LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 1/15 pp. 2-6
  • X’għandek tkun taf dwar id-diżordnijiet mentali

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’għandek tkun taf dwar id-diżordnijiet mentali
  • Stenbaħ!—2015
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Fatti importanti dwar is-​saħħa mentali
  • Nifhmu d-​diżordnijiet mentali
  • Kura tad-​diżordnijiet mentali
  • Saħħa spiritwali hi vitali
  • Meta Xi Ħadd li Tħobb Ibati minn Disturbi Mentali
    Stenbaħ!—2004
  • Problema Kbira taʼ Saħħa Mentali Madwar id-Dinja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2023
  • Alla Jwegħedna Saħħa Mentali Perfetta
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2023
  • Eżempji taʼ preżentazzjonijiet
    Il-Ministeru tas-Saltna—2014
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2015
g 1/15 pp. 2-6
Mara inkwetata tħares lejn żewġha li ma jiflaħx

SUĠĠETT PRINĊIPALI

X’għandek tkun taf dwar id-​diżordnijiet mentali

“Ħassejtni nifsi maqtugħ,” tgħid Claudia, li kien għadu kif intqalilha li kellha d-​diżordni bipolari (bipolar disorder) u d-​diżordni tal-​istress li jiġi wara xi ġrajja trawmatika (post-​traumatic stress disorder). “Li nkampa bl-​istigma taʼ marda mentali kien devastanti.”

“Kellu jgħaddi ħafna żmien biex naċċettaw is-​sitwazzjoni tagħna,” jgħid ir-​raġel taʼ Claudia, Mark. “Imma rrealizzajt li kelli niffoka fuq li nappoġġa lil marti.”

KIEKU int jew xi ħadd li tħobb jintqallu li għandu diżordni mentali, kif kont tħossok? Għall-​grazzja t’Alla, il-​mard mentali jistaʼ jiġi kkurat. Ejja neżaminaw xi affarijiet li għandek tkun taf u li se jgħinuk tifhem aħjar id-​diżordnijiet mentali.a

Fatti importanti dwar is-​saħħa mentali

“Id-​diżordnijiet mentali jolqtu lil mijiet taʼ miljuni taʼ nies f’kull parti tad-​dinja u jħallu effett fuq il-​ħajja tal-​maħbubin tagħhom. Wieħed minn kull erbaʼ persuni se jiġi effettwat minn xi diżordni mentali f’xi żmien f’ħajtu. Id-​dipressjoni hija l-​ikbar fost id-​diżabilitajiet fid-​dinja. L-​iskiżofrenja u d-​diżordni bipolari huma fost l-​iktar diżordnijiet qliel u li jagħmlu persuna inkapaċi. . . . Għalkemm numru kbir taʼ nies huma effettwati, id-​diżordnijiet mentali jibqgħu moħbijin, traskurati u diskriminati.”—L-​Organizzazzjoni Dinjija tas-​Saħħa (WHO).

Skont il-​WHO, ħafna nies b’mard mentali jżommu lura milli jfittxu l-​kura minħabba l-​istigma assoċjata miegħu.

Għalkemm il-​biċċa l-​kbira tad-​diżordnijiet mentali jistgħu jiġu kkurati, fl-​Istati Uniti xi 60 fil-​mija tal-​adulti u kważi 50 fil-​mija taż-​żgħażagħ taʼ bejn it-​8 u l-​15-​il sena b’diżordni mentali ma rċivewx il-​kura matul is-​sena li għaddiet, skont in-​National Alliance on Mental Illness.

Nifhmu d-​diżordnijiet mentali

Mara b’diżordni mentali

Il-​mard mentali x’inhu? L-​esperti jgħidu li persuna li għandha diżordni mentali hi waħda li l-​ħsieb, il-​kontroll emozzjonali, u l-​imġiba tagħha jkunu differenti mhux ħażin minn dak li jitqies normali. Il-​kundizzjoni spiss iżżomm persuna milli tifhem lil ħaddieħor jew milli tkampa mal-​istress tal-​ħajja.

