LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 165
  • Uża Alla l-​Evoluzzjoni Biex Joħloq Kollox?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Uża Alla l-​Evoluzzjoni Biex Joħloq Kollox?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-​tweġiba tal-​Bibbja
  • Uża Alla l-​evoluzzjoni?
  • L-​evoluzzjoni taqbel mal-​Bibbja?
  • Hija parti mill-​evoluzzjoni meta l-​pjanti u l-​annimali jinbidlu biex jibqgħu ħajjin?
  • Hija l-Evoluzzjoni fi Qbil mal-Bibbja?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Il-ħolqien jew l-evoluzzjoni?—It-2 parti: Għala għandek tiddubita l-evoluzzjoni?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 165
Raġel imdawwar b’ħafna tipi t’annimali, insetti, għasafar, u pjanti.

Uża Alla l-​Evoluzzjoni Biex Joħloq Kollox?

It-​tweġiba tal-​Bibbja

Le. Il-​Bibbja tgħid b’mod ċar li Alla ħalaq lin-​nies u anke lil tipi differenti t’annimali u pjanti.a (Ġenesi 1:12, 21, 25, 27; Rivelazzjoni 4:11) Tgħid ukoll li n-​nies kollha ġew mill-​ewwel ġenituri tagħna, Adam u Eva. (Ġenesi 3:20; 4:1) Ir-​rakkont tal-​Bibbja ma jaqbilx mat-​teorija li Alla uża l-​evoluzzjoni biex joħloq it-​tipi differenti t’annimali u pjanti. Imma l-​Bibbja ma tgħid xejn dwar dak li jgħidu xi xjentisti li tipi t’annimali u pjanti jistgħu jaddattaw u jvarjaw.

  • Uża Alla l-​evoluzzjoni?

  • L-​evoluzzjoni taqbel mal-​Bibbja?

  • Hija parti mill-​evoluzzjoni meta l-​pjanti u l-​annimali jinbidlu biex jibqgħu ħajjin?

Uża Alla l-​evoluzzjoni?

Nies li jemmnu li Alla uża l-​evoluzzjoni biex joħloq kollox għandhom ħafna ideat fuq kif għamel dan. L-​Encyclopædia Britannica tgħid li xi nies jemmnu li Alla juża n-​natural selection biex jidderieġi n-​natura.b

Nies li jemmnu li Alla ħalaq kollox bl-​evoluzzjoni għandhom ideat bħal:

  • Kull ħaġa ħajja li teżisti llum ġiet minn ħaġa ħajja waħda ħafna snin ilu.

  • Tip taʼ ħajja tistaʼ tevolvi f’ħajja oħra kompletament differenti. Pereżempju, ħafna jemmnu li x-​xadini jistgħu jevolvu f’nies.

  • Alla huwa responsabbli għal dawn it-​tipi t’evoluzzjoni.

L-​evoluzzjoni taqbel mal-​Bibbja?

Li Alla uża l-​evoluzzjoni biex joħloq kollox ma jaqbilx mar-​rakkont tal-​ħolqien li hemm fil-​ktieb taʼ Ġenesi fil-​Bibbja. Meta Ġesù kien fuq l-​art, hu wera li r-​rakkont taʼ Ġenesi hu veru. (Ġenesi 1:26, 27; 2:18-​24; Mattew 19:4-​6) Il-​Bibbja tgħid li qabel Ġesù ġie fuq l-​art, hu kien jgħix fis-​sema m’Alla. Hu għen lil Alla biex joħloq kollox. (Ġwanni 1:3) Allura, l-​idea li Alla uża l-​evoluzzjoni biex joħloq kollox ma taqbilx maʼ dak li tgħallem il-​Bibbja.

Hija parti mill-​evoluzzjoni meta l-​pjanti u l-​annimali jinbidlu biex jibqgħu ħajjin?

Il-​Bibbja ma tispjegax kemm tip t’annimal jew pjanta jistaʼ jinbidel. Ukoll, ma tgħidx li t-​tipi t’annimali u pjanti li ħalaq Alla ma jistgħux jinbidlu hekk kif jiżdiedu jew jaddattaw għal ambjenti differenti. Għalkemm xi nies jaraw dan it-​tibdil bħala evoluzzjoni, fir-​realtà mhux qed tinħoloq xi ħajja ġdida.

a Ħafna drabi, meta x-​xjentisti jgħidu li evolva tip t’annimal jew pjanta ġdida, fil-​verità din tkun varjat mill-​istess tip.

b Natural selection hi l-​idea li l-​iżjed tip t’annimal jew pjanta b’saħħitha tibqaʼ tgħix.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja