GĦANJA 76
Kif tħossok int dwar dan?
- 1. Kif tħossok int dwar dan, - li tipprietka b’mod ħerqan? - Biex issalva n-nies stinkajt - u għamilt kulma stajt. - M’Alla qed taħdem int - fl-aqwa xogħʼl—minn dan konvint. - Huwa jagħżel mill-bnedmin - lil dawk l-uħud ġwejdin. - (RITORNELL) - Meta naqduh kemm nithennew - u qlubna lkoll bil-ferħ jimtlew. - Għalhekk ħa nkomplu ntuh tifħir - għal dejjem—xi pjaċir! 
- 2. Kif tħossok int dwar dan - kliemek jistaʼ jġib serħan - Lil dawk illi jagħmlu s-sew - u l-verità fittxew? - Hemm min idur mit-triq, - jagħti dahru lill-Ħallieq. - Xorta nkomplu fix-xandir - u nfaħħru ’l ismu l-kbir. - (RITORNELL) - Meta naqduh kemm nithennew - u qlubna lkoll bil-ferħ jimtlew. - Għalhekk ħa nkomplu ntuh tifħir - għal dejjem—xi pjaċir! 
- 3. Kif tħossok int dwar dan, - li qed jgħinek is-Sovran - U li fdak Hu b’dan ix-xogħʼl - illi qed nagħmlu lkoll? - B’ferħ aħna nippritkaw, - kliem grazzjuż u sod nużaw. - Ejja nfittxu lill-ġwejdin - għax qrib it-tmiem qegħdin. - (RITORNELL) - Meta naqduh kemm nithennew - u qlubna lkoll bil-ferħ jimtlew. - Għalhekk ħa nkomplu ntuh tifħir - għal dejjem—xi pjaċir! 
(Ara wkoll Atti 13:48; 1 Tess. 2:4; 1 Tim. 1:11.)