Id-​diżordnijiet tas-​saħħa mentali ma jiġux minn xi dgħufija personali jew xi difett fil-​karattru

Is-​sintomi jistgħu jvarjaw fit-​tul u fl-​intensità skont l-​individwu u l-​marda partikulari u ċ-​ċirkustanzi. Jistaʼ jeffettwa kemm irġiel u kemm nisa, nies taʼ kull età, kultura, razza, reliġjon, jew livell taʼ edukazzjoni u dħul finanzjarju. Id-​diżordnijiet tas-​saħħa mentali ma jiġux minn xi dgħufija personali jew xi difett fil-​karattru. Permezz taʼ kura medika adattata, individwi jistgħu jiġu kkurati u jistgħu jgħixu ħajja produttiva u sodisfaċenti.

Kura tad-​diżordnijiet mentali

Il-​professjonisti tas-​saħħa mentali jistgħu jikkuraw ħafna diżordnijiet tas-​saħħa mentali b’suċċess. Mela, l-​ewwel pass kruċjali hu li tieħu opinjoni minn professjonista kompetenti li għandu l-​esperjenza f’li jikkura l-​kundizzjonijiet mentali.

Mara b’diżordni mentali titkellem maʼ professjonista kwalifikat fis-saħħa

Madankollu, min ibati b’mard bħal dan jistaʼ jibbenefika mill-​esperjenza tal-​professjonista biss jekk jaċċetta l-​kura adattata. Dan jistaʼ jirrikjedi li jingħeleb kwalunkwe biżaʼ li jkollu milli jitkellem m’oħrajn dwar marda mentali. Il-​kura tistaʼ tinkludi li jitkellem maʼ professjonisti mħarrġin fis-​saħħa mentali li jistgħu jgħinuh jifhem il-​marda li jkollu, jgħinuh isolvi problemi prattiċi, u jenfasizzawlu dwar il-​bżonn li ma jwaqqafx il-​kura. F’laqgħat bħal dawn, membru tal-​familja jew ħabib jistaʼ jkollu rwol importanti f’li jqawwilu qalbu u jappoġġah.

Ħafna nies tgħallmu jkampaw b’diżordnijiet mentali wara li kisbu fehma aħjar tal-​kundizzjoni tagħhom u segwew il-​kura mogħtija lilhom minn professjonisti tas-​saħħa mentali. “Qabel ma qalulna x’kellha marti,” jgħid Mark li ġie kwotat qabel, “ftit li xejn konna nafu dwar il-​mard mentali. Imma tgħallimna ngħixu l-​ħajja ġurnata b’ġurnata u nadattaw għas-​sitwazzjoni tagħna. Maż-​żmien ibbenefikajna mill-​appoġġ taʼ professjonisti li tistaʼ toqgħod fuqhom kif ukoll tal-​familja u l-​ħbieb.”

L-​ewwel pass kruċjali hu li tieħu opinjoni minn professjonista kompetenti li għandu l-​esperjenza f’li jikkura kundizzjonijiet mentali

Claudia taqbel. “Għall-​ewwel, id-​dijanjosi li tawni ħassejtha qisha sentenza l-​ħabs,” tammetti hi. “Imma allavolja l-​marda li għandi tillimitana t-​tnejn li aħna, tgħallimt li intoppi li jidhru impossibbli jistgħu jingħelbu. Għalhekk, inkampa bil-​marda mentali tiegħi billi naħdem flimkien mat-​tobba u l-​ispeċjalisti, niżviluppa ħbiberiji m’oħrajn, u nagħmel ħaġa wara l-​oħra.”

