GĦANJA 106
Nikkultivaw il-kwalità tal-imħabba
Edizzjoni Stampata 
	- 1. Lejn Alla nersqu f’talb b’umiltà, - Biex tiegħu nuru kull kwalità. - L-imħabba żgur l-akbar hi fost dawn, - Bl-ispirtu tiegħu nikkultivaw. - Kull għerf, talent, kuraġġ, ħafna xogħ’l - Ma jiswa xejn jekk ma tħobbx ukoll. - Nitolbu għal din l-imħabba lkoll; - Li nuru b’kliemna w b’għemilna wkoll. 
- 2. L-imħabba ma tiġbidx lejha biss, - F’ħaddieħor taħseb hi, kif imiss. - Din ma thewdinx fuq kull ħsieb ħażin, - Però iġġib maħfra kif mgħallmin. - L-imħabba tgħatti n-nuqqasijiet; - Iġġorr għalkollox it-tagħbijiet. - Fl-inkwiet, l-imħabba tinsiex, fil-fatt, - Għax tiflaħ kollox; ma tbatti qatt. 
(Ara wkoll Ġw. 21:17; 1 Kor. 13:13; Gal. 6:2.)