
- 3. Ħallu l-ibħra kbar U kulma fihom ifaħħruh. - Mal-ħolqien ningħaqdu, U glorja b’ferħ nagħtuh. - Tifraħ l-art ukoll, Kull xmara ċċapċap fil-widien. - Kull muntanja w għolja, - ’Lkoll jgħannu kullimkien. - (RITORNELL) - Inkantaw! - Din l-għanja taʼ serħan! - Inkantaw! - Ġeħova hu s-Sultan! 
(Ara wkoll Salm 96:1; 149:1; Is. 42:10.)