Saħħa spiritwali hi vitali

Mara taqra l-Bibbja

Il-​Bibbja ma tindikax li l-​ispiritwalità tfejjaq il-​problemi mediċi. Xorta waħda, ħafna familji madwar id-​dinja sabu ħafna faraġ u saħħa minn dak li tgħallem il-​Bibbja. Pereżempju, il-​Bibbja tiżgurana li l-​Ħallieq tagħna kollu mħabba hu interessat ferm f’li jfarraġ lil dawk li għandhom “qalbhom maqsuma” u “spirtu miksur.”—Salm 34:18.

Filwaqt li l-​Bibbja mhix xi ktieb tas-​saħħa mentali, tipprovdi gwida prattika li tistaʼ tgħinna nkampaw b’emozzjonijiet taʼ wġigħ u ċirkustanzi taʼ niket. Il-​Bibbja tistaʼ tagħtina wkoll tama għal futur meta l-​ħajja fuq l-​art tkun ħielsa mill-​mard u l-​uġigħ. Il-​Kelma t’Alla twiegħed: “F’dak iż-​żmien jinfetħu għajnejn l-​għomja, u jinfetħu widnejn it-​torox. Dak iż-​żmien iz-​zopp se jixxabbat bħaċ-​ċerv, u lsien il-​mutu se jgħajjat bil-​ferħ.”—Isaija 35:5, 6.

a Biex inkunu konsistenti, f’dan l-​artiklu t-​terminu “diżordni mentali” jinkludi l-​mard mentali, kif ukoll id-​diżordnijiet fl-​imġiba u dawk psikjatriċi.

IL-​ĦAJJA BIL-​MARD MENTALI

“Ikun hemm żmien meta s-​sentiment taʼ paniku jġiegħel lil xi attivitajiet jidhru impossibbli u jkun hemm ġranet meta lanqas biss inkun nistaʼ nikkonċentra biżżejjed biex naqra. Drabi oħra, id-​dwejjaq tad-​dipressjoni jġegħluni nevita l-​kuntatt maʼ oħrajn, saħansitra ħbieb tal-​qalb. Xi wħud jipprovaw jgħinu billi jissuġġerixxu li l-​affarijiet dalwaqt jaqilbu għall-​aħjar jew li l-​affarijiet mhumiex ħżiena daqskemm jidhru. Oħrajn jgħiduli biex inkun iżjed pożittiva. Imma pprovajt nagħmel hekk kemm-​il darba! Allavolja kummenti bħal dawn jintqalu b’intenzjoni tajba, dawn sempliċement iżjed iġegħluni nħossni li m’iniex tajba biżżejjed, inħossni ħatja, u jżiduli mal-​falliment li diġà nkun qed inħoss.”—Claudia, l-​Afrika t’Isfel.

KIF TKAMPA B’DIŻORDNIJIET MENTALI

  1. Segwi l-​kura mogħtija lilek minn professjonisti kwalifikati tas-​saħħa mentali.b

  2. Żomm rutina bilanċjata u stabbli kuljum.

  3. Kun attiv fiżikament.

  4. Orqod biżżejjed.

  5. Ħu l-​ħin biex tirrilassa kuljum.

  6. Kul ikel bnin u bilanċjat.

  7. Illimita l-​konsum tal-​alkoħol u drogi li mhumiex bir-​riċetta tat-​tabib.

  8. Evita li toqgħod waħdek; qattaʼ l-​ħin maʼ nies li tafda u li jħobbuk.

  9. Agħti attenzjoni għall-​bżonnijiet spiritwali tiegħek.c

b Ir-​rivista Stenbaħ! ma tappoġġa l-​ebda kura medika partikulari. Il-​Kristjani għandhom ikunu żguri li kwalunkwe kura li jieħdu ma tkunx f’konflitt mal-​prinċipji tal-​Bibbja.

c Ara wkoll l-​artiklu “L-​istress—Kif timmaniġġah,” fil-​ħarġa taʼ Stenbaħ! taʼ Mejju 2014.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja